EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017HB0008

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Marzu 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (BĊE/2017/8)

OJ C 120, 13.4.2017, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-31 ta’ Marzu 2017

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

(BĊE/2017/8)

(2017/C 120/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awtiduri esterni kurrenti tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique, Ernst & Young Bedrijfsrevisoren/Réviseurs d’Entreprises, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2016. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2017.

(3)

In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique għażel lil Mazars Réviseurs d’entreprises/Mazars Bedrijfsrevisoren SCRL/CVBA bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2022,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li Mazars Réviseurs d’entreprises/Mazars Bedrijfsrevisoren SCRL/CVBA għandhom jinħatru bħala awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique għas-snin finanzjarji 2017 sa 2022.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Marzu 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Top