EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016HB0046
Recommendation of the European Central Bank of 22 December 2016 to the Council of the European Union on the external auditors of the Bank of Greece (ECB/2016/46)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Diċembru 2016 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece (BĊE/2016/46)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Diċembru 2016 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece (BĊE/2016/46)
OJ C 3, 6.1.2017, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 3/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta' Diċembru 2016
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece
(BĊE/2016/46)
(2017/C 3/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tal-Bank of Greece, KPMG Certified Auditors AE, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2016. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2017. |
(3) |
Il-Bank of Greece għażel lil Deloitte Certified Public Accountants S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2021, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li Deloitte Certified Public Accountants S.A. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank of Greece għas-snin finanzjarji 2017 sa 2021.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta' Diċembru 2016.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI