EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016L/AFI/DCL/48

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
B.DIKJARAZZJONIJIET DWAR PROTOKOLLI ANNESSI GĦAT-TRATTATI
48.Dikjarazzjoni dwar il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka

OJ C 202, 7.6.2016, p. 353–353 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/lis_2016/fna_1/dcl_48/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/353


48.   Dikjarazzjoni dwar il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka

Il-Konferenza tinnota li, fir-rigward ta' atti legislattivi li jridu jiġu adottati mill-Kunsill, waħdu jew b'mod konġunt mal-Parlament Ewropew, u li fihom dispożizzjonijiet applikabbli għad-Danimarka kif ukoll dispożizzjonijiet li mhumiex applikabbli għad-Danimarka għaliex għandhom bażi legali li għaliha tapplika l-Parti I tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, id-Danimarka tiddikjara li mhix ser tuża d-dritt tal-vot tagħha sabiex timpedixxi l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet li mhumiex applikabbli għad-Danimarka.

Barra minn dan, il-Konferenza tinnota li, abbażi tad-Dikjarazzjoni tal-Konferenza dwar l-Artikolu 222, id-Danimarka tiddikjara li l-parteċipazzjoni tagħha f'azzjonijiet jew f'atti leġislattivi skond l-Artikolu 222 ser isseħħ skond il-Parti I u l-Parti II tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka.


Top