EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017HB0043

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus (BĊE/2017/43)

OJ C 2, 5.1.2018, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ Diċembru 2017

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus

(BĊE/2017/43)

(2018/C 2/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tas-Central Bank of Cyprus, KPMG Limited, ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2017. Huwa għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018.

(3)

Is-Central Bank of Cyprus għażel lil PricewaterhouseCoopers Limited bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi PricewaterhouseCoopers Limited għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Diċembru 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Top