EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0010

Deċiżjoni (UE) 2016/810 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar it-tieni serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2016/10)

OJ L 132, 21.5.2016, p. 107–128 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 03/08/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/810/oj

21.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/107


DEĊIŻJONI (UE) 2016/810 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta' April 2016

dwar it-tieni serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2016/10)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, it-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/34 (1) tipprovdi sensiela ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (TLTROs) li għandhom isiru fuq perijodu ta' sentejn mill-2014 sal-2016.

(2)

Fl-10 ta' Marzu 2016, sabiex iwettaq il-mandat tiegħu għall-istabbiltà tal-prezzijiet, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jniedi serje ġdida ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (TLTROs-II), bil-għan li jittaffew il-kundizzjonijiet ta' kreditu tas-settur privat u jiġi stimulat il-ħolqien tal-kreditu. It-TLTROs-II għandhom l-għan li jsaħħu t-trażmissjoni tal-politika monetarja billi jiġi inċentivat is-self mill-banek lis-settur privat mhux finanzjarju, jiġifieri lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, fi Stati Membri li jużaw l-euro bħala l-munita tagħhom. Din il-miżura ma hijiex intiża li tappoġġa s-self mill-banek lil unitajiet domestiċi għall-finijiet ta' xiri ta' djar. Għalhekk, is-self eliġibbli lis-settur privat mhux finanzjarju fil-kuntest ta' din il-miżura jeskludi self lil unitajiet domestiċi għall-finijiet ta' xiri ta' djar. Flimkien ma miżuri mhux standard oħrajn fis-seħħ, it-TLTROs-II għandhom l-għan li jikkontribwixxu għar-ritorn ta' rati ta' inflazzjoni għal livelli taħt, imma qrib it-2 % matul medda ta' żmien medju.

(3)

Bħal fl-ewwel serje ta' TLTROs, sabiex titħaffef il-parteċipazzjoni ta' istituzzjonijiet li, għal raġunijiet ta' organizzazzjoni, jissellfu mill-Eurosistema billi jużaw struttura ta' grupp, huwa previst li l-parteċipazzjoni fit-TLTROs-II ser tkun possibbli fuq bażi ta' grupp meta jkun hemm bażi istituzzjonali għat-trattament ta' grupp. Il-parteċipazzjoni ta' grupp se ssir permezz ta' membru tal-grupp wieħed speċifiku u fejn ikunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet preskritti. Barra minn hekk, sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet marbutin mad-distribuzzjoni tal-likwidità intragrupp, fil-każ ta' gruppi li huma stabbiliti fuq il-bażi tar-rabtiet mill-qrib bejn il-membri, il-membri kollha tal-grupp għandhom jikkonfermaw b'mod formali bil-miktub il-parteċipazzjoni tagħhom fil-grupp. Grupp TLTRO li kien rikonoxxut għall-finijiet tat-TLTROs bis-saħħa tad-Deċiżjoni BĊE/2014/34 jista' jipparteċipa fit-TLTROs-II bħala grupp TLTRO-II bla ħsara għal ċerti proċeduri dwar in-notifika u r-rikonoxximent.

(4)

L-ammont kumplessiv li jista' jiġi missellef taħt it-TLTROs-II se jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-ammont totali ta' self eliġibbli ta' parteċipant lis-settur privat mhux finanzjarju pendenti fil-31 ta' Jannar 2016, wara li jitnaqqas kull ammont misluf qabel mill-parteċipant TLTRO-II taħt l-ewwel żewġ TLTROs mwettqa f'Settembru u Diċembru 2014 bis-saħħa tad-Deċiżjoni BĊE/2014/34 u li jkun għadu pendenti fid-data tal-ħlas ta' TLTRO-II.

(5)

Ir-rata ta' mgħax applikabbli għal kull TLTRO-II se tkun iddeterminata skont l-istorja ta' self tal-parteċipant fil-perijodu mill-1 ta' Frar 2016 sal-31 ta' Jannar 2018 skont il-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

(6)

Minn 24 xahar wara l-ħlas ta' kull TLTRO-II, il-parteċipanti ser ikollhom l-għażla li jħallsu lura l-ammonti allokati skont il-proċeduri stabbiliti minn qabel fuq bażi trimestrali.

(7)

L-istituzzjonijiet li jixtiequ jieħdu sehem fit-TLTROs ser ikunu soġġetti għal ċerti rekwiżiti ta' rapportar. Id-dejta rapportata se tintuża: (a) fid-determinazzjoni tal-limitu fuq is-self, (b) fil-kalkolu tal-kriterju ta' referenza applikabbli, (c) għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-parteċipanti fil-konfront tal-kriterji ta' referenza tagħhom, u (d) għal finijiet analitiċi oħra kif meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema. Huwa maħsub ukoll li l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”) li jirċievu d-dejta rapportata jistgħu jiskambjaw dik id-dejta ġewwa l-Eurosistema sa fejn u sal-livell neċessarju għall-implimentazzjoni xierqa tal-qafas TLTRO-II, kif ukoll analiżi tal-effettività tagħha u għal finijiet analitiċi oħra tal-Eurosistema. Id-dejta rapportata tista' tinqasam ġewwa l-Eurosistema għall-finijiet tal-validazzjoni tad-dejta pprovduta.

(8)

Sabiex istituzzjonijiet ta' kreditu jitħallew bi żmien biżżejjed biex jagħmlu preparazzjonijiet operattivi għall-ewwel TLTRO-II, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien bla bżonn,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“kriterju ta' referenza ta' self nett” ifisser l-ammont ta' self nett eliġibbli li parteċipant għandu bżonn li jaqbeż fil-perijodu 1 ta' Frar 2016 sal-31 ta' Jannar 2018 sabiex jikkwalifika għal rata ta' imgħax fuq is-self TLTRO-II tal-parteċipant li huwa inqas baxx mir-rata inizjali applikata u li hija kkalkulata skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ddettaljati fl-Artikolu 4 u l-Anness 1, rispettivament;

(2)

“kriterju ta' referenza tal-ammont pendenti” tfisser is-somma tas-self pendenti eliġibbli tal-parteċipant fil-31 ta' Jannar 2016 u l-kriterju ta' referenza ta' self nett li huwa kkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ddettaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;

(3)

“limitu tal-offerta” jfisser l-ammont limitu li jista' jiġi missellef minn partiċipant fi kwalunkwe TLTRO-II kkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ddetaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;

(4)

“limitu fuq is-self” ifisser l-ammont kumplessiv li jista' jiġi missellef minn partiċipant fi kwalunkwe TLTRO-II kkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ddetaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;

(5)

“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinita fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (2);

(6)

“self eliġibbli” ifisser self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi (inklużi istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi) residenti, kif iddefinit fil-punt (4) tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (3), fi Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, ħlief għal self lill-unitajiet domestiċi għal xiri ta' djar, kif iddettaljat iktar fl-Anness II;

(7)

“self nett eliġibbli” ifisser self gross fil-forma ta' self eliġibbli nett mill-ħlasijiet lura tal-ammonti pendenti ta' self eliġibbli tul perjodu speċifiku, kif huwa spjegat iktar fl-Anness II;

(8)

“l-ewwel perijodu ta' referenza” ifisser l-perijodu mill-1 ta' Frar 2015 sal-31 ta' Jannar 2016;

(9)

“istituzzjoni finanzjarja monetarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja monetarja kif iddefinita fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (4);

(10)

“kodiċi IFM” ifisser kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għal IFM fil-lista tal-IFMi miżmuma u ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal skopijiet statistiċi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2103 (BĊE/2013/33);

(11)

“ammonti pendenti ta' self eliġibbli” tfisser self eliġibbli pendenti fil-karta tal-bilanċ, bl-esklużjoni ta' self eliġibbli titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor mingħajr dekontabilizzar mill-karta tal-bilanċ, kif spjegat iktar fl-Anness II;

(12)

“parteċipant” tfisser kontroparti eliġibbli għal operazzjonijiet ta' suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema b'konformità mal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), li jagħmel offerti fi proċeduri tal-offerti tat-TLTRO-II jew fuq bażi individwali jew fuq bażi ta' grupp bħala istituzzjoni prinċipali u li huwa soġġett għad-drittijiet u l-obbligi kollha marbutin mal-parteċipazzjoni tiegħu fil-proċeduri tal-offerta tat-TLTRO-II;

(13)

“BĊN relevanti”, b'referenza għal partiċipant partikolari, tfisser il-BĊN tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit parteċipant;

(14)

“it-tieni perijodu ta' referenza” jfisser il-perijodu mill-1 ta' Frar 2016 sal-31 ta' Jannar 2018;

Artikolu 2

It-tieni serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal

1.   L-Eurosistema għandha twettaq erba' TLTROs-II skont kalendarju indikattiv għal TLTROs-II ippubblikat fuq is-sit tal-BĊE.

2.   Kull TLTRO-II għandu jimmatura erba' snin wara d-data ta' ħlas rispettiv, f'jum li jikkoinċidi mad-data tal-ħlas ta' operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament, skont il-kalendarju indikattiv għal TLTROs-II ppubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE.

3.   It-TLTROs-II għandhom:

(a)

ikunu operazzjonijiet ta' treġġigħ lura li jipprovdu likwidità;

(b)

jiġu eżegwiti b'mod deċentralizzat mill-BĊNi;

(c)

jiġu eżegwiti permezz ta' proċedura ta' offerti standard; u

(d)

jiġu eżegwiti fil-forma ta' proċeduri ta' offerti b'rata fissa.

4.   Il-kundizzjonijiet standard li taħthom il-BĊNi huma lesti li jidħlu f'operazzjonijiet ta' kreditu għandhom japplikaw fir-rigward tat-TLTROs-II, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'din id-Deċiżjoni. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu l-proċeduri għat-twettiq ta' operazzjonijiet ta' suq miftuħ, il-kriterji li jistabbilixxu l-eliġibbiltà tal-kontropartijiet u l-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema u s-sanzjonijiet fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tal-kontropartijiet. Kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija stabbilita fl-oqfsa legali ġenerali u temporanji applikabbli għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament u kif implimentata fl-oqfsa nazzjonali kuntrattwali u/jew regolatorji tal-BĊNi.

5.   F'każ ta' kunflitt bejn din id-Deċiżjoni u l-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), flimkien ma' kwalunkwe att legali ieħor tal-BĊE li jistabbilixxi l-qafas legali applikabbli għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal u/jew kwalunkwe miżura nazzjonali li timplimentah f'livell nazzjonali, għandha tipprevali din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Parteċipazzjoni

1.   L-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu sehem fit-TLTROs fuq bażi individwali jekk ikunu kontropartijiet eliġibbli għal operazzjonijiet ta' suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

2.   L-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu sehem f'TLTROs-II fuq bażi ta' grupp billi jgħaqqdu grupp tat-TLTROs. Il-parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp hija relevanti sabiex jiġu kkalkolati l-limiti fuq il-limitu fuq is-self u l-kriterji ta' referenza applikabbli kif stabbilit fl-Artikolu 4 u l-obbligi ta' rapportar assoċjati kif stabbiliti fl-Artikolu 7. Il-parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet li ġejjin:

(a)

istituzzjoni ma tistax tkun membru ta' iktar minn grupp wieħed tal grupp TLTRO-II;

(b)

istituzzjoni li tieħu sehem fit-TLTROs-II fuq bażi ta' grupp ma tistax tieħu sehem fuq bażi individwali;

(c)

l-istituzzjoni maħtura bħala l-istituzzjoni prinċipali għandha tkun l-uniku membru tal-grupp tat-TLTRO-II li tista' tieħu sehem fil-proċeduri ta' offerta tat-TLTRO-II; u

(d)

il-kompożizzjoni u l-istituzzjoni prinċipali ta' grupp tat-TLTRO-II għandhom jibqgħu l-istess għat-TLTROs kollha, bla ħsara għall-paragrafi 6 u 7 ta' dan l-Artikolu.

3.   Għall-parteċipazzjoni fit-TLTROs-II permezz ta' grupp TLTRO-II, għandhom jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a)

B'effett mill-aħħar jum tax-xahar li jippreċedi l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu, kull membru ta' grupp partikolari għandu:

(i)

ikollu rabta mill-qrib ma' membru ieħor tal-grupp skont it-tifsira ta' “rabta mill-qrib” kif iddefinit fl-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u r-referenzi li fihom għal “kontroparti”, “garanti”, “emittent” jew “debitur” għandhom jinftiehmu bħala referenza għal membru ta' grupp; jew

(ii)

ikollu r-riżervi meħtieġa fl-Eurosistema skont ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) (5) b'mod indirett permezz ta' membru ieħor tal-grupp jew jintuża minn membru ieħor tal-grupp sabiex b'mod indirett iżomm ir-riżervi meħtieġa mal-Eurosistema.

(b)

Il-grupp għandu jaħtar membru wieħed bħala l-istituzzjoni prinċipali għall-grupp. L-istituzzjoni prinċipali għandha tkun kontroparti eliġibbli għal operazzjonijiet ta' suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(c)

Kull membru tal-grupp tat-TLTRO-II għandu jkun istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stati Membru li juża l-euro bħala l-munita tiegħu u għandu jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 55 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

(d)

Bla ħsara għall-punt (e), l-istituzzjoni prinċipali għandha tapplika għal parteċipazzjoni fil-BĊN tagħha skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-II ppubblikat fuq is-sit tal-BĊE. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(i)

isem l-istituzzjoni prinċipali;

(ii)

lista tal-kodiċijiet tal-IFM u l-ismijiet tal-istituzzjonijiet kollha li ser jiddaħħlu fil-grupp tat-TLTROs-II;

(iii)

spjegazzjoni tal-bażi għal applikazzjoni fi grupp, inkluża lista tar-rabtiet mill-qrib u/jew ir-relazzjonijiet ta' żamma ta' riżervi b'mod indirett bejn il-membri tal-grupp billi kull membru jiġi identifikat bil-kodiċi tal-IFM tiegħu;

(iv)

fil-każ ta' membri ta' grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii) tal-punt (a): konferma bil-miktub mingħand l-istituzzjoni prinċipali li tiċċertifika li kull membru tal-grupp tat-TLTRO-II iddeċieda formalment li jsir membru tal-grupp tat-TLTRO-II inkwistjoni u jaqbel li ma jiħux sehem f'TLTROs-II bħala kontroparti individwali jew bħala membru fi grupp tat-TLTRO-II ieħor, flimkien mal-evidenza xierqa li l-konferma relevanti bil-miktub ġiet eżegwita minn firmatarji awtorizzati kif xieraq. Istituzzjoni prinċipali tista' tagħti l-konferma neċessarja fir-rigward tal-membri tal-grupp TLTRO-II tagħha fejn ikun hemm fis-seħħ arranġamenti, bħal dawk għaż-żamma indiretta ta' riżervi minimi bis-saħħa tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), li jgħidu espressament li l-membri tal-grupp rilevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklużivament permezz tal-istituzzjoni ewlenija. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp rilevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità tal-konferma bil-miktub kkonċernata; u

(v)

Fil-każ ta' membru ta' grupp li għalih japplika l-punt (i) tal-punt (a): (1) konferma bil-miktub mill-membru tal-grupp rilevanti dwar id-deċiżjoni formali tiegħu li jsir membru fil-grupp tat-TLTROs-II inkwistjoni u li ma jiħux sehem f'TLTROs-II bħala kontroparti individwali jew bħala membru fi gruppi oħrajn tat-TLTROs-II; u (2) evidenza xierqa, ikkonfermata mill-BĊN tal-membru tal-grupp relevanti, li din id-deċiżjoni formali ttieħdet fl-ogħla livell ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-istruttura korporattiva tal-membru bħall-Bord tad-Diretturi jew ekwivalenti b'konformità ma' kwalunkwe liġi applikabbli.

(e)

Grupp TLTRO rikonoxxut għall-finijiet tat-TLTROs bis-saħħa tad-Deċiżjoni BĊE/2014/34 jista' jipparteċipa fit-TLTROs-II bħala grupp TLTRO-II sakemm l-istituzzjoni prinċipali tiegħu tissottometti notifika bil-miktub f'dak is-sens lill-BĊN rilevanti skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-II ppubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE. In-notifika għandha tinkludi:

(i)

lista ta' membri tal-grupp TLTRO li ddeċidew formalment li jkunu membri tal-grupp TLTRO-II inkwistjoni u ma jipparteċipawx fit-TLTRO-II bħala kontropartijiet individwali jew bħala membri ta' ebda grupp TLTRO-II ieħor. Fil-każ ta' membri tal-grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii) jew il-punt (a), l-istituzzjoni prinċipali tista' tipprovdi n-notifika neċessarja meta jkun hemm ftehim fis-seħħ, kif imsemmi fil-punt (iv) tal-punt (d), li jgħid espressament li l-membri tal-grupp rilevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklussivament permezz tal-istituzzjoni prinċipali. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp rilevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità ta' dik il-lista; u

(ii)

evidenza xierqa, kif jista' jintalab mill-BĊN tal-istituzzjoni prinċipali, li ġiet eżegwita mill-firmatarji debitament awtorizzati.

(f)

L-istituzzjoni prinċipali għandha tikseb konferma mill-BĊN tagħha li l-grupp tat-TLTRO-II ġie rikonoxxut. Qabel ma joħroġ il-konferma tiegħu, il-BĊN relevanti jista' jitlob kull informazzjoni addizzjonali oħra li hija relevanti għall-valutazzjoni tiegħu tal-grupp tat-TLTRO-II potenzjali mill-istituzzjoni prinċipali. Meta jivvaluta applikazzjoni ta' grupp, il-BĊN relevanti għandu jqis ukoll kull valutazzjoni mill-BĊNi tal-membri tal-grupp li tista' tkun meħtieġa, bħal verifiki ta' dokumentazzjoni pprovduta skont il-punti (d) jew (e) skont il-każ.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, anki istituzzjonijiet ta' kreditu suġġetti għas-superviżjoni konsolidata, inklużi friegħi tal-istess istituzzjoni ta' kreditu, għandhom jitqiesu bħala applikanti xierqa għar-rikonoxximent tal-grupp tat-TLTRO-II u għandhom ikunu meħtieġa jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu mutatis mutandis. Din tiffaċilita t-tiswir ta' gruppi tat-TLTRO-II fost dawn l-istituzzjonijiet, meta dawn l-istituzzjonijiet ikunu parti mill-istess entità ġuridika. Għall-finijiet tal-konferma tat-tiswir, jew bidla fil-kompożizzjoni, ta' grupp TLTRO-II ta' dan it-tip, il-paragrafu 39(d)(iv) u l-paragrafu 6(b)(ii)(4) għandhom japplikaw rispettivament.

4.   Jekk waħda jew iktar mill-istituzzjonijiet inklużi fl-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-grupp tat-TLTRO-II ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3, il-BĊN relevanti jista' jiċħad b'mod parzjali l-applikazzjoni tal-grupp propost. F'dan il-każ, l-istituzzjonijiet li jissottomettu l-applikazzjoni jistgħu jiddeċiedu li jaġixxu bħala grupp TLTRO-II bil-kompożizzjoni limitata għal dawk il-membri tal-grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa jew inkella jirtiraw l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-grupp tat-TLTRO-II.

5.   F'każijiet eċċezzjonali, meta jkun hemm ġustifikazzjonijiet oġġettivi, il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li jitbiegħed mir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 3.

6.   Mingħajr ħsara għall-paragrafu 5 ta' hawn fuq, il-kompożizzjoni ta' grupp rikonoxxut skont il-paragrafu 3 tista' tinbidel fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

Membru għandu jiġi eskluż mill-grupp TLTRO-II jekk ma jissodisfax iktar ir-rekwiżiti tal-punt (a) jew (c) tal-paragrafu 3. Il-BĊN tal-membru tal-grupp rilevanti għandu jinforma lill-istituzzjoni prinċipali dwar in-nuqqas tal-membru tal-grupp li jissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

F'dawk il-każijiet, l-istituzzjoni prinċipali għandha tgħarraf lill-BĊN tagħha dwar il-bidla fl-istatus tal-membru tal-grupp tagħha.

(b)

Jekk, fir-rigward tal-grupp TLTRO-II, jiġu stabbiliti rabtiet mill-qrib addizzjonali jew investimenti indiretti ta' riżervi meħtieġa mal-Eurosistema wara l-aħħar jum tax-xahar li jippreċedi l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3, il-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-II tista' tinbidel biex tirrifletti ż-żieda ta' membru ġdid, iżda:

(i)

l-istituzzjoni prinċipali għandha tapplika mal-BĊN tagħha għar-rikonoxximent ta' bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTROs-II;

(ii)

l-applikazzjoni msemmija fil-punt (i) tinkludi:

(1)

isem il-istituzzjoni prinċipali;

(2)

il-lista tal-kodiċijiet tal-IFM u l-ismijiet tal-istituzzjonijiet kollha li huma intiżi li jiddaħħlu fil-kompożizzjoni ġdida tal-grupp tat-TLTROs-II;

(3)

spjegazzjoni tal-bażi għal applikazzjoni, inkluża dettalji tat-tibdil fir-rabtiet mill-qrib u/jew ir-relazzjonijiet ta' żamma ta' riżervi b'mod indirett bejn il-membri tal-grupp billi kull membru jiġi identifikat bil-kodiċi tal-IFM tiegħu;

(4)

fil-każ ta' membri ta' grupp li għalihom japplika l-punt (ii) tal-paragrafu 3(a): konferma bil-miktub mingħand l-istituzzjoni prinċipali li tiċċertifika li kull membru tal-grupp tat-TLTRO-II iddeċieda formalment li jsir membru tal-grupp tat-TLTRO-II inkwistjoni u ddeċieda formalment li jkun membru tat-TLTROs-II inkwistjoni u biex ma jipparteċipax fit-TLTROs-II bħala kontroparti individwali jew bħala membru ta' kwalunkwe grupp TLTRO-II ieħor. Istituzzjoni prinċipali tista' tagħti ċ-ċertifikazzjoni neċessarja fir-rigward tal-membri tal-grupp TLTRO-II tagħha fejn ikun hemm fis-seħħ arranġamenti, bħal dawk għaż-żamma indiretta ta' riżervi minimi bis-saħħa tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), li jgħidu espressament li l-membri tal-grupp rilevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklużivament permezz tal-istituzzjoni prinċipali. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp rilevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità ta' dik il-konferma bil-miktub; u

(5)

fil-każ ta' membri ta' grupp li għalihom japplika l-punt (1) tal-paragrafu 3(a), konferma bil-miktub minn kull membru addizzjonali tad-deċiżjoni formali tiegħu biex ikun membru tal-grupp TLTRO-II inkwistjoni u mhux biex jipparteċipa fit-TLTROs-II bħala kontroparti individwali jew bħala membru ta' kwalunkwe grupp TLTRO-II ieħor, u konferma bil-miktub minn kull membru tal-grupp TLTRO-II, inkluż kemm fil-kompożizzjoni l-qadima u dik ġdida, tad-deċiżjoni formali tiegħu biex jaqbel mal-kompożizzjoni ġdida tal-grupp TLTRO-II, flimkien mal-evidenza xierqa, ikkonfermat mill-BĊN tal-membru tal-grupp rilevanti, kif iddettaljat fil-punt (v) tal-paragrafu 3(d); u

(iii)

l-istituzzjoni prinċipali għandha tikseb konferma mill-BĊN tagħha li l-grupp tat-TLTRO-II ġie rikonoxxut. Qabel ma joħroġ il-konferma tiegħu, il-BĊN relevanti jista' jitlob kull informazzjoni rilevanti oħra relevanti għall-valutazzjoni tiegħu tal-kompożizzjoni ġdida tal-grupp tat-TLTRO-II mill-istituzzjoni prinċipali. Meta jivvaluta applikazzjoni ta' grupp, il-BĊN relevanti għandu jqis ukoll kull valutazzjoni mill-BĊNi tal-membri tal-grupp li tista' tkun meħtieġa, bħal verifiki ta' dokumentazzjoni previsti skont il-punt (ii).

(c)

Jekk, fir-rigward tal-grupp TLTRO-II, għaqda, akkwiżizzjoni jew diviżjoni li tinvolvi membri tal-grupp TLTRO-II iseħħu wara l-aħħar jum tax-xahar li jiġi qabel l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3 u dik l-operazzjoni ma tirriżulta fl-ebda bidla fis-sett ta' self eliġibbli, il-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTRO-II jista' jinbidel biex jirrifletti l-għaqda, akkwiżizzjoni jew diviżjoni, skont il-każ, iżda l-kundizzjonijiet elenkati fil-punt (b) għandhom jitħarsu.

7.   Meta l-Kunsill Governattiv ikun aċċetta tibdil fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-II skont il-paragrafu 5, jew tibdil fil-kompożizzjoni tal-gruppi TLTRO-II ikun sar skont il-paragrafu 6, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jkunx iddeċieda mod ieħor, dan li ġej għandu japplika:

(a)

fir-rigward tat-tibdil li għalih japplikaw il-paragrafu 5 jew il-paragrafu 6(b), l-istituzzjoni prinċipali tista' tieħu sehem f'TLTRO-II fuq il-bażi tal-kompożizzjoni l-ġdida tal-grupp tat-TLTRO-II tagħha għall-ewwel darba sitt ġimgħat wara li dik l-istituzzjoni prinċipali tippreżenta l-applikazzjoni b'suċċess għar-rikonoxximent tal-kompożizzjoni ġdida tal-grupp lill-BĊN tagħha; u

(b)

istituzzjoni li m'għadhiex membru ta' grupp tat-TLTRO-II m'għandhiex tieħu sehem f'xi TLTRO-II oħrajn la b'mod individwali u lanqas bħala membru ta' grupp ieħor tat-TLTRO-II, sakemm ma tissottomettix applikazzjoni ġdida biex tipparteċipa skont il-paragrafi 1, 3 jew 6.

8.   Jekk istituzzjoni prinċipali titlef l-eliġibbiltà tagħha bħala kontroparti għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema, il-grupp tat-TLTRO-II tagħha m'għandux jibqa' rikonoxxut u din l-istituzzjoni prinċipali għandha tkun obbligata li tħallas lura l-ammonti kollha mislufin taħt it-TLTROs-II.

Artikolu 4

Limitu fuq is-self, limitu tal-offerta u kriterji ta' referenza

1.   Il-limiti fuq is-self applikabbli għal parteċipant individwali għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tad-dejta dwar is-self fir-rigward tal-ammonti pendenti ta' self eliġibbli u s-self nett eliġibbli tal-parteċipant individwali. Il-limitu fuq is-self applikabbli għall-parteċipant li huwa l-istituzzjoni prinċipali ta' grupp tat-TLTROs għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-dejta aggregata dwar is-self fir-rigward tal-ammonti pendenti ta' self eliġibbli u s-self nett eliġibbli tal-membri kollha tal-grupp tat-TLTROs.

2.   Il-limitu fuq is-self ta' kull parteċipant għandu jkun ta' 30 % tal-ammont pendenti totali ta' self eliġibbli tiegħu fil-31 ta' Jannar 2016 wara li jitnaqqas kull ammont misluf qabel mill-parteċipant tat-TLTRO-II taħt l-ewwel żewġ TLTROs magħmulin f'Settembru u Diċembru 2014 bis-saħħa tad-Deċiżjoni BĊE/2014/34 u li għadu pendenti fid-data tal-ħlas ta' TLTRO-II wara li titqies kull notifika legalment vinkolanti għall-ħlas bikri sottomessa mill-partiċipant skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni BĊE/2014/34 jew kull notifika legalment vinkolanti għall-ħlas mill-ġdid bikri obbligatorju provdut mill-BĊN rilevanti skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni BĊE/2014/34. Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I.

3.   Jekk membru tal-grupp TLTRO rikonoxxut għall-finijiet tat-TLTROs bis-saħħa tad-Deċiżjoni BĊE/2014/34 ma jkunx irid ikun membru tal-grupp TLTRO-II rispettivament, għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu fuq is-self tat-TLTO-II għal dik l-istituzzjoni ta' kreditu bħala parteċipant individwali, dik l-istituzzjoni għandha titqies li sselfet taħt it-TLTROs magħmulin f'Settembru u Diċembru 2014 ammont daqs l-ammont misluf mill-istituzzjoni prinċipali tal-grupp TLTRO f'dawn iż-żewġ operazzjonijiet u li għadhom pendenti fid-data tal-ħlas ta' TLTRO-II immultiplikat bis-sehem ta' self eliġibbli tal-membru lil dawk tal-grupp TLTRO fit-30 ta' April 2014. Dan l-aħħar ammont jitnaqqas mill-ammont li l-grupp TLTRO-II rispettiv jitqies li ssellef taħt it-TLTROs magħmulin f'Settembru u Diċembru 2014 għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu ta' fuq is-self tat-TLTRO-II tal-istituzzjoni prinċipali.

4.   Il-limitu tal-offerta ta' kull parteċipant għandu jkun daqs il-limitu fuq is-self wara li jitnaqqsu l-ammonti mislufin taħt it-TLTROs-II ta' qabel. Dan l-ammont għandu jitqies li jirrappreżenta limitu massimu tal-offerta għal kull parteċipant u għandhom jgħoddu r-regoli applikabbli għall-offerti li jaqbżu l-limitu massimu tal-offerta, kif stabbilit fl-Artikolu 36 tal-Linja Gwida(UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I.

5.   Il-kriterju ta' referenza ta' self nett ta' parteċipant għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' self nett eliġibbli fl-ewwel perijodu ta' referenza, kif ġej:

(a)

għal parteċipanti li jirrapportaw self nett eliġibbli pożittiv jew żero fl-ewwel perijodu ta' referenza, il-kriterju ta' referenza tas-self nett għandu jkun żero;

(b)

għall-parteċipanti li jirrapportaw self nett eliġibbli negattiv fl-ewwel perijodu ta' referenza, il-kriterju ta' referenza tas-self nett għandu jkun daqs is-self nett eliġibbli għall-ewwel perijodu ta' referenza.

Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I. Il-kriterju ta' referenza ta' self nett għall-parteċipanti li ngħataw liċenzji bankarji wara l-31 ta' Jannar 2015 għandu jkun żero sakemm il-Kunsill Governattiv, f'ċirkustanzi fejn huwa oġġettivament ġġustifkat, jiddeċiedi mod ieħor.

6.   Il-kriterju ta' referenza ta' ammont pendenti ta' parteċipant għandu jiġi ddeterminat bħala s-somma ta' self pendenti eliġibbli mill-31 ta' Jannar 2016 u l-kriterju ta' referenza tas-self nett. Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I.

Artikolu 5

Imgħax

1.   Bla ħsara għall-paragrafu 2, ir-rata ta' imgħax applikabbli għall-ammont misluf taħt kull TLTRO-II għandha tkun ir-rata fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament li tipprevali fi żmien tal-għoti tal-offerta fir-rigward tat-TLTRO-II rilevanti.

2.   ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti mislufin mill-parteċipanti li s-self nett eliġibbli fit-tieni perijodu ta' referenza jaqbeż il-kriterju ta' referenza tas-self nett għandu jkun marbut ukoll mar-rata tal-imgħax fuq il-faċilità ta' depożitu eżistenti fiż-żmien tal-allokazzjoni ta' kull TLTRO-II skont id-dispożizzjonijiet u l-kalkoli ddettaljati stabbiliti fl-Anness I. Ir-rata tal-imgħax għandha tiġi kkomunikata lill-parteċipanti qabel l-ewwel data ta' ħlas lura bikri f'Ġunju 2018 skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-II ippubblikat fis-sit eletroniku tal-BĊE.

3.   L-imgħax għandu jitħallas bl-arretrati mal-maturazzjoni ta' kull TLTRO-II, jew meta jsir il-ħlas lura bikri kif stabbilit fl-Artikolu 6, skont kif ikun applikabbli.

4.   Jekk, minħabba l-eżerċitar ta' rimedji disponibbli għal BĊN skont l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tiegħu, parteċipant ikun meħtieġ li jħallas lura l-ammont pendenti TLTRO-II qabel ma tiġi kkomunikata r-rata tal-imgħax applikabbli lil dak il-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti mislufin minn dak il-parteċipant taħt kull TLTRO-II għandha tkun ir-rata fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament eżistenti fiż-żmien tal-allokazzjoni tal-offerta fir-rigward tat-TLTRO-II rilevanti.

Artikolu 6

Ħlas lura bikri

1.   B'bidu minn 24 xahar wara l-ħlas ta' kull TLTRO-II, il-parteċipanti għandhom, fuq bażi trimestrali, l-għażla li jtemmu jew inaqqsu l-ammont tat-TLTROs-II kkonċernati, qabel il-maturità.

2.   Dati ta' ħlas lura bikri għandhom jikkoinċidu mad-data tal-ħlas ta' operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament, kif speċifikat mill-Eurosistema.

3.   Sabiex jibbenefika minn proċedura ta' ħlas lura bikri, parteċipant għandu jgħarraf lill-BĊN relevanti li biħsiebu jħallas lura bil-proċedura ta' ħlas lura bikri fid-data ta' ħlas lura bikri, tal-inqas ġimgħa qabel dik id-data ta' ħlas lura bikri.

4.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 3 għandha ssir vinkolanti fuq il-parteċipant kkonċernat ġimgħa qabel id-data ta' ħlas lura bikri li tirreferi għaliha. Nuqqas min-naħa tal-parteċipant li jħallas, bis-sħiħ jew b'mod parzjali, l-ammont dovut skont il-proċedura ta' ħlas lura bikri sad-data ta' ħlas lura jista' jirriżulta fl-impożizzjoni ta' penali finanzjarja. Il-penali finanzjarja applikabbli għandha tiġi kkalkulata skont l-Anness VII tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u għandha tikkorrispondi mal-penali finanzjarja applikata għal nuqqasijiet ta' konformità ma' obbligi biex jiġi kkollateralizzat b'mod adegwat u mħallas l-ammont li l-kontroparti ġie assenjat fir-rigward ta' tranżazzjoni mħassra għal għanijiet ta' politika monetarja. L-impożizzjoni ta' penali finanzjarja għandha tkun mingħajr ħsara għad-dritt relevanti tal-BĊN li jeżerċita r-rimedji stabbiliti għal meta jseħħ każ ta' inadempjenza kif stabbilit fl-Artikolu 166 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

Artikolu 7

Rekwiżiti ta' rapportar

1.   Kull parteċipant fit-TLTROs-II għandu jissottometti lill-BĊN relevanti d-dejta identifikata fil-mudell tar-rapportar pprovdut fl-Anness II kif ġej:

(a)

dejta dwar l-ewwel perijodu ta' referenza għall-finijiet li jiġi stabbilit il-limitu fuq is-self tal-parteċipant, il-limiti tal-offerta u l-kriterji ta' referenza (iktar 'il quddiem msejjaħ l-“ewwel rapport”); u

(b)

dejta dwar it-tieni perijodu ta' referenza għall-finijiet li jiġu ddeterminati r-rati ta' imgħax applikabbli (iktar 'il quddiem msejjaħ it-“tieni rapport”)

2.   Id-dejta għandha tiġi pprovduta skont:

(a)

il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-II ppubblikat fis-sit eletroniku tal-BĊE;

(b)

il-linji gwida previsti fl-Anness II; u

(c)

l-istandards minimi għall-preċiżjoni u konformità mal-kunċetti speċifikati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

3.   Termini użati fir-rapport sottomess mill-parteċipanti għandhom jiġu interpretati skont id-definizzjonijiet ta' dawk it-termni fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

4.   L-istituzzjonijiet prinċipali tal-gruppi ta' TLTRO-II għandhom jissottomettu rapporti tad-dejta aggregata fir-rigward tal-membri kollha tal-grupp tat-TLTROs. Barra minn hekk, il-BĊN tal-istituzzjoni prinċipali jew BĊN ta' membru ta' grupp tat-TLTRO-II jistgħu, f'koordinazzjoni mal-BĊN tal-istituzzjoni prinċipali, jeħtieġu li l-istituzzjoni prinċipali tissottometti dejta diżaggregata għal kull membru ta' grupp individwali.

5.   Kull parteċipant għandu jiżgura li l-kwalità tad-dejta sottomessa bis-saħħa tal-paragrafi 1 u 2 tiġi vvalutata minn awditur estern skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

l-awditur jista' jivvaluta d-dejta fl-ewwel rapport bħala parti mill-verifika tar-rendikonti finanzjarji annwali tal-partiċipant u r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur għandhom jintbagħtu sal-iskadenza speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-II ippubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE;

(b)

ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur dwar it-tieni rapport għandhom jiġu sottomessi flimkien mat-tieni rapport sakemm, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, ma tiġix approvata skadenza differenti mill-BĊN rilevanti; f'dan il-każ, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti mislufa mill-parteċipant li talab l-estensjoni għandha tiġi kkomunikata biss wara r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur jiġu sottomessi; jekk, wara l-approvazzjoni tal-BĊN rilevanti, il-parteċipant jiddeċiedi li jittermina jew inaqqas l-ammont għat-TLTROs-II tiegħu qabel ma jissottometti r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti li għandhom jitħallsu lura mill-parteċipant għandha tkun ir-rata fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament eżistenti fiż-żmien tal-allokazzjoni tal-offerta fir-rigward tat-TLTRO-II rilevanti;

(c)

il-valutazzjonijiet tal-awditur għandhom jiffokaw fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. B'mod partikolari, l-awditur għandu:

(i)

jivvaluta l-preċiżjoni tad-dejta pprovduta billi jivverifika li s-sett ta' self eliġibbli tal-parteċipant inkluż, fil-każ ta' istituzzjoni prinċipali s-self eliġibbli għall-membri tal-grupp TLTRO-II, jissodisfax il-kriterji tal-eliġibbiltà;

(ii)

jivverifika li d-dejta rapportata tikkonforma mal-linji gwida speċifikati fl-Anness II u mal-kunċetti mdaħħla permezz tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33);

(iii)

jivverifika li d-dejta rapportata hija konsistenti mad-dejta miġbura bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33); u

(iv)

jivverifika jekk il-kontrolli u l-proċeduri humiex fis-seħħ għall-validazzjoni tal-integrità, il-preċiżjoni u l-konsistenza tad-dejta.

Fil-każ ta' parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp, ir-riżultati għandhom jinqasmu mal-BĊNi tal-membri tal-grupp TLTRO-II oħrajn. Fuq talba tal-BĊN tal-partiċipant, riżultati ddettaljati tal-valutazzjonijiet li jsiru skont dan il-paragrafu għandhom jiġu pprovduti lil dak il-BĊN u, fil-każ ta' parteċipazzjoni tal-grupp, sussegwentement jinqasmu mal-BĊNi tal-membri tal-grupp.

L-Eurosistema tista' tipprovdi gwida ulterjuri fuq il-mod kif il-valutazzjoni tal-awditur għandha ssir f'liema każ il-parteċipanti għandhom jiżguraw li dik il-gwida tiġi applikata mill-awdituri fil-valutazzjoni tagħhom.

6.   Wara bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-II jew riorganizzazzjoni korporattiva, bħal għaqda, akkwiżizzjoni jew diviżjoni, li taffettwa is-sett tas-self eliġibbli tal-partiċipant, l-ewwel rapport rivedut għandu jiġi sottomess skont l-istruzzjonijiet rċevuti mill-BĊN tal-partecipant. Il-BĊN rilevanti għandu jevalwa l-impatt tar-reviżjoni u jieħu azzjoni xierqa. Din l-azzjoni tista' tinkludi rekwiżit biex jitħallsu lura ammonti mislufin li, wara li tittieħed inkunsiderazzjoni l-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-II jew ir-riorganizzazzjoni korporattiva, jaqbżu l-limitu fuq is-self rilevanti. Il-parteċipant ikkonċernat (li jista' jinkludi entità mwaqqfa ġdida wara r-riorganizzazzjoni korporattiva) għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali mitluba mill-BĊN rilevanti għall-għajnuna fil-valutazzjoni tal-impatt tar-reviżjoni.

7.   Id-dejta pprovduta mill-parteċipanti bis-saħħa ta' dan l-Artikolu tista' tintuża mill-Eurosistema għall-implimentazzjoni tal-qafas TLTRO-II, kif ukoll għall-analiżi tal-effettività tal-qafas u għanijiet analitiċi tal-Eurosistema oħrajn.

Artikolu 8

Nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar

1.   Meta parteċipant jonqos milli jirrapporta jew jikkonforma mar-rekwiżiti tal-verifika, jew fejn jiġu identifikati żbalji fid-dejta rapportata, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

Jekk parteċiplant jonqos milli jissottometti l-ewwel rapport sal-iskadenza rilevanti, il-limitu għas-self tiegħu għandu jiħi ffissat għal żero.

(b)

Jekk parteċipant jonqos milli jissottometti t-tieni rapport sal-iskadenza rilevanti jew jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(5) jew (6), ir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament eżistenti fiż-żmien tal-allokazzjoni tal-offerta fir-rigward tat-TLTRO-II rilevanti għandha tkun applikabbli għall-ammonti mislufin minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-II.

(c)

Jekk parteċipant, jew fir-rigward tal-verifika msemmija fl-Artikolu 7(5) jew mod ieħor, jidentifika żbalji fid-dejta sottomessa fir-rapporti, inklużi ineżattezzi jew inkompletezza, għandu jinnotifika lill-BĊN rilevanti bihom fl-iqsar żmien possibbli. Meta l-BĊN rilevanti ikun ġie nnotifkat b'dawn l-iżbalji, jew fejn dawn l-iżbalji jaslu għall-attenzjoni tiegħu mod ieħor: (i) il-parteċipant għandu jipprovdi kull informazzjoni addizzjonali mitluba mill-BĊN rilevanti biex jgħin fil-valutazzjoni tal-impatt tal-iżball ikkonċernat, u (ii) il-BĊN rilevanti jista' jieħu l-azzjoni xierqa, li tista' tinkludi aġġustament għar-rata tal-imgħax applikata lis-self tal-parteċipant taħt it-TLTROs-II u rekwiżit għall-ħlas lura tal-ammonti mislufa, minħabba żball, li jaqbżu l-limutu għas-self tal-parteċipant.

2.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe sanzjoni li tista' tiġi imposta skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 al-Bank Ċentrali Ewropew (6) fir-rigward tal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Mejju 2016.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta' April 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċiżjoni BĊE/2014/34 tad-29 ta' Lulju 2014 dwar miżuri fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament immirati aktar fit-tul (ĠU L 258, 29.8.2014, p. 11).

(2)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-poter tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p. 19-22).

(4)  Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

(5)  Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9), (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10).

(6)  Deċiżjoni BĊE/2010/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Awwissu 2010 dwar nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għar-rapportar tal-istatistika, (ĠU L 226, 28.8.2010, p. 48).


ANNESS I

IT-TWETTIQ TAT-TIENI SERJE TA' OPERAZZJONIJIET TA' RIFINANZJAMENT IMMIRATI FUQ ŻMIEN ITWAL

1.   Kalkolu tal-limitu fuq is-self u l-limitu tal-offerta

Il-parteċipanti f'waħda mit-tieni serje ta' operazzjoni speċifika ta' rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-II), li jaġixxu jew individwalment jew bħala istituzzjoni prinċipali ta' grupp TLTRO-II, huma suġġetti għal limitu fuq is-self. Il-limitu fuq is-self ikkalkolat ser jitqarreb għall-figura multipla li jmiss ta' EUR 10 000.

Il-limitu fuq is-self applikabbli għal parteċipant individwali fit-TLTROs-II huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-ammont ta' self eliġibbli pendenti fil-31 ta' Jannar 2016. Il-limitu fuq is-self applikabbli għall-istituzzjoni prinċipali ta' grupp tat-TLTRO-II huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-ammonti ta' self eliġibbli pendenti fil-31 ta' Jannar 2016 fir-rigward tal-membri kollha tal-grupp TLTRO-II.

II-limitu fuq is-self huwa ta' 30 % fuq l-ammont pendenti ta' self eliġibbli li jirrigwarda lill-parteċipant (1) fil-31 ta' Jannar 2016 wara li jitneħħew l-ammonti mislufin mill-parteċipant fl-operazzjoni speċifika ta' rifinanzjament għal żmien itwal (TLTROs) magħmulin f'Settembru u Diċembru 2014 bis-saħħa tad-Deċiżjoni BĊE/2014/34 u li għadhom pendenti fid-data tal-ħlas ta' TLTRO-II, jiġifieri:

BAk = 0,3 × OLJan 2016 – OB għal k = 1,…,4

Hawn BAk huwa l-limitu fuq is-self fit-TLTRO-II k (bi k = 1,…,4), OLJan 2016 huwa l-ammont ta' self miżmum mill-parteċipant li huwa pendenti fil-31 ta' Jannar 2016 u OBk huwa l-ammont misluf mill-parteċipant fit-TLTRO1 u t-TLTRO2 tal-ewwel serje TLTRO u għadu pendenti fid-data tal-ħlas ta' TLTRO-II k.

Il-limitu tal-offerta applikabbli għal kull parteċipant f'kull TLTRO-II huwa l-limitu ta' self wara li jitnaqqas is-self tal-parteċipant fit-TLTROs-II preċedenti.

Fejn Ck ≥ 0 ikun is-self ta' parteċipant fit-TLTRO-II k. Il-limitu tal-offerta BLk għal dan il-parteċipant f'operazzjoni k huwa:

 

BL 1 = BA 1 u

 

Formula, għal k = 2, 3, 4.

2.   Kalkolu tal-kriterji ta' referenza

Fejn NLm huwa s-self nett eliġibbli ta' parteċipant f'xahar kalendarju m, ikkalkulat bħala l-fluss gross ta' parteċipant ta' self eliġibbli ġdid f'dak ix-xahar bit-tnaqqis ta' ħlasijiet lura ta' self eliġibbli, kif iddefinit fl-Anness II.

Indika b'NLB il-kriterju ta' referenza tas-self nett għal dan il-parteċipant. Dan huwa ddefinit kif ġej:

NLB = min(NLFeb 2015 + NLMarch 2015 + … + NLJan 2016,0)

Dan jimplika li jekk il-parteċipant għandu self nett eliġibbli pożittiv jew żero fl-ewwel perijodu ta' referenza, mela NLB = 0. Jekk, madankollu, il-parteċipant għandu self nett eliġibbli pożittiv jew żero fl-ewwel perijodu ta' referenza, mela NLB = NLFeb 2015 + NLMarch 2015 + … + NLJan 2016.

Uri b'OAB l-kriterju ta' referenza ta' ammont pendenti ta' parteċipant. Dan huwa ddefinit kif ġej:

OAB = max(OLJan 2016 + NLB,0)

3.   Kalkolu tar-rata ta' imgħax

Fejn NSJan 2018 juri l-ammont miksub billi jingħadd is-self nett eliġibbli fuq perijodu mill-1 ta' Frar 2016 sal-31 ta' Jannar 2018 u l-ammont ta' self eliġibbli pendenti mill-31 ta' Jannar 2016; dan huwa kkalkulat bħala NSJan 2018 = OLJan 2016 + NLFeb 2016 + NLMarch 2016 + … + NLJan 2018

Indika issa b'EX il-perċentwali ta' devjazzjoni NSJan 2018 mill-kriterju ta' referenza tal-ammont pendenti, jiġifieri,

Formula

Fejn OAB huwa żero, EX jitqies daqs 2.5.

Fejn rk hija rata ta' imgħax li tiġi applikata għat-TLTRO-II k. Fejn MROk u DFk hija r-rata tal-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament (MRO) u r-rata tal-faċilità tad-depożitu, espressi bħala r-rati ta' perċentwali annwali, eżistenti fiż-żmien tal-allokazzjoni tat-TLTRO-II k, rispettivament. ir-rata tal-imgħax hija ddeterminata kif ġej:

a)

Jekk partiċipant ma jaqbiżx il-kriterju ta' referenza tal-ammont tas-self eliġibbli pendenti fil-31 ta' Jannar 2018, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata lill-ammonti kollha mislufa mill-parteċipant taħt it-TLTROs-II hija daqs ir-rata MRO applikabbli fi żmien tal-allokazzjoni ta' kull TLTRO-II, jiġifieri:

jekk EX ≤ 0, mela rk = MROk .

b)

Jekk partiċipant jaqbeż il-kriterju ta' referenza tal-ammont tas-self eliġibbli pendenti b'mill-inqas 2,5 % fil-31 ta' Jannar 2018, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata lill-ammonti kollha mislufa mill-parteċipant taħt it-TLTROs-II hija daqs ir-rata tal-faċilità ta' depożitu applikabbli fi żmien tal-allokazzjoni ta' kull TLTRO-II, jiġifieri:

jekk EX ≥ 2,5, mela rk = DFk .

c)

Jekk partiċipant jaqbeż il-kriterju ta' referenza tal-ammont tas-self eliġibbli pendenti imma b'inqas minn 2,5 % fil-31 ta' Jannar 2018, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata lill-ammonti kollha mislufa mill-parteċipant taħt it-TLTROs-II hija ggradata b'mod lineari skont il-perċentwali li biha il-parteċipant jaqbeż il-kriterju ta' referenza tal-ammonti pendenti tas-self eliġibbli, jiġifieri:

jekk 0 < EX < 2,5, melaFormula.

Ir-rata tal-imgħax tiġi espressa bħala rata ta' perċentwali annwali, imqarrba sar-raba' pożizzjoni deċimali li jmiss.


(1)  Referenzi għal “parteċipant” għandhom jinftiehmu li japplikaw għal parteċipanti individwali jew gruppi TLTRO-II


ANNESS II

IT-TIENI SERJE TA' OPERAZZJONIJIET TA' RIFINANZJAMENT SPEĊIFIĊI FUQ ŻMIEN ITWAL — LINJI GWIDA GĦALL-MILI TAL-FORMOLA TA' RAPPORTAR

1.   Introduzzjoni  (1)

Dawk il-linji gwida jipprovdu struzzjonijiet għall-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta li l-parteċipanti fit-TLTROs-II għandhom jissottomettu skont l-Artikolu 7. Ir-rekwiżiti tar-rapportar huma ppreżentati fil-mudell tar-rapportar fl-aħħar ta' dan l-Anness. Dawn il-linji gwida jispeċifikaw ukoll ir-rekwiżiti ta' rapportar tal-gruppi tat-TLTRO-II li jieħdu sehem fl-operazzjonijiet.

It-taqsima 2 u 3 jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar il-kumpilazzjoni u t-trasmissjoni tad-dejta u t-taqsima 4 jispjegaw l-indikaturi li għandhom jiġu rrapportati.

2.   Informazzjoni ġenerali

Il-miżuri li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-limitu fuq is-self huma marbutin ma' self tal-korporazzjonijiet finanzjarji (IFM) lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji taż-żona tal-euro u self IFM lil unitajiet domestiċi taż-żona tal-euro (2), bl-esklużjoni ta' self għax-xiri ta' djar, fil-muniti kollha. Skont l-Artikolu 7 rapporti tad-dejta għandhom jiġu sottomessi għal żewġ perijodi ta' referenza ddefiniti fl-Artikolu 1. B'mod partikolari, informazzjoni dwar l-ammonti pendenti ta' self eliġibbli fi tmiem ix-xahar ta' qabel il-bidu tal-perjodu u fi tmiem il-perjodu, kif ukoll is-self nett eliġibbli matul il-perjodu (ikkalkolat bħala self gross nett mill-ħlasijiet lura tas-self) irid jiġi rrapportat għalih għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji u għal unitajiet domestiċi. Ammonti pendenti ta' self eliġibbli huma aġġustati biex jaħsbu għal self li huwa ttitolizzat jew ttrasferit mod ieħor u li mhux dekontabilizzat. Informazzjoni ddettaljata hija meħtieġa wkoll fuq subkomponenti rilevanti ta' dawn il-partiti, kif ukoll fuq l-effetti li jirriżultaw f'tibdil lil ammonti pendenti ta' self eliġibbli imma ma humiex relatati ma' self nett eliġibbli (iktar 'il quddiem “aġġustamenti għall-ammonti pendenti”), li jkopru wkoll xiri u bejgħ ta' self u trasferimenti ta' self oħra.

Fir-rigward tal-użu ta' informazzjoni miġbura, id-dejta fuq l-ammonti pendenti ta' self eliġibbli fil-31 ta' Jannar 2016 se tintuża għad-determinazzjoni tal-limitu fuq is-self. Barra minn hekk, id-dejta fuq self nett eliġibbli matul l-ewwel perijodu ta' referenza għandu jintuża għall-kalkolu tal-kriterju ta' referenza tas-self nett u l-kriterju ta' referenza tal-ammont pendenti. Fil-frattemp dejta fuq self nett eliġibbli matul it-tieni perijodu ta' referenza għandha tintuża għall-valutazzjoni tal-iżviluppi tas-self u, għaldaqstant, ir-rati ta' imgħax applikabbli. L-indikaturi kollha l-oħrajn fil-mudell huma meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konsistenza interna tal-informazzjoni u l-konsistenza tagħha mad-dejta statistika miġbura fi ħdan l-Eurosistema, kif ukoll għall-monitoraġġ fil-fond tal-impatt tal-programm tat-TLTRO-II.

Il-qafas ġenerali sottostanti t-tlestija tar-rapporti tad-dejta huwa pprovdut mir-rekwiżiti ta' rapportar tal-IFM taż-żona tal-euro fil-kuntest tal-istatistika dwar il-partiti tal-karta tal-bilanċ (BSI) tal-IFM, kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). B'mod partikolari, fir-rigward tas-self, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) jeħtieġ li dan “[għandu jiġi rrapportat] skont l-ammont tal-kapital pendenti fl-aħħar tax-xahar. It-tħassir u tnaqqis fil-valur kif iddeterminat mill-prattiki ta' kontabbiltà relevanti għandhom ikunu esklużi minn dan l-ammont. […] is-self m'għandux ikun nnettjat kontra ebda assi jew passiv oħra. Madankollu, għall-kuntrarju tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 8(2), li jimplikaw ukoll li s-self irid jiġi rrapportat gross mill-provvedimenti, l-Artikolu 8(4) jistipula li l-BĊNi jistgħu jħallu r-rapportar ta' self kopert wara li jitnaqqsu l-koperturi u r-rapportar ta' self mixtri skont il-prezz miftiehem fil-ħin tal-akkwist tagħhom [jiġifieri l-valur tat-tranżazzjoni tagħhom], sakemm dawn il-prattiċi tar-rapportar ikunu applikati mill-operaturi kollha residenti li jirrapportaw”. L-implikazzjonijiet li din id-devjazzjoni mill-gwida ġenerali dwar il-BSI għandha għall-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta huma rriveduti f'iktar dettall iktar 'il quddiem.

Ir-Regolament BĊE/2013/33 għandu jintuża wkoll bħala d-dokument ta' referenza fir-rigward tad-definizzjonijiet li jridu jiġu applikati fil-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta. Ara, b'mod partikolari, l-Artikolu 1 għad-definizzjonijiet ġenerali, u l-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II għal definizzjoni tal-kategoriji tal-istrumenti li għandhom ikunu koperti taħt “self” u tas-setturi ta' parteċipanti rispettivament. Huwa importanti, fil-qafas tal-BSI, li r-riċevibbli tal-imgħax dovut fuq is-self ikun soġġett għal reġistrazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ hekk kif isir dovut (jiġifieri fuq bażi tad-dovuti minflok meta fil-fatt jiġi riċevut), iżda ma għandux ikun eskluż mid-dejta fuq l-ammonti pendenti ta' self. Madankollu, imgħax kapitalizzat għandu jiġi rreġistrat bħala parti mill-ammonti pendenti.

Filwaqt li ħafna mid-dejta li trid tiġi rrapportata fil-formola diġà tinġabar mill-IFM skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), il-parteċipanti li jagħmlu offerti fit-TLTRO-II għandhom jiġbru ċerta informazzjoni addizzjonali. Il-qafas metodoloġiku għall-istatistiki tal-BSI, kif stipulat fil-“Manual on MFI balance sheet statistics” (3) (“Manwal dwar l-istatistiki tal-karta tal-bilanċ tal-IFM”), jipprovdi t-tagħrif ta' sfond kollu meħtieġ biex tinġabar din id-dejta addizzjonali; iktar dettalji huma pprovduti fil-punt 4 dwar id-definizzjonijiet tal-indikaturi individwali.

3.   Struzzjonijiet ġenerali ta' rapportar

(a)   Struttura tal-mudell dwar ir-rapportar

Il-mudell jinkludi indikazzjoni tal-perijodu li d-dejta tirriferi għalih u tiġbor flimkien l-indikaturi f'żewġ blokok: Self IFM lill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji taż-żona tal-euro u self IFM lill-unitajiet domestiċi taż-żona tal-euro għal xiri ta' djar. Id-dejta fiċ-ċelloli kollha mmarkati bl-isfar hija kkalkolata mid-dejta mdaħħla f'ċelloli oħrajn, fuq il-bażi tal-formuli pprovduti. Il-mudell jinkorpora wkoll regola ta' validazzjoni li tivverifika l-konsistenza bejn ammonti u tranżazzjonijiet pendenti.

(b)   Definizzjoni tal-“perjodu tar-rapportar”

Il-perjodu tar-rapportar jirrappreżenta l-medda ta' dati li għaliha tirreferi d-dejta. Hemm żewġ perijodi ta' rapportar fit-TLTRO-II, jiġifieri “l-ewwel perijodu ta' referenza”, 1 ta' Frar 2015 sal-31 ta' Jannar 2016, u “t-tieni perijodu ta' referenza”, l-1 ta' Frar 2016 sal-31 ta' Jannar 2018. L-indikaturi marbutin ma' ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif kienu fi tmiem ix-xahar ta' qabel ma beda l-perjodu tar-rapportar u fi tmiem il-perjodu tar-rapportar; għalhekk, għall-ewwel perjodu ta' referenza ammonti pendenti għandhom jiġu rrapportati kif huma fil-31 ta' Jannar 2015 u fil-31 ta' Jannar 2016, u għat-tieni perijodu ta' referenza l-ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif huma fil-31 ta' Jannar 2016 u l-31 ta' Jannar 2018. Min-naħa tagħha, id-dejta fuq tranżazzjonijiet u aġġustamenti trid tkopri l-effetti relevanti kollha li jseħħu matul il-perjodu tar-rapportar.

(c)   Ir-rapportar fir-rigward ta' gruppi tat-TLTROs

Fir-rigward ta' parteċipazzjoni ta' grupp fit-TLTROs-II, bħala regola d-dejta għandha tiġi rrapportata fuq bażi aggregata. Madankollu, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊNi) għandhom il-possibbiltà li jiġbru t-tagħrif fuq bażi ta' istitituzzjonijiet individwali, jekk jitqies li dan huwa xieraq.

(d)   Tranżmissjoni tar-rapporti tad-dejta

Ir-rapporti tad-dejta kompletati għandhom jintbagħtu lill-BĊN relevanti kif speċifikat fl-Artikolu 7 u skont il-kalendarju indikattiv għal TLTROs-II ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, li jistipula wkoll il-perjodi ta' referenza li jridu jkunu koperti f'kull trażmizzjoni u liema vintages tad-dejta għandhom jintużaw għall-kumpilazzjoni tad-dejta.

(e)   Unità tad-dejta

Id-dejta trid tiġi rrapportata f'termini ta' eluf ta' euro.

4.   Definizzjonijiet

Din is-sezzjoni tipprovdi definizzjonijiet tal-partiti li jridu jiġu rrapportati; l-enumerazzjoni użata fil-formola ta' rapportar hija indikata fil-parentesi.

(a)   Ammonti pendenti ta' self eliġibbli (1 u 4)

Id-dejta f'dawn iċ-ċelloli tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-figuri rrapportati fir-rigward tal-partiti sussegwenti, jiġifieri “Ammonti pendenti fil-karta tal-bilanċ” (1.1 u 4.1), bit-tnaqqis tal-“Ammonti pendenti ta' self li huma titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ” (1.2 u 4.2), b'żieda tal-“Provvedimenti pendenti kontra self eliġibbli” (1.3 u 4.3). L-aħħar subterminu huwa relevanti biss f'każijiet li fihom, għall-kuntrarju tal-prattika ġenerali tal-BSI, is-self jiġi rrapportat nett mill-provvedimenti.

(i)   Ammonti pendenti fil-karta tal-bilanċ (1.1 u 4.1)

Din il-partita tinkludi ammonti pendenti ta' self mogħti lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi taż-żona tal-euro, bl-esklużjoni ta' self għax-xiri ta' djar. Għall-kuntrarju tal-imgħax kapitalizzat, l-imgħax dovut huwa eskluż mill-indikaturi.

Dawn iċ-ċelloli fuq il-mudell huma marbuta direttament mar-rekwiżiti tal-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) (Taqsima 2 tat-Tabella 1 fuq stokks tax-xahar).

Għal definizzjoni iktar dettaljata tal-partiti li jridu jiddaħħlu fir-rapporti tad-dejta, ara l-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 2.1.4 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

(ii)   L-ammonti pendenti ta' self li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ (1.2 u 4.2)

Din il-partita tinkludi l-ammonti pendenti ta' self li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor iżda li ma ġiex dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ. L-attivitajiet kollha ta' titolizzazzjoni jridu jiġu rrapportati, indipendentement minn fejn huma residenti l-korporazzjonijiet tal-veikoli finanzjarji. Self provdut bħala kollateral lill-Eurosistema għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-politika monetarja fil-forma ta' pretensjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw fi trasferiment mingħajr dekontabilizzar mill-karta tal-bilanċ huma esklużi minn din il-partita.

Il-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) (Taqsima 5.1 tat-Tabella 5a fuq id-dejta tax-xahar) tkopri l-informazzjoni meħtieġa fuq self titolizzat lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi li ma ġewx dekontabilizzati, iżda ma teħtieġx li dawn tal-aħħar jitqassmu skont l-iskop. Barra minn hekk, ammonti pendenti ta' self li ġie ttrasferit b'xi mod ieħor (jiġifieri mhux permezz ta' titolizzazzjoni) iżda li mhuwiex dekontabilizzat, mhumiex koperti mir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Għalhekk, għall-finijiet tal-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta, huma meħtieġa estrazzjonijiet ta' dejta separati mid-databases interni tal-IFM.

Għal iktar dettalji tal-partiti li jridu jiddaħħlu fir-rapporti tad-dejta, ara l-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 2.3 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

(iii)   Provvedimenti pendenti kontra self eliġibbli (1.3 u 4.3)

Din id-dejta hija relevanti biss għal dawk l-istituzzjonijiet li, għall-kuntrarju tal-prattika ġenerali tal-BSI, jirrapportaw self nett mill-provvedimenti. Fil-każ ta' istituzzjonijiet li jagħmlu offerti bħala grupp tat-TLTRO-II, dan ir-rekwiżit japplika biss għal dawk l-istituzzjonijiet fil-grupp li jirreġistraw self nett mill-provvedimenti.

Din il-partita tinkludi provvedimenti individwali u kollettivi għal indeboliment u telf minn self (qabel ma jsir tħassir u tniżżil fil-valur). Id-dejta trid tirreferi għal self eliġibbli pendenti fil-karta tal-bilanċ, jiġifieri huwa eskluż self li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor li ma ġiex dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ.

Kif intqal iktar 'il fuq fit-tielet subparagrafu tal-punt 2, bħala regola, fl-istatistiki tal-BSI is-self għandu jiġi rrapportat bl-ammont pendenti ta' kapital, bil-provvedimenti korrispondenti li jiġu allokati f'“Kapital u riżervi”. F'dawn il-każijiet, m'għandha tiġi rrapportata l-ebda informazzjoni separata dwar provvedimenti. Fl-istess ħin, f'każijiet li fihom is-self jiġi rrapportat nett mill-provvedimenti, dan it-tagħrif addizzjonali jrid jiġi rrapportat sabiex tinġabar dejta kompletament paragunabbli bejn l-IFM.

Meta tkun prattika normali li jiġu rrapportati ammonti pendenti ta' self nett mill-provvedimenti, il-BĊNi għandhom l-għażla li jagħmlu r-rapportar ta' dan it-tagħrif mhux obbligatorju. Madankollu, f'dawn il-każijiet il-kalkoli skont il-qafas tat-TLTROs-II ser ikunu msejsin fuq l-ammonti ta' self pendenti fil-karta tal-bilanċ nett mill-provvedimenti (4).

Għal dettalji addizzjonali, ara r-referenza għad-dispożizzjonijiet fid-definizzjoni ta' “Kapital u riżervi” fil-Parti 2 tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

(b)   Self nett eliġibbli (2)

Dawn iċ-ċelloli tal-mudell ta' rapportar jirreġistraw is-self nett (tranżazzjonijiet) mogħti matul il-perjodu tar-rapportar. Id-dejta tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-figuri rrapportati għas-subpartiti, jiġifieri s-“Self gross” (2.1) nieqes il-“Ħlasijiet lura” (2.2).

Self li huwa negozjat mill-ġdid matul il-perjodu tar-rapportar għandu jiġi rrapportat kemm bħala “Ħlasijiet lura” kif ukoll bħala “Self gross” meta jseħħ in-negozjar mill-ġdid. Id-dejta dwar l-aġġustament trid tinkludi effetti marbutin man-negozjar mill-ġdid tas-self.

Fil-prinċipju, tranżazzjonijiet “mreġġa' lura” matul il-perjodu (jiġifieri self mogħti u mħallas lura matul il-perjodu) għandhom jiġu rrapportati kemm bħala “Self gross” kif ukoll bħala “Ħlasijiet lura”. Madankollu, l-IFM li jagħmlu offerti jistgħu jitħallew jeskludu dawn l-operazzjonijiet ukoll meta jikkompilaw ir-rapporti tad-dejta, sabiex jittaffa l-piż tar-rapportar tagħhom. F'dan il-każ, għandhom jinfurmaw lill-BĊN rilevanti u d-dejta fuq l-aġġustamenti għall-ammonti pendenti għandha teskludi wkoll effetti marbutin ma' dawn l-operazzjonijiet imreġġa' lura. Din l-eċċezzjoni ma tapplikax għal self mogħti matul il-perjodu li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor.

Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll dejn tal-karta tal-kreditu, self ċirkolanti u kreditu fuq kont kurrenti bankarju. Għal dawn l-istrumenti, bidliet fil-bilanċi minħabba ammonti użati jew prelevati matul il-perjodi tar-rapportar għandhom jintużaw bħala indikaturi għas-self nett. L-ammonti pożittivi għandhom jiġu rrapportati bħala “Self gross” (2.1), filwaqt li l-ammonti negattivi għandhom jiġu rrapportati (bis-sinjal pożittiv) bħala “Ħlasijiet lura” (2.2).

(i)   Self gross (2.1)

Din il-partita tinkludi l-fluss tas-self ġdid gross fil-perjodu tar-rapportar, għajr kwalunkwe akkwiżizzjoni ta' self. Kreditu mogħti relatat ma' dejn tal-karta tal-kreditu, self ċirkolanti u kreditu fuq kont kurrenti bankarju għandu jiġi rrapportat ukoll, kif spjegat iktar 'il fuq.

Ammonti miżjudin matul il-perjodu mal-bilanċi dovuti tal-klijent, pereżempju, mal-kapitalizzazzjoni tal-imgħax (għall-kuntrarju tad-dovuti tal-imgħax) u l-miżati, għandhom ikunu inklużi wkoll.

(ii)   Ħlasijiet lura (2.2)

Din il-partita tinkludi l-fluss ta' ħlasijiet lura tal-kapital matul il-perjodu tar-rapportar, bl-esklużjoni ta' dawk marbutin ma' self titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor li mhuwiex dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ. Il-ħlasijiet lura relatati mad-dejn tal-karta tal-kreditu, self ċirkolanti u kreditu fuq kont kurrenti bankarju għandhom jiġu rrapportati wkoll, kif spjegat iktar 'il fuq.

Il-ħlasijiet tal-imgħax marbutin mal-imgħax dovut li ma jkunx għadu ġie kapitalizzat, ċessjoni tas-self u aġġustamenti oħrajn fl-ammonti pendenti (inklużi tħassir u tniżżil fil-valur) ma għandhomx jiġu rrapportati.

(c)   Aġġustamenti fl-ammonti pendenti

Dawn iċ-ċelloli tal-mudell ta' rapportar huma sabiex jiġu rrapportati bidliet fl-ammonti pendenti (tnaqqis (–) u żidiet (+)) li jseħħu tul il-perjodu tar-rapportar li mhumiex marbutin mas-self nett. Tali bidliet iseħħu minn operazzjonijiet bħal titolizzazzjonijiet tas-self u trasferimenti oħrajn ta' self matul il-perjodu tar-rapportar, u minn aġġustamenti oħrajn marbutin mar-rivalutazzjonijiet dovuti għal bidliet fir-rati tal-kambju, tħassir u tniżżil fil-valur ta' self u riklassifikazzjonijiet. Id-dejta f'dawn iċ-ċelloli tiġi kkalkolata b'mod awtomatiku fuq il-bażi tal-figuri rrapportati fis-subpartiti, jiġifieri “Bejgħ u xiri ta' self u trasferimenti oħrajn ta' self matul il-perjodu tar-rapportar” (3.1) miżjuda ma' “Aġġustamenti oħrajn” (3.2).

(i)   Bejgħ u xiri ta' self u trasferimenti ta' self oħrajn matul il-perjodu tar-rapportar (3.1)

—   Flussi netti ta' self titolizzat b'impatt fuq l-istokks tas-self (3.1 A)

Din il-partita tinkludi fiha l-ammont nett tas-self li huwa ttitolizzat matul il-perjodu tar-rapportar b'impatt fuq l-istokks tas-self irrapportati, ikkalkolati bħala l-akkwisti wara li jitnaqqsu ċ-ċessjonijiet (5). L-attivitajiet kollha ta' titolizzazzjoni jridu jiġu rrapportati, indipendentement minn fejn huma residenti l-korporazzjonijiet tal-veikoli finanzjarji. It-trasferimenti tas-self għandhom jiġu rreġistrati bl-ammont nominali ta' tħassir u tniżżil fil-valur fi żmien il-bejgħ. Dan it-tħassir u tniżżil fil-valur għandu jiġi rrapportat, meta jkun jista' jiġi identifikat, taħt il-partita 3.2B fil-mudell (ara iktar 'il quddiem). Fil-każ tal-IFM li jirrapportaw self nett mill-provvedimenti, it-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bil-valur tal-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-ammont nominali nett mill-provvedimenti pendenti) (6).

Ir-rekwiżiti tal-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) (Taqsima 1.1 tat-Tabella 5a fuq id-dejta tax-xahar u t-Tabella 5b fuq id-dejta trimestrali) ikopru dawn l-elementi.

Għal definizzjoni iktar dettaljata tal-partiti li għandhom jiġu rrapportati, ara l-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 2.3 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

—   Flussi netti ta' self li huwa ttrasferit b'xi mod ieħor b'impatt fuq l-istokks tas-self (3.1B)

Din il-partita tinkludi l-ammont nett ta' self soġġett għal ċessjoni jew akkwiżizzjoni matul il-perjodu b'impatt fuq l-istokks tas-self irrapportat f'operazzjonijiet mhux relatati ma' attivitajiet ta' titolizzazzjoni, u hija kkalkolata bħala l-akkwisti wara li jitnaqqsu ċ-ċessjonijiet. It-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bl-ammont nominali nett mit-tħassir u tniżżil fil-valur fi żmien il-bejgħ. Dan it-tħassir u tniżżil fil-valur għandu jiġi rrapportat, meta jkun jista' jiġi identifikat, taħt il-partita 3.2B. Fil-każ ta' IFM li jirrapportaw self nett mill-provvedimenti, it-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bil-valur tal-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-ammont nominali nett mill-provvedimenti pendenti).

Ir-rekwiżiti tal-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ikopru dawn l-elementi b'mod parzjali. It-taqsimiet 1.2 tat-Tabella 5a fuq id-dejta tax-xahar u t-Tabella 5b dwar id-dejta trimestrali jkopru dejta fuq il-flussi netti tas-self li altrimenti huwa ttrasferit b'impatt fuq l-istokks tas-self, iżda jeskludu:

(1)

self soġġett għal ċessjoni lil, jew akkwiżizzjoni minn, IFM domestika oħra, inklużi trasferimenti intragrupp dovuti għar-ristrutturar tan-negozju korporattiv (eż. it-trasferiment ta' ġabra ta' self minn sussidjarja domestika tal-IFM lill-IFM prinċipali);

(2)

trasferimenti ta' self fil-kuntest ta' riorganizzazzjonijiet intragrupp dovuti għal għaqdiet, akkwiżizzjonijiet u diviżjonijiet.

Għall-finijiet tal-mili tar-rapporti tad-dejta, għandhom jiġu rrapportati dawn l-effetti kollha. Għal definizzjoni iktar dettaljata tal-partiti li għandhom jiġu rrapportati, ara l-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 2.3 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”. Fir-rigward tal-“Bidliet fl-istruttura tas-settur tal-IFM”, is-Sezzjoni 1.6.3.4 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics” (u s-Sezzjoni 5.2 relatata tal-Anness 1.1) tipprovdi deskrizzjoni dettaljata ta' trasferimenti intragrupp, li tagħmel distinzjoni bejn il-każijiet li fihom iseħħu trasferimenti bejn unitajiet istituzzjonali separati (eż. qabel ma unità waħda jew iktar ma jibqgħux jeżistu f'għaqda jew akkwiżizzjoni) u dawk li jseħħu meta xi unitajiet ma jibqgħux jeżistu, f'liema każ għandha ssir riklassifikazzjoni statistika. Għall-finijiet tal-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta fiż-żewġ każijiet l-implikazzjonijiet huma l-istess u d-dejta għandha tiġi rrapportata taħt il-partita 3.1C (u mhux taħt il-partita 3.2C).

—   Il-flussi netti tas-self li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor mingħajr ebda impatt fuq l-istokks tas-self (3.1C)

Din il-partita tinkludi l-ammont nett ta' self li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor matul il-perjodu tar-rapportar mingħajr ebda impatt fuq l-istokks tas-self irrapportati, u hija kkalkolata bħala l-akkwisti wara li jitnaqqsu ċ-ċessjonijiet. It-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bl-ammont nominali nett mit-tħassir u tniżżil fil-valur fi żmien il-bejgħ. Dan it-tħassir u tniżżil fil-valur għandu jiġi rrapportat, meta jkun jista' jiġi identifikat, taħt l-partita 3.2B. Fil-każ ta' IFM li jirrapportaw self nett mill-provvedimenti, it-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bil-valur tal-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-ammont nominali nett mill-provvedimenti pendenti). Flussi netti dwar l-għoti ta' self bħala kollateral lill-Eurosistema għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-politika monetarja fil-forma ta' pretensjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw fi trasferiment mingħajr dekontabilizzar mill-karta tal-bilanċ huma esklużi minn din il-partita.

Ir-rekwiżiti tal-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ikopru dawn l-elementi b'mod parzjali. It-Taqsimiet 2.1 tat-Tabella 5a dwar id-dejta tax-xahar u t-Tabella 5b dwar id-dejta trimestrali jkopru dejta fuq il-flussi netti ta' self li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor mingħajr ebda impatt fuq l-istokks tas-self, iżda self lil unitajiet domestiċi għax-xiri ta' dar mhuwiex identifikat għalih u b'hekk għandu jinsilet għalih mid-databases interni tal-IFM. Barra minn hekk, kif ġie speċifikat iktar 'il fuq, ir-rekwiżiti jeskludu:

1)

Self suġġett għal ċessjoni lil, jew akkwiżizzjoni minn, IFM domestika oħra, inklużi trasferimenti intragrupp dovuti għal ristrutturar tan-negozju korporattiv (eż. meta sussidjarja ta' IFM domestika tittrasferixxi grupp ta' self lill-IFM prinċipali);

2)

Trasferimenti ta' self fil-kuntest ta' riorganizzazzjonijiet intragrupp dovuti għal għaqdiet, akkwiżizzjonijiet u diviżjonijiet.

Għall-finijiet tal-mili tar-rapporti tad-dejta, għandhom jiġu rrapportati dawn l-effetti kollha.

Għal dettalji addizzjonali fuq il-partiti li jridu jiġu inklużi, ara l-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 2.3 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

(ii)   Aġġustamenti oħrajn (3.2)

Dejta fuq aġġustamenti oħrajn trid tiġi rrapportata għal self eliġibbli pendenti fil-karta tal-bilanċ, eskluż self titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor li ma ġiex dekontabilizzat.

—   Rivalwazzjonijiet dovuti għal bidliet fir-rati tal-kambju (3.2 A)

Ċaqliq fir-rati tal-kambju kontra l-euro jġib miegħu bidliet fil-valur tas-self denominat f'muniti barranin meta jkun espress f'euro. Id-dejta fuq dawn l-effetti għandha tiġi rrapportata b'sinjal negattiv (pożittiv) meta f'termini netti jwasslu għal tnaqqis (żieda) fl-ammonti pendenti, u huma meħtieġa biex tkun tista' ssir rikonċiljazzjoni sħiħa bejn is-self nett u l-bidliet fl-ammonti pendenti.

Dawn l-aġġustamenti mhumiex koperti mir-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Għall-finijiet tar-rapporti tad-dejta, jekk id-dejta (jew anki approssimazzjoni) ma tkunx disponibbli minnufih għall-IFM, dawn jistgħu jiġu kkalkolati skont il-gwida pprovduta fis-Sezzjoni 4.2.2 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”. Il-proċedura ta' stima ssuġġerita tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-kalkoli għall-muniti ewlenin u hija msejsa fuq l-istadji li ġejjin:

1)

l-ammonti pendenti ta' self eliġibbli fl-aħħar tax-xahar li jippreċedi l-bidu tal-perijodu u fl-aħħar tal-perijodu (partiti 1 u 4) jinqasmu skont il-munita ta' denominazzjoni, bl-iffokar ikun fuq il-grupp ta' self denominat f'GBP, USD, CHF u JPY. Jekk din id-dejta ma tkunx faċilment disponibbli, tista' tintua dejta fuq l-ammonti pendenti totali fuq il-karta tal-bilanċ, inkluż self titolizzat jew ttrasferit mod ieħor li ma huwiex dekontabilizzat — partiti 1.1 u 4.1;

2)

kull grupp ta' self huwa ttrattat kif ġej. In-numri tal-ekwazzjoni relevanti fil-“Manual on MFI balance sheet statistics” huma pprovduti fil-parentesi:

l-ammonti pendenti fi tmiem ix-xahar li jiġi qabel ma jibda l-perjodu tar-rapportar u fi tmiem il-perjodu huma kkonvertiti fil-munita oriġinali ta' denominazzjoni, billi jintużaw ir-rati tal-kambju nominali korrispondenti (7) (l-ekwazzjonijiet [4.2.2] u [4.2.3]);

il-bidla fl-ammonti pendenti matul il-perjodu ta' referenza denominati f'munita barranija hija kkalkolata u kkonvertita lura f'euro billi jintuża l-valur medju tar-rati tal-kambju ta' kuljum matul il-perjodu tar-rapportar (ekwazzjoni [4.2.4]);

id-differenza bejn il-bidla fl-ammonti pendenti kkonvertiti f'euro, kif ikkalkolata fl-istadju ta' qabel, u l-bidla fl-ammonti pendenti f'euro hija kkalkolata (ekwazzjoni [4.2.5], bis-sinjal oppost);

3)

l-aġġustament finali tar-rata tal-kambju huwa stmat bħala s-somma tal-aġġustamenti għal kull munita.

Għal iktar tagħrif, ara s-Sezzjonijiet 1.6.3.5 u 4.2.2 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

—   Tħassir/tnaqqis tal-valur (3.2B)

Skont il-punt (g) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), “tniżżil fil-valur” tfisser it-tnaqqis dirett tal-ammont riportat ta' self fuq il-karta tal-bilanċ statistika dovut għall-indeboliment tiegħu. “B'mod simili, skont il-punt (h) l-Artikolu 1 tal-istess Regolament “tħassir” tfisser tniżżil fil-valur tal-ammont riportat sħiħ ta' self li jwassal għat-tneħħija tiegħu mill-karta tal-bilanċ.” L-effetti tat-tniżżil fil-valur u t-tneħħija għandhom jiġu rrapportati b'sinjal negattiv jew pożittiv meta f'termini netti dan jirriżulta fi tnaqqis jew żieda fl-ammonti pendenti. Din id-dejta hija meħtieġa biex tkun tista' ssir rikonċiljazzjoni sħiħa bejn is-self nett u l-bidliet fl-ammonti pendenti.

Fir-rigward tat-tneħħija u tniżżil fil-valur marbut ma' self pendenti fil-karta tal-bilanċ, tista' tintuża d-dejta miġbura biex tinżamm konformità mar-rekwiżiti minimi tal-Parti 4 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) Tabella 1 A dwar l-aġġustamenti ta' kull xahar tar-rivalutazzjoni). Madankollu, is-separazzjoni tal-impatt tat-tneħħija u tniżżil fil-valur ta' self fuq self titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor li mhuwiex dekontabilizzat teħtieġ estrazzjoni ta' dejta separata mid-databases interni tal-IFM.

Fil-prinċipju, dejta fuq ammonti pendenti ta' self eliġibbli (partiti 1 u 4) hija korretta għall-ammonti pendenti ta' provvedimenti f'każijiet li fihom is-self jiġi rreġistrat bħala nett mill-provvedimenti fuq il-karta tal-bilanċ statistika.

F'każijiet li fihom il-parteċipanti jirrapportaw il-partiti 1.3 u 4.3, id-dejta fuq tħassir u tniżżil fil-valur tas-self għandha tinkorpora t-tħassir tal-kanċellazzjoni fl-imgħoddi fuq self li ma għadux rekuperabbli (b'mod parzjali jew sħiħ) u, barra minn hekk, għandha tinkludi wkoll kwalunkwe telf li jmur lill hinn mill-provvedimenti, jekk dan ikun applikabbli. B'mod simili, meta self provvedut ikun titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor, irid jiġi rreġistrat tħassir jew tniżżil fil-valur li jiġi daqs il-provvedimenti pendenti, bis-sinjal oppost, sabiex jaqbel mal-bidla fil-valur fil-karta tal-bilanċ, ikkoreġut għall-ammonti ta' provvedimenti u l-valur tal-fluss nett. Il-provvedimenti jistgħu jinbidlu maż-żmien minħabba provvedimenti u indebolimenti ġodda għat-telf minn self (nett minn treġġigħ lura possibbli, inkluż dak li jseħħ meta self jitħallas lura mill-mutwatarju). Tali bidliet ma għandhomx jiġu rreġistrati fir-rapporti tad-dejta bħala parti mit-tħassir/tniżżil fil-valur (peress li r-rapporti tad-dejta jibnu mill-ġdid il-valuri gross tal-provvedimenti) (8).

Is-separazzjoni tal-impatt tat-tħassir u tniżżil fil-valur tas-self fuq self titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor li mhuwiex dekontabilizzat tista' titneħħa jekk ma tistax tiġi estratta dejta separata mid-databases interni tal-IFM.

Meta tkun il-prattika li l-ammonti pendenti ta' self jiġu rrapportati netti mill-provvedimenti, iżda l-partiti relevanti (1.3 u 4.3) relatati mal-provvedimenti ma jkunux irrapportati (ara l-punt 4(a) iktar 'il fuq), it-tħassir/tniżżil fil-valur irid jinkludi provvedimenti għal indeboliment ġodda u telf minn self fuq il-portafoll tas-self (nett minn treġġigħ lura possibbli, inkluż dak li jseħħ meta self jitħallas lura mill-mutwatarju) (9).

Ma hemmx bżonn li jiġi separat l-impatt tat-tħassir u tniżżil fil-valur fuq self titolizzat jew self ittrasferit b'xi mod ieħor li mhuwiex dekontabilizzat jekk ma tkunx tista' tiġi estratta dejta separata fuq provvedimenti mid-databases interni tal-IFM.

Fil-prinċipju, dawn il-partiti jkopru wkoll rivalutazzjonijiet li jirriżultaw meta s-self ikun titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor u l-valur tat-tranżazzjoni jvarja mill-ammont nominali pendenti meta jseħħ it-trasferiment. Dawn ir-rivalutazzjonijiet għandhom jiġu rrapportati, meta jkunu jistgħu jiġu identifikati, u għandhom jiġu kkalkolati bħala d-differenza bejn il-valur tat-tranżazzjoni u l-ammont nominali pendenti fi żmien il-bejgħ.

Għal iktar tagħrif, ara l-Parti 4 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 1.6.3.3 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

—   Riklassifikazzjonijiet (3.2C)

Ir-riklassifikazzjonijiet jirreġistraw l-effetti kollha l-oħrajn li mhumiex marbutin mas-self nett, kif iddefinit fil-punt 4(b), iżda jirriżultaw f'bidliet fl-ammonti pendenti ta' self fil-karta tal-bilanċ, għajr self titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor li ma ġiex dekontabilizzat.

Dawn l-effetti mhumiex koperti mir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u l-impatt tagħhom normalment jiġi stmat fuq bażi aggregata meta jissawru statistiċi makroekonomiċi. Madankollu, huma importanti fil-livell tal-istituzzjonijiet individwali (jew gruppi tat-TLTROs-II) sabiex jiġu rikonċiljati s-self nett u l-bidliet fl-ammonti pendenti.

Għandhom jiġu rrapportati l-effetti li ġejjin, fir-rigward tal-ammonti pendenti ta' self fil-karta tal-bilanċ, bl-esklużjoni ta' self titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor li mhuwiex dekontabilizzat u tapplika l-konvenzjoni tas-soltu ta' reġistrazzjoni tal-effetti li jwasslu għat-tnaqqis (żidiet) fl-ammonti pendenti b'sinjal negattiv (pożittiv).

1)

Bidliet fil-klassifikazzjoni tas-settur jew il-post ta' residenza tal-mutwatarji li jirriżultaw f'bidliet fil-pożizzjonijiet pendenti rrapportati li mhumiex dovuti għas-self nett u li b'hekk għandhom jiġu rreġistrati.

2)

Bidliet fil-klassifikazzjoni tal-istrumenti. Dawn jistgħu jaffettwaw l-indikaturi wkoll jekk l-ammonti pendenti ta' self jiżdiedu jew jonqsu minħabba, pereżempju, ir-riklassifikazzjoni ta' titolu ta' dejn bħala self jew bħala self jew titolu ta' dejn.

3)

L-aġġustamenti li jirriżultaw mill-korrezzjoni ta' żbalji ta' rapportar, skont l-istruzzjonijiet irċevuti mill-BĊN rilevanti bis-saħħa tal-punt (c) tal-Artikolu 8(1).

Skont l-Artikolu 7(6), ir-riorganizzazzjonijiet korporattivi u t-tibdil fil-kompożizzjonijiet tal-gruppi TLTRO-II normalment jirriżulta fil-bżonn li tiġi sottomessa mill-ġdid l-ewwel rapport ta' dejta biex tirrifletti l-istruttura korporattiva ġdida u l-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-II. Għaldaqstant, ebda riklassifikazzjonij ma tintua fir-rigward ta' dawk l-avvenimenti.

Għal informazzjoni addizzjonali, ara s-Sezzjonijiet 1.6.3.4 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”. Madankollu, id-differenzi kunċettwali enfasizzati iktar 'il fuq għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-derivazzjoni tad-dejta tal-klassifikazzjoni mill-ġdid fil-livell tal-istituzzjonijiet individwali.

Rapportar TLTRO-II

Perijodu ta' rapportar …

Self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi, bl-esklużjoni ta' self lil unitajiet domestiċi għax-xiri tad-djar (EUR eluf)

 

Self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Self lil unitajiet domestiċi (inklużi istituzzjonijiet mhux għal skop ta' profitt li jservu unitajiet domestiċi), bl-esklużjoni ta' xiri ta' djar

 

 

partita

formula

validazzjoni

Aggregati ewlenin

1

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli fl-aħħar tax-xahar qabel il-bidu tal-perijodu ta' rapportar …

0

0

1

1 = 1.1 – 1.2 (+1.3)

 

2

Self nett eliġibbli fil-perijodu ta' rapportar …

0

0

2

2 = 2.1 + 2.2

 

3

Aġġustament għall-ammonti pendenti: tnaqqis (–) u żidiet (+) …

0

0

3

3 = 3.1 + 3.2

 

4

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli fl-aħħar tal-perijodu ta' rapportar …

0

0

4

4 = 4.1 – 4.2 (+4.3)

4 = 1 + 2 + 3

Partiti sottostanti

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli fl-aħħar tax-xahar qabel il-bidu tal-perijodu ta' rapportar

1,1

Ammonti pendenti fuq il-karta tal-bilanċ …

 

 

1,1

 

 

1,2

L-ammonti pendenti ta' self li huwa titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ …

 

 

1,2

 

 

1,3

Dispożizzjonijiet pendenti kontra self eliġibbli (*)

 

 

1,3

 

 

Self nett eliġibbli fil-perijodu ta' rapportar

2,1

Self gross …

 

 

2,1

 

 

2,2

Ħlasijiet lura …

 

 

2,2

 

 

Aġġustament għall-ammonti pendenti: tnaqqis (–) u żidiet (+)

3,1

Bejgħ u xiri ta' self u trasferimenti ta' self oħrajn u trasferimenti ta' self oħrajn matul il-perjodu tar-rapportar …

0

0

3,1

3.1 = 3.1A + 3.1B + 3.1C

 

3.1A

Flussi netti ta' self li huwa titolizzat b'impatt fuq l-istokks tas-self …

 

 

3.1A

 

 

3.1B

Flussi netti ta' self li huwa ttrasferit b'xi mod ieħor b'impatt fuq l-istokks tas-self …

 

 

3.1B

 

 

3.1C

Flussi netti tas-self li huwa titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor mingħajr ebda impatt fuq l-istokks tas-self …

 

 

3.1C

 

 

3,2

Aġġustamenti oħrajn …

0

0

3,2

3.2 = 3.2A + 3.2B + 3.1C

 

3.2A

Rivalutazzjonijiet dovuti għal bidliet fir-rati tal-kambju …

 

 

3.2A

 

 

3.2B

Tħassir/tnaqqis tal-valur …

 

 

3.2B

 

 

3.2C.

Klassifikazzjonijiet mill-ġdid …

 

 

3.2C.

 

 

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli fl-aħħar tal-perijodu ta' rapportar

4,1

Ammonti pendenti fuq il-karta tal-bilanċ …

 

 

4,1

 

 

4,2

L-ammonti pendenti ta' self li huwa titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ …

 

 

4,2

 

 

4,3

Dispożizzjonijiet pendenti kontra self eliġibbli (*)

 

 

4,3

 

 


(1)  Il-qafas kunċettwali wara r-rekwiżiti tar-rapportar baqa' ma nbidilx meta mqabbel ma' dak speċifikat fid-Deċiżjoni BĊE/2014/34.

(2)  Għall-finijiet tar-rapportar ta' dejta “unitajiet domestiċi” tinkludi istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jaqdu lil unitajiet domestiċi.

(3)  Ara l-“Manual on MFI balance sheet statistics”, BĊE, April 2012, disponibbli fuq is-sit elettroniku www.ecb.europa.eu. B'mod partikolari, is-Sezzjoni 2.1.4, p. 76 tirrigwarda r-rapportar statistiku ta' self.

(4)  Din l-eċċezzjoni għandha applikazzjonijiet għar-rapportar tad-dejta fuq tħassir u tniżżil fil-valur ukoll, kif iċċarat iktar 'il quddiem.

(5)  Din il-konvenzjoni tas-sinjali (li hija l-kontra tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) hija konsistenti mar-rekwiżit ġenerali dwar id-dejta ta' aġġustament, kif speċifikat iktar 'il fuq — jiġifieri effetti li jwasslu għal żidiet jew tnaqqis fl-ammonti pendenti għandhom jiġu rrapportati b'simbolu pożittiv jew negattiv.

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) jippermetti lill-IFM sabiex jirrapportaw self mixtri bil-valur tat-tranżazzjoni tagħhom sakemm din tkun prattika nazzjonali applikata mill-IFM kollha residenti fil-pajjiż. F'każijiet bħal dawn, il-komponenti ta' rivalwazzjoni li jistgħu jiġġarrbu għandhom jiġu rrapportati taħt il-partita 3.2B.

(7)  Għandhom jintużaw ir-rati tal-kambju ta' referenza tal-BĊE. Ara l-istqarrija għall-istampa tat-8 ta' Lulju 1998 dwar l-istabbiliment ta' standards tas-suq komuni li hija disponibbli fis-sit tal-BĊE http://www.ecb.europa.eu.

(8)  Dan ir-rekwiżit huwa differenti mir-rekwiżiti ta' rapportar taħt ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

(9)  Dan ir-rekwiżit huwa l-istess bħall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) mill-IFM li jirreġistraw self nett mill-provvedimenti.

(*)  Applikabbli biss f'dawk il-każijiet fejn is-self huwa rrapportat nett mid-dispożizzjonijiet; ara l-istruzzjonijiet tar-rappurtar għal iktar dettall.


Top