EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017HB0024

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Awwissu 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal (BĊE/2017/24)

OJ C 292, 2.9.2017, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-24 ta’ Awwissu 2017

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal

(BĊE/2017/24)

(2017/C 292/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tal-Banco de Portugal, PricewaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja tal-2016. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2017.

(3)

Il-Banco de Portugal għażel lil Deloitte & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2021,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li Deloitte & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas S.A. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal għas-snin finanzjarji 2017 to 2021.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ Awwissu 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Top