EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AB0076

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Novembru 2013 dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċert[i] ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (CON/2013/76)

OJ C 109, 11.4.2014, p. 2–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/2


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-6 ta’ Novembru 2013

dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċert[i] ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(CON/2013/76)

2014/C 109/02

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-3 ta’ Settembru 2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċert[i] ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (iktar “il quddiem ir-‘regolament propost’). Fl-14 ta” Ottubru 2013, il-BĊE rċieva talba mingħand il-Parlament Ewropew għal opinjoni dwar ir-regolament propost.

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kompiti tal-BĊE dwar politiki fuq is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn bl-eċċezzjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 127(6) tat-Trattat u dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikoli 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ l-istabbiliment tal-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (MUR), li ser jikkontribwixxi biex tissaħħaħ l-arkitettura u l-istabbiltà tal-unjoni ekonomika u monetarja. Il-BĊE jieħu wkoll din l-opportunità biex itenni l-pożizzjoni li esprima fl-Opinjoni tas-27 ta’ Novembru 2012 fuq proposta għal regolament tal-Kunsill li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (CON/2012/96) (2), jiġifieri li l-MUR jikkumplimenta neċessarjament il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) sabiex ikun hemm unjoni tas-suq finanzjarju li taħdem tajjeb. Għalhekk, mekkaniżmu bħal dan għandu jiġi stabbilit sa meta l-BĊE jassumi għal kollox ir-responsabbilità superviżorja tiegħu. Ir-regolament propost fih tliet elementi essenzjali għal riżoluzzjoni effettiva, jiġifieri: (a) sistema waħda, (b) awtorità waħda, u (c) fond wieħed. Ir-regolament propost jirrispondi għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13/14 ta' Diċembru 2012 u tas-27/28 ta' Ġunju 2013 (3) li jibnu fuq ir-rapport “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina”. (4)

Il-BĊE huwa tal-fehma li l-prinċipji ġenerali msemmija fil-paragrafi li ġejjin huma ta’ importanza ewlenija sabiex il-MUR ikun effettiv, u jilqa’ l-fatt li huma fil-biċċa l-kbira riflessi fir-regolament propost.

1.1   L-ambitu tal-MUR għandu jinkludi kull istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fl-Istati Membri li japparteċipaw fl-MSU.

1.2   Awtorità Unika ta’ Riżoluzzjoni (AUR) b’saħħitha u indipendenti għandha tkun fil-qalba tal-MUR, b’biżżejjed awtorità biex tieħu deċiżjonijiet dwar it-teħid ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni fl-interess tal-istabbiltà fi ħdan iż-żona tal-euro u l-Unjoni bħala ħaġa sħiħa. Il-MUR jikkumplimenta neċessarjament lill-MSU (5), billi l-livelli ta’ responsabbiltà u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għar-riżoluzzjoni u s-superviżjoni jridu jiġu allinjati. F’dan ir-rigward, il-BĊE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li mekkaniżmu uniku bħal dak qiegħed f’pożizzjoni aħjar biex jiggarantixxi l-aħjar azzjoni ta’ riżoluzzjoni, inkluż qsim tal-piż adegwat, milli netwerk ta’ awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali. Il-koordinament bejn is-sistemi ta’ riżoluzzjoni nazzjonali wera li ma huwiex biżżejjed biex jittieħdu deċiżjonijiet l-iktar f’waqthom u bl-inqas spejjeż possibbli, partikolarment f’kuntest transkonfinali.

1.3   Il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għandu jippermetti t-teħid ta’ deċiżjonijiet f’waqthom u b’mod effiċjenti, jekk meħtieġ, fi żmien qasir ħafna, pereżempju fi ftit jiem jew, jekk ikun meħtieġ, fi ftit sigħat. Għandu jkun ibbażat fuq ippjanar ta’ riżoluzzjoni adegwat.

1.4   L-AUR għandu jkollha poteri, għodod u riżorsi finanzjarji adegwati biex tirriżolvi istituzzjonijiet kif ipprovdut fid-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (Bank Recovery and Resolution Directive - BRRD).

1.5   L-AUR għandu jkollha aċċess għall-finanzjament ta’ riżoluzzjoni permezz tal-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek (FURB), li għandu jkun iffinanzjat b’kontribuzzjonijiet bbażati fuq ir-riskju ex ante mill-banek kollha suġġetti għall-MUR, biex jiġu kkumplementati b’kontribuzzjonijiet ex post fejn meħtieġ. Barra minn hekk, garanzija ta’ kontinġenza (backstop) pubblika, fiskalment newtrali, temporanja għandha tkun disponibbli, li tista’ tiġi pprovduta fil-forma ta’ linja ta’ kreditu lill-FURB.

1.6   Il-qafas previst għall-MUR għandu jipprovdi għall-koordinazzjoni mill-qrib bejn il-funzjoni ta’ riżoluzzjoni tal-MUR u l-funzjoni superviżorja tal-MSU filwaqt li jikkonforma ma’ u jirrispetta r-responsabbiltajiet istituzzjonali rispettivi.

Kemm l-MSU kif ukoll il-MUR huma partijiet essenzjali tal-qafas finanzjarju integrat tal-Unjoni Bankarja, li ser jgħin biex tinqata’ r-rabta bejn banek u sovrani fl-Istati Membri kkonċernati u jiġi mreġġa’ lura l-proċess kurrenti tal-frammentazzjoni tas-suq finanzjarju.

Il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ il-kronoloġija prevista għall-MUR. Skont din il-kronoloġija, il-MUR għandu jidħol fis-seħħ sa nofs l-2014 u jsir operattiv għal kollox fl-1 ta’ Jannar 2015. Din il-kronoloġija tqis li l-MUR huwa element ewlieni tal-Unjoni Bankarja.

2.   Osservazzjonijiet speċifiċi

2.1   Bażi legali

Il-Kummissjoni qed tissuġġerixxi li tibbaża r-regolament propost fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat, li jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li bħala għan għandhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Il-BĊE huwa konsapevoli mill-valutazzjonijiet li huma għaddejin minn istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni dwar il-bażi legali proposta u jinnota t-tibdil li ġie ssuġġerit fir-regolament propost biex jiġi żgurat li l-Artikolu 114 huwa bażi legali possibbli biex jintlaħaq l-għan tar-regolament propost għall-preservazzjoni tal-integrità u t-titjib tal-funzjonament tas-suq intern permezz ta’ applikazzjoni uniformi ta’ sett wieħed ta’ regoli ta’ riżoluzzjoni minn awtorità tal-Unjoni u aċċess għall-FURB.

2.2   Governanza u responsabbiltà tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

B’mod ġenerali, il-BĊE jilqa’ l-qafas ta’ governanza propost, partikolarment il-fatt li l-ebda parti, speċifikament l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali, mhu ser ikollha s-setgħa tal-veto fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (iktar “il quddiem il-‘Bord ta’ Riżoluzzjoni”). Filwaqt li s-setgħa aħħarija tat-teħid tad-deċiżjonijiet għar-riżoluzzjoni attwali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tibqa’ f’idejn il-Kummissjoni, il-Bord ta’ riżoluzzjoni ser ikollu setgħat wesgħin u indipendenti biex jipprepara pjanijiet ta’ riżoluzzjoni (6) u skemi ta’ riżoluzzjoni (7) u jitlob l-implimentazzjoni tagħhom. Huwa mill-iktar importanti li l-kapaċità ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-MUR u l-modalitajiet tal-votazzjoni jiżguraw teħid ta’ deċiżjonijiet effiċjenti u f’waqthom, partikolarment matul perijodi ta’ kriżi. Ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet involuti fil-proċess ta’ riżoluzzjoni għandhom jiġu ddefinit b’mod iktar preċiż sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-koinċidenza tas-setgħat. Fir-rigward tas-setgħat tal-Bord ta’ Riżoluzzjoni, deskrizzjoni iktar iddettaljata ta’ kif dawn is-setgħat ser jiġu eżegwiti għandha ttejjeb il-konformità mad-duttrina Meroni  (8), sa fejn huwa meħtieġ, bil-għan li jiġi żgurat, fl-istess ħin, li hemm biżżejjed flessibbiltà biex jiġi ttrattat kull każ ta’ riżoluzzjoni individwali. Fl-aħħar nett, ir-regolament propost għandu jiżgura li kull deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni attwali mill-Kummissjoni tittieħed fil-pront kemm jista’ jkun (9). Il-BĊE jilqa’ l-qafas propost għar-responsabbiltà tal-Bord ta’ Riżoluzzjoni, li huwa skont il-qafas istituzzjonali tal-Unjoni. Il-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Bord ta’ Riżoluzzjoni fuq il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà u s-sorveljanza demokratika (10) għandu jirrispetta l-kunfidenzjalità skont il-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni, partikolarment fir-rigward tal-informazzjoni superviżorja miksuba mill-Bord ta’ Riżoluzzjoni mill-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

2.3   Kooperazzjoni bejn awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u superviżorji

Il-BĊE jilqa’ l-kooperazzjoni mill-qrib prevista bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni (11). Fir-rigward tal-BĊE, il-kompiti u r-responsabbiltajiet ipprovduti fir-regolament propost għandhom ikunu suġġetti għal u m’għandhomx imorru lil hinn mill-kompiti mogħtija mill-BĊE bit-Trattat, l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (l-“Istatut tas-SEBĊ”) u, b’mod partikolari, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (12) (ir-“Regolament MSU”). Il-BĊE jinnota li r-regolament propost ma jagħtihx kompiti u responsabbiltajiet ġodda, imma jipprovdi għal kooperazzjoni mill-qrib u skambju ta’ informazzjoni (13). Għall-finijiet ta’ ċarezza, il-BĊE jirrakkomanda li r-referenzi għall-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-BĊE fir-regolament propost għandhom jirreferu, meta jkun xieraq, għall-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-BĊE kif mogħtija lilu mir-Regolament MSU (14).

Barra minn hekk, il-BĊE jinnota li r-regolament propost jipprovdi li meta l-BĊE jistieden rappreżentant tal-Bord ta’ Riżoluzzjoni biex jipparteċipa fil-Bord Superviżorju tal-BĊE, il-Bord ta’ Riżoluzzjoni għandu jaħtar rappreżentant. Madankollu, ir-Regolament MSU jipprovdi li meta l-Bord ta’ Riżoluzzjoni jinħatar, il-Bord Superviżorju tal-BĊE jista’ jistieden lill-President tal-Awtorità Ewropea ta’ Riżoluzzjoni biex jattendi laqgħat tal-Bord Superviżorju (15) bħala osservatur. Sabiex tiġi żgurata konsistenza sħiħa, ir-regolament propost għandu bżonn li jiġi emendat f’dan id-dawl. (16)

Huwa kruċjali li r-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji jinżammu separati qabel ma tiġi prevista xi kriżi, u fl-ewwel stadju ta’ kriżi, fejn is-superviżur jista’ japplika miżuri ta’ intervent bikri lil istituzzjoni ta’ kreditu, u meta jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u t-tniżżil fil-valur ta’ strumenti kapitali.

L-ewwel nett, matul il-fażi ta’ intervent bikri, l-unika responsabbiltà fir-rigward ta’ azzjonijiet jew miżuri meħuda hija tas-superviżur. Meta jiġu applikati miżuri ta’ intervent bikri, huwa importanti li s-superviżur jinforma lill-Bord ta’ Riżoluzzjoni mingħajr dewmien. Madankollu, id-dmir propost għall-BĊE (jew l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali) li jikkonsultaw l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni qabel ma jieħdu miżuri addizzjonali ta’ intervent bikri ma jaqbilx mal-bżonn li tittieħed azzjoni ta’ intervent bikri fil-pront u effettiva taħt sistema integrata ta’ responsabbiltà superviżorja unika. Għaldaqstant, il-BĊE jew l-awtorità superviżorja nazzjonali għandhom jintalbu biss li jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni b’dik l-azzjoni kemm jista’ jkun malajr (17). Barra minn hekk, matul il-fażi ta’ intervent bikri, il-Bord ta’ Riżoluzzjoni għandu jwettaq l-attivitajiet preparatorji tiegħu b’mod li jevita l-isfiduċja fis-suq u possibbilment jagħmel agħar is-sitwazzjoni tal-istituzzjoni rilevanti. Għalhekk, attivitajiet bħat-talba għal informazzjoni u spezzjonijiet fil-post għandhom jitwettqu primarjament mis-superviżur li, skont il-BRRD, għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiġi ppreparata r-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. (18) Attivitajiet investigattivi mhux ikkoordinati u spezzjonijiet fil-post magħmulin mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandhom jiġu evitati fuq il-bażi li dan jista’ jherri l-fiduċja. (19)

It-tieni nett, fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet li jattivaw riżoluzzjoni, il-BĊE jinnota li r-regolament propost jirrikonoxxi li s-superviżur qiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex jivvaluta jekk istituzzjoni ta’ kreditu hijiex qed tfalli jew x’aktarx tfalli, u jekk ma hemm l-ebda prospett raġonevoli li xi azzjoni alternattiva mis-settur privat jew superviżorju tista’ tipprevjeni l-falliment tiegħu fi żmien raġonevoli (20) . Il-BĊE huwa tal-fehma li l-unika responsabbiltà biex jiġu vvalutati dawn iż-żewġ kriterji għandhom jiġu allokati lill-awtorità superviżorja rispettiva, jiġifieri, il-BĊE jew l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, skont id-distribuzzjoni ta’ kompetenzi li jipprovdi r-Regolament MSU. Dan jiżgura allokazzjoni ċara ta’ responsabbiltajiet fl-interess ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni fil-pront u effiċjenti (21). Ir-regolament propost għandu jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tpoġġi istituzzjoni f’riżoluzzjoni unikament fuq il-bażi ta’ valutazzjoni superviżorja bħal din (22). Għalhekk, dan tal-aħħar ikun prerekwiżit neċessarju, imma mhux suffiċjenti, biex l-istituzzjoni titpoġġa taħt riżoluzzjoni.

It-tielet nett, is-superviżur qiegħed ukoll fl-aħjar pożizzjoni biex jivvaluta jekk entità jew grupp humiex iktar vijabbli mingħajr tniżżil fil-valur jew konverżjoni kapitali, jew jekk hemmx il-ħtieġa ta’ appoġġ pubbliku straordinarju. Din il-valutazzjoni ta’ vijabbiltà ssir jew qabel jew fl-istess żmien mal-valutazzjoni dwar jekk bank jissodisfax il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni u għalhekk issir qabel il-bidu ta’ riżoluzzjoni. Għaldaqstant, ir-regolament propost għandu jalloka b’mod ċar ir-responsabbiltà għal din il-valutazzjoni lis-superviżur, u din il-valutazzjoni superviżorja għandha tkun prekundizzjoni neċessarja għal tnaqqis fil-valur jew il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali. (23) .

Barra minn dan, biex jiġu żgurati kontrolli u kontrokontrolli xierqa, il-Bord ta’ Riżoluzzjoni u l-Kummissjoni għandhom ikunu f’qagħda li jitolbu valutazzjoni mis-superviżur (il-BĊE jew l-awtorità kompetenti nazzjonali) fi kwalunkwe ħin jekk istituzzjoni qed tfalli jew x’aktarx tfalli, jew jekk titqies li m’għadhiex vijabbli mingħajr tniżżil fil-valur tal-kapital. Dan ipatti għal kull nuqqas ta’ azzjoni superviżorja possibbli f’sitwazzjoni fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li jkun meħtieġ li tittieħed azzjoni. (24)

Fl-aħħar nett, ir-regolament propost jipprovdi li l-BĊE u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Bord ta’ Riżoluzzjoni u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom. Il-qsim ta’ informazzjoni huwa prerekwiżit importanti sabiex kemm is-superviżjoni kif ukoll ir-riżoluzzjoni jaħdmu b’mod effettiv. Għalhekk għandu jiġi kkjarifikat li kull dmir relatat mal-għoti ta’ informazzjoni ikun reċiproku. B’mod partikolari, is-superviżur għandu jkun infurmat kemm jista’ jkun malajr dwar passi li huma ppjanati li jittieħdu fil-proċedura ta’ riżoluzzjoni, sabiex ikun jista’ jantiċipa implikazzjonijiet possibbli għall-istabbilità finanzjarja u javża lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni b’dan kollu. (25)

2.4   Il-parteċipazzjoni tal-BĊE fil-Bord ta’ Riżoluzzjoni u l-involviment ġenerali tal-banek ċentrali

Il-BĊE jindika li l-Premessa 19 tar-regolament propost, li jirriferi għal “rappreżentanti” tal-Kummissjoni u tal-BĊE, ma jikkonformax mal-bqija tar-regolament propost, li taħtu ċerti membri tal-Bord ta’ Riżoluzzjoni jiġu appuntati mill-Kummissjoni u l-BĊE. B’mod iktar speċifiku, l-Artikolu 39 tar-regolament propost jipprovdi li l-Bord ta’ Riżoluzzjoni huwa kompost, inter alia, minn membru maħtur mill-BĊE għal terminu ta’ ħames snin li ma jiġġeddidx. Bis-saħħa tal-Artikolu 43 tar-regolament propost, il-membri tal-Bord ta’ Riżoluzzjoni għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi u la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, jew minn xi Gvern ta’ Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. Bis-saħħa tal-Artikoli 45 u 49 tar-regolament propost, il-membru maħtur mill-BĊE għandu jipparteċipa fis-sessjonijiet plenarji kif ukoll fis-sessjonijiet eżekuttivi tal-Bord ta’ Riżoluzzjoni, bi dritt għal vot.

Sabiex tkun riflessa aħjar id-differenza bejn ir-rwol tal-BĊE skont ir-Regolament MSU, u r-rwol tal-BĊE bħala parteċipant fil-Bord ta’ Riżoluzzjoni skont ir-regolament propost, kif ukoll sabiex tinżamm is-separazzjoni tar-responsabbiltajiet istituzzjonali bejn il-funzjoni superviżorja u riżoluttiva fl-Unjoni, il-BĊE jirrakkomanda li l-BĊE jkollu stedina miftuħa biex josserva l-laqgħat (plenarji u eżekuttivi) kollha tal-Bord ta’ Riżoluzzjoni. (26) .

Dwar ir-rwol importanti u l-kompetenza li għandhom il-banek ċentrali fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja u r-responsabbiltajiet makroprudenzjali tagħhom, banek ċentrali nazzjonali – li mhumiex qed jaġixxu bħala awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni taħt il-liġi nazzjonali – għandu jkollhom id-dritt li jattendu l-laqgħat tal-Bord bħala osservaturi u għandhom, flimkien mal-BĊE, ikunu involuti fil-valutazzjoni tal-impatt sistemiku ta’ kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni. (27)

2.5   Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà u r-rekwiżit minimu għal fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL)

Il-BĊE jilqa’ l-fatt li r-regolament propost jipprovdi li l-Bord ta’ Riżoluzzjoni jagħmel valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ kwalunkwe entità msemmija fl-Artikolu 2, f’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, inkluż l-BĊE. (28) Filwaqt li konsultazzjoni mas-superviżur hija biżżejjed fir-rigward tal-valutazzjoni nnifisha, miżuri għat-tneħħija ta’ impedimenti għar-riżolvibbiltà għandhom jiġu ddeterminati konġuntament u implimentati f’kooperazzjoni mas-superviżur. Dan jirrifletti l-involviment superviżorju qawwi fit-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni (29) Din il-valutazzjoni m’għandhiex tassumi xi appoġġ finanzjarju mill-FURB, ħlief għall-għoti ta’ likwidità temporanja. Jekk wieħed jassumi appoġġ għal solvenza mill-fond dan ikun inkonsistenti mal-prinċipju ġenerali li l-azzjonisti u l-kredituri tal-istituzzjoni individwali jew tal-grupp ikunu tal-ewwel biex jassorbu t-telf f’riżoluzzjoni (30)

L-FURB għandu jipprovdi biss riżorsi jekk il-finanzjament ta’ riżoluzzjoni permezz tal-azzjonisti u l-kredituri ma jkunx biżżejjed.

Għalhekk, il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ istituzzjoni jew ta’ grupp għandha tiżgura li hemm biżżejjed kapaċità għall-assorbiment tat-telf għal strateġija ta’ riżoluzzjoni kredibbli ġewwa l-istituzzjoni jew il-grupp innifsu (31).

Il-BĊE huwa tal-fehma li l-MREL huwa element ewlieni biex tiġi żgurata r-riżolvibbiltà u assorbiment tat-telf adegwat. F’dan ir-rigward, l-awtorità kompetenti għandu jkollha rwol imsaħħaħ fid-determinazzjoni tal-MREL, peress li dan jista’ jkollu impatt dirett fuq in-negożju ta’ bank bħala negozju avvjat u għalhekk huwa ta’ rilevanza għall-awtorità kompetenti. L-MREL għalhekk għandu jkun iddeterminat mill-Bord ta’ Riżoluzzjoni “f’kooperazzjoni” mal-awtorità kompetenti (32). Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-MREL, il-BĊE jifhem li r-regolament propost ser jiżgura konsistenza sħiħa mal-BRRD li ġejja biex b’hekk ikun hemm kontroriferenzi għall-kriterji ta’ eliġibbiltà għal passiv eliġibbli għall-MREL (33).

2.6   Rikapitalizzazzjoni

Ir-regolament propost jipprovdi li d-dispożizzjonijiet tar-rikapitalizzazzjoni għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2018. Dan iffisser li mill-2015 sal-2018, l-MUR jista’ jkollu jirriżolvi banek mingħajr din l-għodda ta’ riżoluzzjoni. Madankollu, jekk fondi pubbliċi jew fondi mill-FURB jintużaw f’riżoluzzjoni, ir-regoli l-ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat (34) ser jeħtieġu rikapitalizzazzjoni obbligatorja ta’ kapital u dejn subordinat. Madankollu, ser ikun hemm inċertezza dwar jekk dejn mhux iggarantit prijoritarju jistax jiġi rikapitalizzat billi l-Istati Membri ser ikunu liberi biex jiddeċiedu jekk għandhomx jantiċipaw l-introduzzjoni ta’ qafas rikapitalizzazzjoni.

Fid-dawl ta’ dan, il-BĊE jappoġġa l-implimentazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni qabel l-2018. Ir-rikapitalizzazzjoni diġà hija kkunsidrata bħala priced-in fil-biċċa l-kbira, għalhekk l-impatt fuq il-finanzjament huwa mstenni li jkun marġinali. Barra minn hekk, meta għodda ta’ rikapitalizzazzjoni tkun fis-seħħ dan jikkontribwixxi għaċ-ċertezza legali, il-konsistenza u l-prevedibbiltà biex b’hekk jiġu evitati soluzzjonijiet ad hoc  (35).

Id-dispożizzjoni fuq il-prijorità tal-klejms fl-insolvenza, li tiddetermina l-ordni kif jiġi allokat it-telf f’rikapitalizzazzjoni (36), ma tidhirx li hija identika mad-dispożizzjonijiet tal-BRRD li ġejja. Għalhekk, skont it-test finali adottat mil-leġiżlatur tal-Unjoni, għandha tintlaħaq il-konsistenza. B’mod partikolari, depożiti koperti għandu jkollhom “prijorità super” filwaqt li depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u impriżi ta’ daqs żgħir u medju għandu jkollhom prijorità fuq klejms mhux iggarantiti prioritarji oħrajn. F’dan ir-rigward, ir-rwol ta’ skemi ta’ garanzija ta’ depożitu f’riżoluzzjoni għandu jiġi allinjat għal kollox mad-dispożizzjonijiet tal-BRRD li ġejja, billi tiġi pprovduta s-surroga tagħhom għad-drittijiet u l-obbligi ta’ depożituri koperti (37).

2.7   Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek

Il-BĊE jilqa’ l-fatt li l-MUR ser jinkludi FURB, iffinanzjat minn kontribuzzjonijiet ibbażati fuq riskju ex ante mill-istituzzjonijiet li jinsabu fl-Istati Membri li jipparteċipaw fil-MUR. Kontroll bħal dan ta’ fond ta’ riżoluzzjoni komuni huwa element essenzjali tal-MUR, sabiex jiġi żgurat finanzjament ta’ riżoluzzjoni adegwat mingħajr ma jinġibdu flus minn fondi pubbliċi. Dan ser jippermetti lill-Bord ta’ Riżoluzzjoni biex jieħu miżuri ta’ malajr, mingħajr il-bżonn ta’ diskussjonijiet fit-tul fuq il-qsim tal-piż għal banek transkonfinali biex b’hekk tiġi żgurata l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni l-iktar effettiva ekonomikament fil-livell Ewropew. Bil-ġbir tar-riżorsi, il-FURB ser ikun jista’ jipproteġi lill-kontribwenti tat-taxxa b’mod iktar effettiv milli b’arranġamenti nazzjonali, u għalhekk jinkiser in-ness negattiv bejn il-banek u s-sovrani rispettivi tagħhom.

Ir-regolament propost jipprovdi għal livell fil-mira ta’ mill-inqas 1 % tad-depożiti koperti għall-FURB. Il-BĊE huwa tal-fehma li d-depożiti koperti ma humiex l-iktar punt ta’ referenza xieraq peress li ma jirriflettux għal kollox l-ispejjeż tal-finanzjament possibbli fir-riżoluzzjoni. Id-depożiti koperti jistgħu jibqgħu stabbli, filwaqt li l-passiv inġenerali jiżdied konsiderevolment, jew jista’ jiżdied mentri l-passiv globali jibqa’ stabbli. Fiż-żewġ każijiet, l-espożizzjoni potenzjali tal-fond ta’ riżoluzzjoni tiġi riflessa b’mod adegwat. Il-fatt li d-depożiti koperti huma assigurati diġà permezz tal-Iskema ta’ Garanzija ta’ Depożiti (DGS) għandu jiġi kkunsidrat ukoll billi dan jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ riżoluzzjoni jekk id-depożiti koperti (ippreferuti) jsofru telf. Dan il-punt ta’ referenza għandu b’hekk jiġi kkumplementat b’valur ta’ referenza li jirrigwarda l-passiv kollu, li għandu jiġi kkalibrat b’mod adegwat mill-Bord ta’ Riżoluzzjoni filwaqt li l-1 % ta’ depożiti jkun bħala limitu (38).

2.8   Arranġamenti ta’ garanzija ta’ kontinġenza

Il-BĊE jilqa’ l-proposta biex jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ garanzija ta’ kontinġenza addizzjonali li jkunu jistgħu jiġu attivati f’ċirkustanzi eċċezzjonali, fil-każ li l-kontribuzzjonijiet ex ante tal-FURB ma jkunux biżżejjed u l-kontribuzzjonijiet ex post ma jkunux aċċessibbli immedjatament biex ikopru l-ispejjeż tiegħu, billi jsir self kuntrattwali jew forom oħra ta’ appoġġ minn istituzzjonijiet finanzjarji jew terzi oħrajn. Dawn l-arranġamenti ta’ garanzija ta’ kontinġenza jagħmlu lill-MUR iktar b’saħħtu kontra xokkijiet ekonomiċi u finanzjarji negattivi ħafna biex b’hekk tissaħħaħ l-kapaċità tiegħu biex jipprevjeni kriżijiet sistemiċi. Barra minn hekk, il-BĊE jappoġġa r-rekwiżit li kull finanzjament minn arranġamenti ta’ garanzija ta’ kontinġenza jiġi rkuprat mill-industrija finanzjarja u mhux imħallas mill-awtoritajiet fiskali. Dan ir-rekwiżit jippreserva waħda mir-raġunijiet ewlenin biex jitwaqqaf il-MUR, sabiex ikun hemm ir-riżoluzzjoni tal-banek mingħajr ma jkun hemm spejjeż permanenti għall-kontribwenti tat-taxxa. Fir-rigward ta’ dawn l-elementi, ir-regolament propost huwa konsistenti għall-kollox mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13/14 ta’ Diċembru u t-27/28 ta’ Ġunju 2013 (39), li jibnu fuq ir-rapport “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina”.

Fl-istess ħin, il-BĊE jinnota li r-regolament propost baqa’ vag fuq id-disinn previst ta’ arranġament ta’ garanzija ta’ kontinġenza addizzjonali. B’mod partikolari, filwaqt li r-regolament propost jipprovdi għall-possibbiltà li jkun hemm self minn terzi (40), ma jispeċifikax jekk l-arranġamenti ta’ garanzija ta’ kontinġenza addizzjonali jinkludux ukoll aċċess temporanju għall-fondi pubbliċi jew inkella joqogħdux biss fuq self mis-settur privat. Kif inhu espliċitament ikkjarifikat fl-abbozz tal-Artikolu 6(4) li l-Istati Membri ma humiex obbligati li jagħtu dan l-aċċess, jidher li garanzija ta’ kontinġenza bħal din tista’ tingħata biss fuq bażi volontarja. Il-BĊE huwa tal-fehma li, filwaqt li huwa suġġett għall-prinċipju ta’ newtralità fiskali, l-aċċess għal riżorsi fiskali jkun element essenzjali tal-arranġamenti ta’ garanzija ta’ kontinġenza tal-MUR. Dan għaliex sorsi privati tal-finanzjament jistgħu, speċjalment fil-bidu tal-MUR, ikunu skarsi u temporanjament jevaporaw meta jkun hemm taqlib kbir fis-suq finanzjarju. Il-BĊE jifhem li l-Kummissjoni ma inkluditx obbligu fuq Stati Membri parteċipanti li jingħata aċċess għall-fondi pubbliċi billi dan jista’ jinterferixxi mas-sovranità fiskali tal-Istati Membri li ma tistax tintmess taħt il-bażi legali tar-regolament propost. F’dan l-isfond, il-BĊE jikkunsidra li huwa importanti li l-Istati Membri parteċipanti jieħdu ħsieb jipprovdu garanzija ta’ kontinġenza konġunta u solida biex tkun disponibbli mad-dħul fis-seħħ tar-regolament propost (41).

Din il-garanzija ta’ kontinġenza tista’ tinkludi linja ta’ kreditu li tagħti lill-MUR aċċess għal riżorsi fiskali konġunti mill-Istati Membri parteċipanti. Sabiex jiġi sodisfatt il-prinċipju ta’ fiskalità newtrali, il-linja ta’ kreditu jkollha tiġi rkuprata kollha fil-każ li tiġi attivata. Ikun importanti li jiġi kkalibrat b’attenzjoni l-orizzont taż-żmien biex jiġu rkuprati dawn il-fondi mis-settur finanzjarju sabiex jiġu evitati imposti li jkunu marbutin wisq favur iċ-ċikli. Arranġament ta’ linja ta’ kreditu bħal dak ikun konsistenti għal kollox mal-konklużjonijiet tad-dispożizzjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2012 (42) u ma’ oqsfa ta’ riżoluzzjoni simili f’pajjiżi oħrajn, pereżempju, il-linja ta’ kreditu lil Federal Deposit Insurance Corporation mit-Teżor tal-Istati Uniti.

2.9   Relazzjoni mal-qafas tal-għajnuna mill-Istat

Il-BĊE jinnota li r-regolament propost huwa ddisinjat biex jiżgura l-preservazzjoni tal-kompetenzi tal-Kummissjoni fuq l-għajnuna mill-Istat f’każijiet ta’ riżoluzzjoni kollha li jinvolvu l-appoġġ li jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. Dan l-għan jintlaħaq billi l-proċedura dwar l-għajnuna mill-Istat timxi b’mod parallel mal-proċedura ta’ riżoluzzjoni (43). Madankollu r-regolament propost għandu l-intenzjoni wkoll li japplika l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat f’każijiet li jinvolvu appoġġ mill-FURB b’analoġija u b'mod parallel mal-proċedura ta’ riżoluzzjoni (44).

Il-BĊE jirrikonoxxi li l-qafas tal-għajnuna mill-Istat wera li hu essenzjali fid-definizzjoni ta’ parametri komuni għall-appoġġ pubbliku nazzjonali fil-kuntest ta’ riżoluzzjoni ta’ bank fl-Unjoni kollha. Madankollu, il-BĊE huwa tal-fehma li l-impatt tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u l-impatt tal-applikazzjoni fuq riżoluzzjonijiet tal-MUR għandhom jiġu vvalutati b’attenzjoni. Ladarba l-MUR ikun operattiv għal kollox, id-deċiżjonijiet ta’ riżoluzzjoni ser jitieħdu fil-livell tal-Unjoni biex b’hekk jiġi żgurat trattament ugwali u ma jkunx hemm distorsjoni fis-suq uniku (45). Fid-dawl ta’ dan, il-valutazzjoni parallela taħt il-proċedura tal-għajnuna mill-Istat m’għandhiex iddewwem, tidduplika jew tostakola l-proċess ta’ riżoluzzjoni. L-għan tal-preżervazzjoni tas-suq intern u li ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri parteċipanti u Stati Membri li mhumiex parteċipanti jista’ jintlaħaq fil-proċess ta’ riżoluzzjoni. B’mod partikolari tista’ tiġi prevista l-integrazzjoni ta’ aspetti tal-għajnuna mill-Istat fil-proċess ta’ riżoluzzjoni peress li l-Kummissjoni għandha l-poter deċiżjonali aħħari. Fi kwalunkwe każ, l-applikazzjoni tar-regolament propost għandha tiżgura li l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat la jirriżulta f’dewmien bla bżonn u lanqas jostakola li jintlaħqu l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni, partikolarment minħabba l-bżonn li tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja (46). Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, bla dubju jkun ta’ għajnuna li l-Kummissjoni tispeċifika b’mod ċar fir-regolament propost liema regoli tal-qafas tal-għajnuna mill-Istat u liema proċedura ser jiġu applikati b’analoġija, u jekk ikun meħtieġ, jiġu spjegati iktar id-dettalji tal-applikazzjoni tagħhom bl-użu ta’ mezzi xierqa.

Fl-aħħar nett, jista’ jkun hemm il-ħtieġa ta’ iktar analiżi fil-futur dwar l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ għajnuna mill-Istat b’analoġija u fir-rigward tal-interazzjoni bejn kunsiderazzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat u kunsiderazzjoni dwar l-istabbiltà finanzjarja fil-kuntest ta’ riżoluzzjoni (47).

2.10   Stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet ta’ riżoluzzjoni

Ir-regolament propost ma fih l-ebda dispożizzjoni fuq kontroll ġudizzjarju u affarijiet relatati dwar deċiżjonijiet ta’ riżoluzzjoni. Il-BĊE jifhem li (a) kemm id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Riżoluzzjoni/tal-Kummissjoni fuq ir-riżoluzzjoni (48) u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jikkunsidraw il-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat, fuq naħa, kif ukoll (b) l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali li jimplimentaw l-iskema ta’ riżoluzzjoni skont dawk id-deċiżjonijiet u r-regoli tal-għajnuna mill-Istat, minn-naħa l-oħra, jibqgħu suġġetti għall-istħarriġ ġudizzjarju mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-qrati nazzjonali rispettivament. Il-BĊE jinnota li t-taħlita ta’ rimedji quddiem il-Qorti li jipprovdu t-Trattati u r-regolament propost kif ukoll quddiem il-qrati nazzjonali bis-saħħa tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri parteċipanti, għandhom jiggarantixxu drittijiet ta’ smigħ xieraq lil persuni naturali u legali affettwati bid-deċiżjonijiet tal-MSU.

Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, ikun ta’ għajnuna jekk ir-regolament jispeċifika li jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-qrati nazzjonali li jistħarrġu l-azzjonijiet jew l-ommissjonijiet ta’ awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni u kompetenti oħrajn meta jiġu implimentati d-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Riżoluzzjoni magħmulin fi ħdan il-proċedura ta’ riżoluzzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 16. Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat jekk għandhomx jiddaħħlu dispożizzjonijiet li jipprekludu jew tal-inqas jillimitaw ir-riversibbiltà ta’ deċiżjonijiet meħudin mill-Bord ta’ Riżoluzzjoni, partikolarment fir-rigward tad-deċiżjonijiet meħudin skont l-Artikolu 26(2) tar-regolament propost, skont id-dispożizzjonijiet li hemm fil-BRRD fir-rigward tad-dritt tal-appell u l-esklużjoni ta’ azzjonijiet oħrajn. Id-dispożizzjonijiet rilevanti għandhom jiġu bbilanċjati b’attenzjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ garanziji ta’ drittijiet tal-proprjetà taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Konvenzjoni Ewropea fuq id-Drittijiet tal-Bniedem.

Fl-aħħar nett sabiex jiżdied il-livell ta’ trasparenza fir-rigward ta’ rimedji ġudizzjarji disponibbli skont l-MSU, huwa konsiljabbli li jiġu deskritti l-ambitu u l-kontenut tad-dritt għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-partijiet affettwati b’miżuri ta’ riżoluzzjoni taħt il-MUR, billi jiġi speċifikat, pereżempju, li l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ azzjonijiet u ommissjonijiet tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jikkunsidraw għal kollox li skont l-Artikolu 16(8) tar-regolament propost l-awtoritajiet nazzjonali huma obbligati li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimentaw id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Riżoluzzjoni, u li dawn id-deċiżjonijiet tal-aħħar huma suġġetti għall-istħarriġ ġudizzjarju mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan jista’ jsir fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni mar-regolament propost jew f’dokument separat.

2.11   Terminoloġija

Il-BĊE jilqa’ l-għan tal-Kummissjoni li tiżgura li r-regolament propost jikkonforma mal-BRRD li ġejja, li għandu jiżgura konsistenza globali, anki fir-rigward tad-definizzjonijiet użati. Id-definizzjonijiet tal-BRRD għandhom jinżammu sakemm ma jkunx hemm raġunijiet oġġettivi li wieħed ma jsegwihomx għal kollox jew ineħħihom fir-regolament propost (49). F’dan ir-rigward, meta ssir referenza għall-awtorità superviżorja, ir-regolament għandu juża approċċ konsistenti, pereżempju, b’referenza għall-“awtorità kompetenti”, filwaqt li jiġi kkjarifikat li dan jinkludi l-BĊE fir-rwol tiegħu bħala superviżur kif ukoll awtoritjaiet superviżorji nazzjonali.

2.12   Stati Membri li daħlu f’kooperazzjoni mill-qrib

Il-BĊE jirrakkomanda li fir-regolament propost tiddaħħal dispożizzjoni li tittratta l-proċeduri ta’ riżoluzzjoni li għadhom ma ntemmewx, jekk Stat Membru li daħal f’kooperazzjoni mill-qrib (50), u għalhekk huwa awtomatikament suġġett għar-regolament propost, itemm din il-kooperazzjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Novembru 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2013) 520 finali.

(2)  ĠU C 30, 1.2.2013, p. 6. L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma ppubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(3)  Disponibbli fuq is-sit tal-Kunsill Ewropew fi www.consilium.europa.eu.

(4)  Ippreżentati matul il-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2012 u disponibbli fis-sit tal-Kunsill Ewropew fi www.consilium.europa.eu.

(5)  Ara wkoll l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali tad-29 ta’ Novembru 2012 dwar proposta għal direttiva li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (CON/2012/99) (ĠU C 39, 12.2.2013, p. 1.).

(6)  Ara l-Artikolu 7 tar-regolament propost.

(7)  Ara l-Artikolu 20 tar-regolament propost.

(8)  Sentenza tat-13 ta’ Ġunju 1958 fil-Kawża 9/56, Meroni vs L-Awtorità Għolja (Ġabra 1958, p. 133 bl-Ingliż), sentenza tal-14 ta’ Mejju 1981 fil-Kawża 98/80 Romano vs INAMI (Ġabra tal-1981, p. 1241) u s-sentenza tat-12 ta’ Lulju 2005 fil-Kawżi Magħquda C-154/04 u C-155/04 Alliance for Natural Health et (Ġabra 2005, p. I-6451)

(9)  Ara, pereżempju, il-kummenti fuq l-Artikolu 16 tar-regolament propost, kif jidher iktar ’isfel u fil-proposta għall-abbozzar fl-Emenda 6.

(10)  Artikolu 41(8) tar-regolament propost.

(11)  Ara l-Kapitolu 4: Kooperazzjoni tar-regolament propost.

(12)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63. Ara b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) u 27(2) tar-Regolament MSU.

(13)  

Artikolu 27(2) u (3) tar-regolament propost

(14)  Ara, pereżempju, il-proposti għall-abbozzar fl-Emendi 2, 5, 8 u 10.

(15)  Ara l-Artikolu 26(11) u l-Premessa 70 tar-Regolament SSM.

(16)  Ara l-proposta għall-abbozzar fl-Emenda 12.

(17)  L-Artikolu 11(4) tar-regolament propost għandu għalhekk jiġi emendat. Ara l-proposta għall-abbozzar rispettiva fl-Emenda 5.

(18)  L-Artikolu 23(1) (ec) tal-approċċ ġenerali fuq l-abbozz tad-direttiva li jistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 kif miftiehem mill-Ministri tal-Finanzi tal-Istati Membri fil-Kunsill ECOFIN tas-27 ta’ Ġunju 2013. [2012/0150 (COD)-11148/1/13 Rev 1].

(19)  Ara l-proposta għall-abbozzar fl-Emenda 14.

(20)  Il-premessa 16 tar-regolament propost jgħid, “Il-BĊE, bħala s-superviżur fl-MSU, huwa fl-aqwa pożizzjoni biex jevalwa jekk istituzzjoni ta’ kreditu hijiex qed tfalli jew probabbli tfalli u jekk ma hemm l-ebda prospett raġonevoli li azzjoni alternattiva mis-settur privat jew superviżorja tkun tista' tevita li din tfalli fi żmien raġonevoli”.

(21)  Dan il-punt tqajjem ukoll fl-Opinjoni CON/2012/99, paragrafu 2.1.

(22)  Ara l-proposta għall-abbozzar fl-Emenda 6.

(23)  Ara l-proposta għall-abbozzar fl-Emenda 8.

(24)  Ara l-proposta għall-abbozzar fl-Emenda 8.

(25)  Ara l-proposta għall-abbozzar fl-Emendi 11, 12 u 13.

(26)  Ara l-proposta għall-abbozzar fl-Emendi 15, 16 u 17.

(27)  Ara l-proposta għall-abbozzar fl-Emenda 15.

(28)  Dan huwa konformi mal-Attributi Ewlenin ta’ Sistemi ta’ Riżoluzzjoni Effettivi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja, Ottubru 2011, disponibbli fuq il-websajt tal-FSB f’www.financialstabilityboard.org. Ara l-Anness II u t-taqsima 10.

(29)  Ara l-proposta għall-abbozzar fl-Emenda 3.

(30)  Ara l-Artikolu 13(1) tar-regolament propost.

(31)  Ara l-proposta għall-abbozzar fl-Emenda 7.

(32)  Ara l-proposta għall-abbozzar fl-Emenda 4.

(33)  Ara pereżempju l-abbozz tal-Artikolu 39(2) BRRD li jipprovdi l-kundizzjonijiet biex passiv jgħodd bħala passiv eliġibbli.

(34)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja tat-30 ta’ Lulju 2013 (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).

(35)  Ara l-proposta għall-abbozzar fl-Emenda 22.

(36)  Bla ħsara għal-lista ta’ esklużjonijiet li jistgħu jiġu applikati f’ċirkustanzi eċċezzjonali. Ara l-Artikolu 24(5) tar-regolament propost.

(37)  Għalhekk, l-Artikoli 15 u 73 tar-regolament propost għandhom jagħmlu referenza għall-Artikolu 98a u 99 tal-BRRD li ġejja.

(38)  Ara l-proposti ta’ abbozzar għall-Emenda 19.

(39)  Disponibbli fuq is-sit tal-Kunsill Ewropew fi http://www.consilium.europa.eu

(40)  F’dan ir-rigward, il-BĊE jinnota li skont il-projbizzjoni fuq il-finanzjament monetarju, bank ċentrali ma jistax jiffinanzja fond ta’ riżoluzzjoni. Ara, pereżempju, ir-Rapport ta’ Konverġenza tal-BĊE 2013, p. 28.

(41)  Ara l-proposti ta’ abbozzar għall-Emenda 20.

(42)  Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13/14 ta’ Diċembru 2012“…Il-mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni għandu jkun ibbażat fuq kontribuzzjonijiet mis-settur finanzjarju nnifsu u jinkludi arranġamenti ta’ salvagwardja effettivi u adatti. Dan l-arranġament ta’ salvagwardja għandu jkun newtrali f’termini ta' baġit fuq it-terminu medju, billi jiżgura li l-imposti ex post fuq l-industrija finanzjarja jagħmlu tajjeb għall-assistenza pubblika.” Il-BĊE huwa konxju li r-regolament propost, fih innifsu ma jistax jistabbilixxi din il-linja ta’ kreditu u għandu bżonn jiddependi fuq l-obbligu tal-Bord ta’ Riżoluzzjoni biex isibha b’mod attiv, sakemm il-mekkaniżmi finanzjarji jkunu fis-seħħ biex jingħata aċċess għal din il-linja ta’ kreditu.

(43)  Ara l-paragrafu 4.1.3 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni għar-regolament propost (iktar “il quddiem il-‘Memorandum ta’ Spjegazzjoni”) u ara wkoll l-aħħar sentenza tal-Artikolu 16(8) tar-regolament propost.

(44)  Ara l-Artikolu 16(10) tar-regolament propost u l-paragrafu 1.2 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni.

(45)  Ara, b’mod partikolari, il-premessi 7, 9 u 13 tar-regolament propost.

(46)  Ara l-proposta għall-abbozzar fl-Emenda 6.

(47)  Ara l-proposta għall-abbozzar fl-Emenda 21.

(48)  Ara l-Artikolu 16 tar-regolament propost, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-Artikolu 78 fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Bord ta’ Riżoluzzjoni.

(49)  Ara, pereżempju, l-Artikolu 3(13) tar-regolament propost li jiddefinixxi “grupp”. Dan jiddevja mid-definizzjoni ta’ dan it-terminu mogħti fl-Artikolu 2(4) tal-Approċċ Ġenerali dwar l-abbozz tad-direttiva li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u riżoluzzjoni ta’ banek li qed ifallu tas-27 ta’ Ġunju 2013.

(50)  Kif iddefinit fir-Regolament MSU.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessa 43

“(43)

Id-depożituri li jkollhom depożiti garantiti minn skema ta' garanzija tad-depożiti ma għandhomx ikunu soġġetti għal eżerċizzju tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. L-iskema tal-garanziji tad-depożiti, madankollu, tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-proċess tar-riżoluzzjoni sal-punt li kienet tagħmel li kieku kellha tikkumpensa lid-depożituri. L-eżerċizzju tas-setgħat tal-ippleġġjar intern se jiżgura li d-depożituri jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, li hija r-raġuni ewlenija għaliex ġew stabbiliti l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti. In-nuqqas ta' previżjoni tal-involviment ta' dawk l-iskemi f'każijiet bħal dawn jikkostitwixxi vantaġġ inġust fil-konfront tal-kredituri l-oħra li jkunu soġġetti għall-eżerċizzju tas-setgħat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.”

“(43)

Id-depożituri li jkollhom depożiti garantiti minn skema ta' garanzija tad-depożiti ma għandhomx ikunu soġġetti għal eżerċizzju tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. L-iskema tal-garanziji tad-depożiti, madankollu, tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-proċess tar-riżoluzzjoni sal-punt li kienet tagħmel li kieku kellha tikkumpensa lid-depożituri. L-eżerċizzju tas-setgħat tal-ippleġġjar intern se jiżgura li d-depożituri jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, li hija r-raġuni ewlenija għaliex ġew stabbiliti l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti. In-nuqqas ta' previżjoni tal-involviment ta' dawk l-iskemi f'każijiet bħal dawn jikkostitwixxi vantaġġ inġust fil-konfront tal-kredituri l-oħra li jkunu soġġetti għall-eżerċizzju tas-setgħat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.”

Spjegazzjoni

Billi d-depożituri assigurati għandhom preferenza fuq il-kredituri kollha l-oħrajn u d-DGS tissurroga f’din il-preferenza, il-kredituri l-oħra kollha jbatu telf qabel mad-DGS tintalab tikkontribwixxi. Għaldaqstant, ir-rikapitalizzazzjoni tad-DGS ma taffettwax il-pożizzjoni ta’ dawn il-kredituri li għandhom inqas prijorità u n-nuqqas tagħha ma jikkostitwixxix ‘vantaġġ inġust’.

Emenda 2

Artikolu 3(1) Definizzjonijiet

‘(1)   “awtorità nazzjonali kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru [..] li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-politiki marbuta mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu;’

‘(1)   awtorità nazzjonali kompetenti’ tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru [ ];(2) ‘awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni’ tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva [ ]; li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-politiki marbuta mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu; innominata minn Stat Membru parteċipanti skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE;

‘([…])Awtorità kompetenti’ tfisser l-awtorità kompetenti nazzjonali u l-BĊE fl-eżerċizzju tal-kompiti li jingħatawlha mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu;’

Id-definizzjonijiet proposti għandhom l-għan li jikkjarifikaw li l-BĊE għandu jiġi kkunsidrat l-awtorità kompetenti bis-saħħa tal-Artikolu 9 tar-Regolament MUR.

L-Artikoli 8(1) u (5), 10(1), 11(1), (4) u (5), 18(1) u 41(7) tar-regolament propost ser ikollhom jiġu emendati f’dan is-sens.

Emenda 3

Artikolu 8(1) u (8) Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà

‘1.   Meta jiġu abbozzati l-pjanijiet tar-riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 7, il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, inkluż il-BĊE, u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti fejn jinsabu fergħat sinifikanti sal-punt rilevanti għall-fergħa sinifikanti, iwettaq valutazzjoni ta’ kemm l-istituzzjonijiet u l-gruppi huma riżolvibbli mingħajr suppożizzjoni ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-Fond stabbiliti skont l-Artikolu 64.

‘1.   Meta jiġu abbozzati l-pjanijiet tar-riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 7, il-Bord, f’kooperazzjoni wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, inkluż il-BĊE, u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti fejn jinsabu fergħat sinifikanti sal-punt rilevanti għall-fergħa sinifikanti, iwettaq valutazzjoni ta’ kemm l-istituzzjonijiet u l-gruppi huma riżolvibbli mingħajr suppożizzjoni ta': (a) għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti jew (b) l-użu tal-Fond stabbiliti skont l-Artikolu 64.

‘8.   Jekk il-miżuri proposti mill-entità jew l-impriża prinċipali konċernata effettivamentma jneħħux l-impediment għar-riżolvibbiltà, il-Bord jieħu deċiżjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u, fejn xieraq, l-awtorità makroprudenzjali, li tindika li l-miżuri proposti effettivament ma jneħħux l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni biex jitolbu lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali jew kwalunkwe sussidjarja tal-grupp konċernat, biex tieħu kwalunkwe miżura elenkata fil-paragrafu 9, abbażi tal-kriterji li ġejjin: […].’

8.   Jekk il-miżuri proposti mill-entità jew l-impriża prinċipali konċernata effettivamentma jneħħux l-impediment għar-riżolvibbiltà, il-Bord jieħu deċiżjoni, wara konsultazzjoni f’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti u, fejn xieraq, l-awtorità makroprudenzjali, li tindika li l-miżuri proposti effettivament ma jneħħux l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni biex jitolbu lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali jew kwalunkwe sussidjarja tal-grupp konċernat, biex tieħu kwalunkwe miżura elenkata fil-paragrafu 9, abbażi tal-kriterji li ġejjin: […].’

Skont l-ippjannar ta’ riżoluzzjoni taħt l-Artikolu 7(7) tar-regolament propost, il-valutazzjoni ta’ riżolvibbiltà u l-istruzzjoni biex jittieħdu miżuri rimedjali għandhom isiru f’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti għaliex tappartjenti għal sitwazzjoni fejn il-bank ikun għadu barra r-riżoluzzjoni, iwettaq ‘negozju normali’, u għalhekk taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti.

Ir-riżolvibbiltà għandha tiġi vvalutata kontra istituzzjoni jew il-parametri tal-grupp stess, mingħajr ma jiġi preżunt li ser jintuża l-FURB. Li jiġi preżunt appoġġ finanzjarju tal-fond jippermetti lill-istituzzjoni/grupp li jiġġestixxi n-negozju tagħha/tiegħu għas-spejjeż (potenzjali) tas-settur bankarju kollu, li jintalab iħallas għar-riżoluzzjoni tagħhom. Madankollu, il-fond ser jipprovdi biss garanzija ta’ kontinġenza jekk l-iffinanzjar ta’ riżoluzzjoni permezz tal-azzjonisti u kredituri ma jkunx biżżejjed. Ir-regola ġenerali li azzjonisti u kredituri tal-istituzzjoni individwali jew grupp huma tal-ewwel biex jassorbu t-telf fir-riżoluzzjoni, għandha tiġi riflessa fil-valutazzjoni ta’ riżolvibbiltà. Altrimenti, l-aċċess għall-fond jittieħed bħala fatt, u dan ma jagħtix l-inċentivi tajbin għall-istrutturar ta’ istituzzjonijiet jew gruppi b’mod li r-riżorsi tagħhom ikunu suffiċjenti għar-riżoluzzjoni tagħhom.

Skont il-Karatteristiċi Ewlenin ta’ Sistemi ta’ Riżoluzzjoni Effettiva għal Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-FSB, istituzzjoni jew grupp għandhom jiġi vvalutati fir-rigward tar-riżolvibbiltà sabiex jiġi żgurat li r-riżoluzzjoni taħdem fil-prattika. L-għan ta’ din il-valutazzjoni huwa sabiex jiġi żvelat jekk l-istituzzjoni jew jekk il-grupp jistax ikun riżolt mingħajr ma jiġi kkawżat impatt sistemiku, u jekk għandhomx jittieħdu azzjonijiet biex tittejjeb ir-riżolvibbiltà. Dan għandu jsir bir-rigorożità kollha meħtieġa.

Emenda 4

Artikolu 10 Rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli

‘1.   Il-Bord, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkuż il-BĊE, jiddetermina r-rekwiżit minimu ta’ fondi proprji, kif imsemmi fil-paragrafu 2, soġġett għat-tniżżil fil-valur u s-setgħat ta' konverżjoni, li l-istituzzjonijiet u l-impriżi prinċipali msemmija fl-Artikolu 2 ikunu meħtieġa jżommu.

‘1.   Il-Bord, f'konsultazzjoni kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkuż il-BĊE, jiddetermina r-rekwiżit minimu ta’ fondi proprji, kif imsemmi fil-paragrafu 2, soġġett għat-tniżżil fil-valur u s-setgħat ta' konverżjoni, li l-istituzzjonijiet u l-impriżi prinċipali msemmija fl-Artikolu 2 ikunu meħtieġa jżommu.

Spjegazzjoni

Il-BĊE huwa tal-fehma li l-MREL huwa element ewlieni biex jiġu żgurati riżolvibbiltà u assorbenza ta’ telf adegwati. F’dan ir-rigward, l-awtorità kompetenti għandu jkollha rwol imtejjeb fid-determinazzjoni tal-MREL, peress li dan tal-aħħar jista’ jimpinġi direttament fuq in-negozju tal-banek bħala negozju avvjat u għalhekk huwa ta’ rilevanza għall-awtorità kompetenti. Għalhekk l-MREL għandu jkun iddeterminat mill-Bord ‘f’kooperazzjoni’ mal-awtorità kompetenti.

Emenda 5

Artikolu 11(4) Intervent bikri

‘4.   Jekk il-BĊE jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti jkun beħsiebhom jimponu fuq istituzzjoni jew grupp kwalunkwe miżura addizzjonali skont l-Artikolu 13b tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru [ ] jew skont l-Artikolu 23 jew 24 tad-Direttiva [ ] jew skont l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, qabel l-istituzzjoni jew il-grupp ikunu kkonformaw bis-sħiħ mal-ewwel miżura nnotifikata lill-Bord, huma għandhom jikkonsultaw lill-Bord, qabel jimponu din il-miżura addizzjonali fuq l-istituzzjoni jew il-grupp konċernat.

‘4.   Jekk il-BĊE fuq il-bażi tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti jkun beħsiebhom jimponu fuq istituzzjoni jew grupp kwalunkwe miżura addizzjonali skont l-Artikolu 13b tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru [ ] jew skont l-Artikolu 23 jew 24 tad-Direttiva [ ] jew skont l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, qabel l-istituzzjoni jew il-grupp ikunu kkonformaw bis-sħiħ mal-ewwel miżura nnotifikata lill-Bord, huma għandhom jikkonsultaw jinfurmaw lill-Bord, meta jimponu din il-miżura addizzjonali fuq l-istituzzjoni jew il-grupp konċernat.’

L-Artikolu 13b (eventwalment 16) tar-Regolament MSU jipprovdi poteri biss lill-BĊE. Din l-emenda proposta għandha l-għan li tiċċara li l-BĊE biss jista’ jaġixxi bis-saħħa tal-Artikolu 16 tar-Regolament MSU. F’okkażjonijiet oħrajn ma huwiex meħtieġ li ssir referenza espliċita lill-BĊE fir-rigward tad-definizzjoni proposta ta’ ‘awtoritajiet kompetenti’ (ara l-Emenda 2 proposta).

Is-superviżur għandu r-responsabbiltà għal setgħat ta’ intervent bikri. s.

Emenda 6

Artikolu 16 Proċedura ta’ Riżoluzzjoni

‘1.   Meta l-BĊE jew awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jivvalutaw li l-kundizzjonijiet msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 huma ssodisfati fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 2, huma jikkommunikaw dik il-valutazzjoni mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Bord.

2.   Mal-wasla ta' komunikazzjoni skont il-paragrafu 1 jew b'inizjattiva tiegħu stess, il-Bord iwettaq valutazzjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin humiex ssodisfati:

(a)

l-entità qed tfalli jew x'aktarx li tfalli;

(b)

filwaqt li jikkonsidra ż-żmien u ċirkustanzi rilevanti oħra, ma hemmx prospett raġonevoli li xi settur privat alternattiv jew azzjoni ta' superviżjoni (inklużi miżuri ta' intervent bikri jew tnaqqis fil-valur jew konverżjoni tal-istrumenti kapitali skont l-Artikolu 14), meħuda fir-rigward tal-entità, jistgħu jimpedixxu l-falliment f'qafas ta' żmien raġonevoli;

(c)

azzjoni ta' riżoluzzjoni hija meħtieġa fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 4.

3.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2, l-entità titqies li qed tfalli jew x'aktarx tfalli fi kwalunkwe minn dawn iċ-ċirkustanzi:

(a)

l-entità qed tikser jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu deteminazzjoni li l-istituzzjoni se tkun qed tikser, fil-futur qrib, ir-rekwiżiti għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni b'mod li jkun jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-BĊE jew mill-awtorità kompetenti inkluż, iżda mhux biss, minħabba li l-istituzzjoni ġarrbet jew x'aktarx iġġarrab telf li se juża l-fondi proprji kollha jew ammont sinifikanti minnhom.

6.   Wara li tqis l-urġenza taċ-ċirkustanzi tal-każ, il-Kummissjoni tiddeċiedi, b'inizjattiva tagħha stess jew billi tqis, jekk ikun hemm, il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rakkomandazzjoni tal-Bord imsemmija fil-paragrafu 5, jekk tpoġġix jew le lill-entità taħt riżoluzzjoni u dwar il-qafas tal-għodod ta' riżoluzzjoni li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-entità konċernata u tal-użu tal-Fond biex jappoġġa l-azzjoni ta' riżoluzzjoni. Il-Kummissjoni, b'inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi li tpoġġi entità taħt riżoluzzjoni jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

8.   Fil-qafas stipulat mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-Bord jiddeċiedi dwar l-iskema tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 20 u għandu jiżgura li l-azzjoni meħtieġa ta' riżoluzzjoni titwettaq ħalli titwettaq l-iskema ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti. Id-deċiżjoni tal-Bord tkun indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti u għandha tagħti struzzjonijiet lil dawk l-awtoritajiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jimplimentaw id-deċiżjoni tal-Bord f'konformità mal-Artikolu 26, billi jeżerċitaw kwalunkwe setgħa ta' riżoluzzjoni prevista fid-Direttiva [ ], partikolarment dawk fl-Artikolu minn 56 sa 64 tad-Direttiva [ ]. Meta jkun hemm għajnuna mill-Istat, il-Bord jista' jiddeċiedi biss wara li l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

‘1.   Meta l-BĊE jew awtorità kompetenti tivvaluta nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jivvalutaw li

(a)

l-entità qed tfalli jew x'aktarx li tfalli; u

(b)

fir-rigward taż-żmien u ċirkustanzi rilevanti oħrajn, mhemmx prospett raġonevoli li xi miżuri tas-settur privat alternattiv jew azzjoni superviżorja, inkluż miżuri ta’ intervent bikri meħudin fir-rigward tal-entità, jipprevjenu l-falliment tiegħu f’qafas ta’ żmien raġonevoli l-kundizzjonijiet msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 huma ssodisfati fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 2, huma jikkommunikaw dik il-valutazzjoni mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Bord. Il-Bord għandu jkollu d-dritt jitlob valutazzjoni bħal din.

2.   Mal-wasla ta' komunikazzjoni skont il-paragrafu 1 jew b'inizjattiva tiegħu stess, il-Bord għandu, f’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, iwettaq valutazzjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin humiex ssodisfati

(a)

the entity is failing or likely to fail;

(b a)

fir-rigward taż-żmien u ċirkustanzi rilevanti oħrajn, mhemmx prospett raġonevoli li xi miżuri tas-settur privat alternattiv jew azzjoni superviżorja, inkluż miżuri ta’ intervent bikri meħudin fir-rigward tal-entità, jipprevjenu l-falliment tiegħu f’qafas ta’ żmien raġonevoli l-kundizzjonijiet msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 huma ssodisfati fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 2, huma jikkommunikaw dik il-valutazzjoni mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Bord. Il-Bord għandu jkollu d-dritt jitlob valutazzjoni bħal din.

( cb)

a resolution action is necessary in the public interest pursuant to paragraph 4.

3.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 21(a), l-entità titqies li qed tfalli jew x'aktarx tfalli fi kwalunkwe minn dawn iċ-ċirkustanzi:

(a)

l-entità qed tikser jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu deteminazzjoni li l-istituzzjoni se tkun qed tikser, fil-futur qrib, ir-rekwiżiti għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni b'mod li jkun jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-BĊE jew mill - awtorità kompetenti inkluż, iżda mhux biss, minħabba li l-istituzzjoni ġarrbet jew x'aktarx iġġarrab telf li se juża l-fondi proprji kollha jew ammont sinifikanti minnhom.

(d)

il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(1).

6.   Wara li tqis l-urġenza taċ-ċirkustanzi tal-każ, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, b'inizjattiva tagħha stess jew billi tqis, jekk ikun hemm, il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew u ir-rakkomandazzjoni tal-Bord imsemmija fil-paragrafu 5, jekk tpoġġix jew le lill-entità taħt riżoluzzjoni u dwar il-qafas tal-għodod ta' riżoluzzjoni li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-entità konċernata u tal-użu tal-Fond biex jappoġġa l-azzjoni ta' riżoluzzjoni. Il-Kummissjoni, b'inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi li tpoġġi entità taħt riżoluzzjoni jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Fin-nuqqas ta’ rakkomandazzjoni tal-Bord, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi wkoll, b’inizjattiva tagħha stess, li tpoġġi entità taħt riżoluzzjoni, jekk l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ġew sodisfatti.

8.   Fil-qafas stipulat mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-Bord jiddeċiedi dwar l-iskema tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 20 u għandu jiżgura li l-azzjoni meħtieġa ta' riżoluzzjoni titwettaq ħalli titwettaq l-iskema ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti. Id-deċiżjoni tal-Bord tkun indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti u għandha tagħti struzzjonijiet lil dawk l-awtoritajiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jimplimentaw id-deċiżjoni tal-Bord f'konformità mal-Artikolu 26, billi jeżerċitaw kwalunkwe setgħa ta' riżoluzzjoni prevista fid-Direttiva [ ], partikolarment dawk fl-Artikolu minn 56 sa 64 tad-Direttiva [ ]. Meta jkun hemm għajnuna mill-Istat, il-Bord jista' jiddeċiedi biss wara li l-Kummissjoni tkun ħadet għandu jaġixxi f’konformità ma’ deċiżjoni fuq dik l-għajnuna mill-Istat meħuda mill-Kummissjoni. Madankollu, in-nuqqas ta’ din l-Għajnuna mill-Istat m’għandhiex tostakola jew iddewwem azzjoni fil-pront ta’ riżoluzzjoni bbażata fuq id-deċiżjoni tal-Bord.

Is-superviżur biss għandu jkun responsabbli biex jiddetermina jekk bank huwiex ‘qed ifalli jew x’aktarx li jfalli’ biex jalloka b’mod ċar ir-responsabbiltà fl-interess ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni fil-pront u effiċjenti. Il-valutazzjoni superviżorja għandu jkun prerekwiżit meħtieġ biex tidħol ir-riżoluzzjoni. Fl-MSU, il-BĊE b’hekk għandu jkun l-unika awtorità kompetenti biex tiddeċiedi jekk istituzzjoni taħt is-superviżjoni diretta tiegħu hijiex qed tfalli jew x’aktarx ser tfalli, filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandu jkollhom din il-kompetenza fir-rigward tal-istituzzjonijiet li qed jissorveljaw.

Biex jiġi żgurat li hemm il-verifiki u l-kontroverifiki xierqa, il-Bord u l-Kummissjoni għandhom ikunu f’qagħda li jitolbu valutazzjoni mis-supervizur (il-BĊE jew awtorità nazzjonali kompetenti) fi kwalunkwe ħin jekk bank qed ifalli jew li x’aktarx ifalli. Dan jipprevjeni inattività superviżorja meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li jkun meħtieġ li taġixxi.

Huwa kruċjali li azzjoni ta’ riżoluzzjoni tista’ tittieħed fil-pront. Għalhekk, deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat ma għandhomx itellfu jew idewmu azzjoni ta’ riżoluzzjoni. Il-paragrafu ġdid propost 16(5)(d) għandu l-għan li jiġi żgurat li l-Kummissjoni għandha fil-pussess tagħha l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluża valutazzjoni mill-BĊE jew awtorità kompetenti nazzjonali dwar bank li qed ifalli jew jew x’aktarx ifalli.

Emenda 7

Artikolu 17 Valwazzjoni

‘…

4.   L-objettiv tal-valwazzjoni jkun li tivvaluta l-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità msemmija fl-Artikolu 2 li qed tfalli jew x'aktarx tfalli.

6.   Fejn applikabbli, il-valwazzjoni tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenzjali, inklużi r-rati ta' inadempjenza u l-gravità tat-telf. Il-valwazzjoni ma tassumi l-ebda għoti potenzjali fil-futur ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja lill-entità msemmija fl-Artikolu 2 hekk malli tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni jew jiġu eżerċitati s-setgħat tat-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni tal-istrumenti tal-kapital. Aktar minn hekk, il-valwazzjoni tqis li jekk tiġi applikata kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni:

(a)

il-Bord jista' jirkupra kwalunkwe spiża raġonevoli imġarrba kif xieraq mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(b)

il-Fond jista' jimponi imgħax jew tariffi fir-rigward ta' kwalunkwe self jew garanziji mogħtija lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 71.

18.   Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 16 għandha:

(a)

tassumi li l-entità msemmija fl-Artikolu 2 taħt riżoluzzjoni li fir-rigward tagħha jkun sar trasferiment parzjali, tniżżil fil-valur jew konverżjoni, tkun daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza immedjatament qabel twettqet l-azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(b)

tassumi li t-trasferiment parzjali, jew it-trasferimenti ta' drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet jew it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni ma sarux.

(c)

ma tqis l-ebda għoti ta' għajnuna pubblika straordinarja lill-entità msemmija fl-Artikolu 2 taħt riżoluzzjoni.”

“…

4.   L-objettiv tal-valwazzjoni jkun li tivvaluta l-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità msemmija fl-Artikolu 2 li qed tfalli jew x'aktarx tfalli, mingħajr ma jitqies ebda impatt tal-appoġġ pubbliku straordinarju u tal-appoġġ ipprovdut mill-Fond.

6.   Fejn applikabbli, il-valwazzjoni tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenzjali, inklużi r-rati ta' inadempjenza u l-gravità tat-telf. Il-valwazzjoni ma tassumi l-ebda m’għandhiex tqis kwalunkwe għoti attwali jew potenzjali fil-futur ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja lill-entità msemmija fl-Artikolu 2, u m’għandha tassumi l-ebda appoġġ pprovdut mill-Fond dwar azzjoni ta’ riżoluzzjoni. hekk malli tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni jew jiġu eżerċitati s-setgħat tat-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni tal-istrumenti tal-kapital Aktar minn hekk, il-valwazzjoni tqis li jekk tiġi applikata kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni:

(a)

il-Bord jista' jirkupra kwalunkwe spiża raġonevoli imġarrba kif xieraq mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(b)

il-Fond jista' jimponi imgħax jew tariffi fir-rigward ta' kwalunkwe self jew garanziji mogħtija lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 71.

18.   Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 16 għandha:

(a)

tassumi li l-entità msemmija fl-Artikolu 2 taħt riżoluzzjoni li fir-rigward tagħha jkun sar trasferiment parzjali, tniżżil fil-valur jew konverżjoni, tkun daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza immedjatament qabel twettqet l-azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(b)

tassumi li t-trasferiment parzjali, jew it-trasferimenti ta' drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet jew it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni ma sarux.

(c)

ma tqis l-ebda għoti attwali jew potenzjali ta' għajnuna pubblika straordinarja lill-entità msemmija fl-Artikolu 2 taħt riżoluzzjoni.’

Spjegazzjoni

Huwa importanti li l-valutazzjoni tiddetermina l-valur tal-assi u l-passiv billi ma jitqisux kwalunkwe appoġġ pubbliku straordinarju preżenti u fil-futur kif ukoll kwalunkwe miżura ta’ appoġġ mill-fond ta’ riżoluzzjoni. Ir-raġuni sottostanti hija li appoġġ bħal dak jingħata minħabba l-interess pubbliku li hemm fin-nofs (partikolarment għall-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja) u mhux biex direttament jew indirettament jibbenefikaw l-azzjonisti u l-kredituri. Għaldaqstant, id-determinazzjoni tal-valur ġust teħtieġ li jitneħħa kull effett ta’ dawn il-fatturi esterni.

Emenda 8

Artikolu 18 Tniżżil fil-valur u l-konverżjoni ta' strumenti ta' kapital

‘1.   Il-BĊE, awtorità kompetenti jew awtorità ta’ riżoluzzjoni, kif maħtura minn Stat Membru skont l-Artikoli 51(1)(ba) u (bb), u 54 tad-Direttiva [ ], għandha tinforma lill-Bord meta tivvaluta li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 jew grupp stabbilit fi Stat Membru parteċipanti:

(a)

l-entità mhux se tibqa' vijabbli sakemm l-istrumenti ta' kapital ma jitniżżlilhomx il-valur jew jiġu konvertiti f'ekwità;

(b)

hija meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja għall-entità jew il-grupp, ħlief fi kwalunkwe ċirkustanza stipulata fil-punt (d)(iii) tal-Artikolu 16(3).

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, entità msemmija fl-Artikolu 2 jew grupp għandhom jitqiesu li mhumiex aktar vijabbli fil-każ biss li jintlaħqu dawn iż-żewġ kundizzjonijiet:

(a)

l-entità jew il-grupp qed ifalli jew x'aktarx li jfalli;

(b)

filwaqt li jiġi kunsidrat iż-żmien u ċirkustanzi rilevanti oħra, ma hemmx prospett raġonevoli li kwalunkwe azzjoni, inkluża azzjoni minn settur privat alternattiv jew ta' superviżjoni (inklużi miżuri ta' intervent bikri) apparti t-tnaqqis fil-valur jew il-konverżjoni tal-istrumenti kapitali, kemm weħidhom jew flimkien ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni, jistgħu jimpedixxu l-falliment tal-entità jew il-grupp f'qafas ta' żmien raġonevoli.

3.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, dik l-entità għandha titqies li qed tfalli jew probabbli tfalli fejn ikun hemm waħda jew aktar miċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 16(3).

4.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2, grupp għandu jitqies li qed ifalli jew x'aktarx ifalli meta l-grupp ikun qed jikser jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu deteminazzjoni li dak il-grupp se jkun qed jikser, fil-futur qrib, ir-rekwiżiti prudenzjali konsolidati tiegħu b'mod li jkun jiġġustifika azzjoni mill-awtorità kompetenti inkluż, iżda mhux biss, minħabba li l-grupp ikun ġarrab jew x'aktarx iġarrab telf li jiekol il-fondi proprji kollha jew ammont sinifikanti minnhom.

5.   Il-Kummissjoni, b'rakkomandazzjoni tal-Bord jew b'inizjattiva tagħha stess, tivverifika li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma ssodifati. Il-Kummissjoni tiddetermina jekk is-setgħat ta' tniżżil fil-valur u ta' konverżjoni tal-istrumenti ta' kapital għandhomx jiġu eżerċitati weħidhom jew skont il-proċedura fl-Artikolu 16 minn (4) sa (7), flimkien ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni.

6.   Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma ssodisfati, iżda l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 16(2) mhumiex issodisfati, il-Bord, wara deċiżjoni tal-Kummissjoni, jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni biex jeżerċitaw is-setgħat tat-tniżżil fil-valur jew ta’ konverżjoni skont l-Artikoli 51 u 52 tad-Direttiva [ ].

…’

‘1.   Il-BĊE, L-awtorità kompetenti jew awtorità ta’ riżoluzzjoni, kif maħtura minn Stat Membru skont l-Artikoli 51(1)(ba) u (bb), u 54 tad-Direttiva [ ], għandha tinforma lill-Bord meta tivvaluta li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 jew grupp stabbilit fi Stat Membru parteċipanti:

(a)

l-entità mhux se tibqa' vijabbli sakemm l-istrumenti ta' kapital ma jitniżżlilhomx il-valur jew jiġu konvertiti f'ekwità;

(b)

hija meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja għall-entità jew il-grupp, ħlief fi kwalunkwe ċirkustanza stipulata fil-punt (d)(iii) tal-Artikolu 16(3).

Il-Bord għandu jkollu d-dritt jitlob valutazzjoni bħal din.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, entità msemmija fl-Artikolu 2 jew grupp għandhom jitqiesu li mhumiex aktar vijabbli fil-każ biss li jintlaħqu dawn iż-żewġ kundizzjonijiet:

(a)

l-entità jew il-grupp qed ifalli jew x'aktarx li jfalli;

(b)

filwaqt li jiġi kunsidrat iż-żmien u ċirkustanzi rilevanti oħra, ma hemmx prospett raġonevoli li kwalunkwe azzjoni, inkluża azzjoni minn settur privat alternattiv jew ta' superviżjoni (inklużi miżuri ta' intervent bikri) apparti t-tnaqqis fil-valur jew il-konverżjoni tal-istrumenti kapitali, kemm weħidhom jew flimkien ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni, jistgħu jimpedixxu l-falliment tal-entità jew il-grupp f'qafas ta' żmien raġonevoli.

3.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, dik l-entità għandha titqies li qed tfalli jew probabbli tfalli fejn ikun hemm waħda jew aktar miċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 16(3).

4.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2, grupp għandu jitqies li qed ifalli jew x'aktarx ifalli meta l-grupp ikun qed jikser jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu deteminazzjoni li dak il-grupp se jkun qed jikser, fil-futur qrib, ir-rekwiżiti prudenzjali konsolidati tiegħu b'mod li jkun jiġġustifika azzjoni mill-awtorità kompetenti inkluż, iżda mhux biss, minħabba li l-grupp ikun ġarrab jew x'aktarx iġarrab telf li jiekol il-fondi proprji kollha jew ammont sinifikanti minnhom.

5.   Il-Kummissjoni, b'rakkomandazzjoni tal-Bord u fuq il-bażi tal-valutazzjoni jew b'inizjattiva tagħha stess, tivverifika li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, huma ssodifati. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk is-setgħat ta' tniżżil fil-valur u ta' konverżjoni tal-istrumenti ta' kapital għandhomx jiġu eżerċitati weħidhom jew skont il-proċedura fl-Artikolu 16 minn (4) sa (7), flimkien ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni.

6.   Fejn il-Kummissjoni, skont valutazzjoni magħmula mill-awtorità kompetenti tiddetermina li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma ssodisfati, iżda l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 16(2) mhumiex issodisfati, il-Bord, wara deċiżjoni tal-Kummissjoni, jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni biex jeżerċitaw is-setgħat tat-tniżżil fil-valur jew ta’ konverżjoni skont l-Artikoli 51 u 52 tad-Direttiva [ ].

…’

Is-superviżur jinsab fl-aħjar pożizzjoni biex jivvaluta jekk entità għadhiex vijabbli mingħajr tnaqqis fil-valur kapitali jew konverżjoni, jew jekk hemmx il-ħtieġa ta’ appoġġ pubbliku straordinarju. Ir-regolament propost jirrikonoxxi li l-‘BĊE, bħala s-superviżur fl-MSU, huwa fl-aqwa pożizzjoni biex jevalwa jekk istituzzjoni ta’ kreditu hijiex qed tfalli jew probabbli tfalli u jekk ma hemm l-ebda prospett raġonevoli li azzjoni alternattiva mis-settur privat jew superviżorja tkun tista' tevita li din tfalli fi żmien raġonevoli’. Ir-regolament għandu jalloka b’mod ċar ir-responsabbiltà għal din il-valutazzjoni lis-superviżur, u din il-valutazzjoni superviżorja għandha tkun prerekwiżit meħtieġ għal tnaqqis fil-valur jew konverżjoni ta’ istrumenti kapitali. Dan jikkonforma b’mod partikolari mal-Artikolu 51 tal-BRRD li ġejja, li tħalli l-valutazzjoni f’idejn l-‘awtorità xierqa’. Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, dan huwa s-superviżur, jiġifieri l-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-valur jew konverżjoni jistgħu jiġru barra r-riżoluzzjoni (ara l-Artikolu 18(6)) u għaldaqstant kompletament fl-‘isfera superviżorja’.

Billi jattribwixxi d-dritt biex tintalab valutazzjoni superviżorja lill-Bord, jidher ċar li l-Bord dejjem jista’ jibda valutazzjoni bħal din. Dan għandu jipprevjeni inattività superviżorja meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li jkun meħtieġ li taġixxi.

Emenda 9

Artikolu 24 Għadda ta' rikapitalizzazzjoni interna

‘1.   L-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tista’ tiġi applikata għal kwalunkwe minn dawn l-iskopijiet:

(a)

biex tiġi rikapitalizzata entità msemmija fl-Artikolu 2 li tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni sal-punt suffiċjenti biex tiġi restawrata l-kapaċità tagħha li tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u li twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2004/39/KE;

(b)

tiġi konvertita l-ekwità jew jitnaqqas l-ammont kapitali tal-pretensjonijiet jew l-istrumenti ta' dejn li huma ttrasferiti lill-istituzzjoni tranżitorja bil-għan li jiġi pprovdut kapital għal dik l-istituzzjoni tranżitorja.

‘1.   L-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tista’ tiġi applikata għal kwalunkwe minn dawn l-iskopijiet:

(a)

biex tiġi rikapitalizzata entità msemmija fl-Artikolu 2 li tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni sal-punt suffiċjenti biex tiġi restawrata l-kapaċità tagħha li tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u li twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2004/39/KE;

(b)

tiġi konvertita l-ekwità jew jitnaqqas l-ammont kapitali tal-pretensjonijiet jew l-istrumenti ta' dejn li huma ttrasferiti lill-istituzzjoni tranżitorja bil-għan li jiġi pprovdut kapital għal dik l-istituzzjoni tranżitorja.

(c)

biex tikkonverti ekwità jew tnaqqas l-ammont prinċipali ta’ kejms jew strumenti ta’ debitu li huma ttrasferiti taħt il-bejgħ tal-għodda ta’ negozju jew l-għodda tas-separazzjoni tal-assi.’

Spjegazzjoni

L-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni tista’ tiġi kkombinata ma kull għodda ta’ riżoluzzjoni oħra. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, jekk tissemma l-għodda ta’ bank tranżitorju, l-għodda tal-bejgħ tan-negozju u tas-separazzjoni tal-assi għandha tissemma wkoll. Dan jallinja ruħu mal-kliem tat-test ta’ kompromess tal-Kunsill. Il-kliem għandu jiġi adattat għall-kliem finali użat fil-BRRD li ġejja.

Emenda 10

Artikolu 27(2) Obbligu ta' kooperazzjoni

“2.   Fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-Bord, il-Kummissjoni, il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jikkooperaw mill-qrib. Il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jipprovdu lill-Bord u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.”

“2.   Fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-Bord, il-Kummissjoni, il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jikkooperaw mill-qrib. Huma għandhom Il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jipprovdu lil xulxin Bord u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta għandha l-għan li tenfasizza li r-regolament propost ma jagħtix kompiti u responsabbiltajiet ġodda lill-BĊE. B’mod partikolari, huwa importanti li ssir referenza għal “awtoritajiet kompetenti”, li għandhom jinkludu l-BĊE meta jkun qed jeżerċita l-mandat superviżorju tiegħu. Huwa importanti li jiġi nnutat li l-BĊE m’għandux dmir li jaqsam l-informazzjoni rigward l-operazzjonijiet ta’ politika monetarja tiegħu. L-emenda tipproponi wkoll li l-obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha meħteġa jkun tal-partijiet kollha involuti f’riżoluzzjoni.

Emenda 11

Artikolu 27(3) Obbligu ta' kooperazzjoni

“3.   Fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-Bord, il-Kummissjoni, il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jikkooperaw mill-qrib fl-ippjanar tar-riżoluzzjoni, l-intervent bikri u l-fażijiet tar-riżoluzzjoni skont l-Artikoli minn 7 sa 26. Il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jipprovdu lill-Bord u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.”

‘3.   Fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-Bord, il-Kummissjoni, il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jikkooperaw mill-qrib fl-ippjanar tar-riżoluzzjoni, l-intervent bikri u l-fażijiet tar-riżoluzzjoni skont l-Artikoli minn 7 sa 26. Huma għandhom Il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jipprovdu lil xulxin lill-Bord u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.’

Spjegazzjoni

Ara l-Emenda 10 dwar l-Artikolu 27(2) tar-regolament propost. L-emenda tipproponi li l-obbligu biex tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha meħtieġa jkun tal-partijiet kollha involuti fl-ippjanar ta’ riżoluzzjoni, intervent bikri u fażijiet ta’ riżoluzzjoni..

Emenda 12

Artikolu 27(4) Obbligu ta' kooperazzjoni

‘4.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, meta l-BĊE jistieden rappreżentant tal-Bord biex jipparteċipa fil-Bord ta' Superviżjoni tal-BĊE stabbilit skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru [ ], il-Bord jaħtar rappreżentant.

‘4.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, meta l-BĊE jistieden rappreżentant tal-Bord biex jipparteċipa bħala osservatur fil-Bord ta' Superviżjoni tal-BĊE stabbilit skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, il-Bord jaħtar rappreżentant.’

Spjegazzjoni

Tkun f’lokha referenza espliċita għall-istatus ta’ osservatur sabiex tiġi żgurata ċarezza sħiħa fuq ir-rwol rappreżentattiv tal-Bord fil-Bord Superviżorju tal-BĊE.

Emenda 13

Artikolu 27(8)(ġdid)

L-ebda test

8.   Il-Bord għandu jikkonsulta lill-awtorità kompetenti kull darba li tintbagħat skema ta’ riżoluzzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tirrispondi malli dan ikun raġonevolment prattiku u r-risposta tagħha lill-Bord għandha tkun kunfidenzjali. Meta l-Bord jikkunsidra li r-risposta ma ġietx irċevuta fi żmien raġonevoli, għandu jipproċedi bl-adozzjoni tad-deċiżjoni finali sabiex jiġi evitat kull dewmien żejjed.’

Spjegazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-kunsiderazzjonijiet ta’ stabbiltà finanzjarja jiġu ssalvagwardati kif jixraq, il-BĊE jew l-awtorità kompetenti nazzjonali, fil-kapaċità tiegħu bħala superviżur, għandu jkun f’qagħda li jesprimi l-veduti tiegħu fuq l-iskemi ta’ riżoluzzjoni ppreżentati/proposti..

Emenda 14

Artikolu 34 Spezzjonijiet fuq il-post

‘1.   Għall-fini tal-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7, 8, 11, 16 u 17, u soġġett għal kundizzjonijiet oħra stipulati fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, il-Bord jista’, soġġett għal notifika minn qabel lill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni konċernati, iwettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fuq il-post fil-bini tal-operat tal-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 32(1). Meta t-twettiq u l-effiċjenza xierqa tal-ispezzjonijiet ikunu jeħtieġu hekk, il-Bord jista’ jwettaq spezzjonijiet fuq il-post mingħajr avviż minn qabel lil dawk il-persuni ġuridiċi.

‘1.   Għall-fini tal-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7, 8, 11, 16 u 17, u soġġett għal kundizzjonijiet oħra stipulati fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, il-Bord jista’, soġġett għal notifika minn qabel lill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti konċernati, iwettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fuq il-post fil-bini tal-operat tal-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 32(1). Barra minn dan, qabel ma jwettaq il-kompiti msemmijin fl-Artikolu 11, il-Bord għandu jikkonsulta lill-awtorità kompetenti. Meta t-twettiq u l-effiċjenza xierqa tal-ispezzjonijiet ikunu jeħtieġu hekk, il-Bord jista’ jwettaq spezzjonijiet fuq il-post mingħajr avviż minn qabel lil dawk il-persuni ġuridiċi.

Spjegazzjoni

Huwa importanti li s-superviżur jiġi informat dwar kwalunkwe spezzjoni fil-post.

Emenda 15

Artikolu 39 Kompożizzjoni

‘Komposizzjoni

1.   Il-Bord ikun kompost minn:

(a)

id-Direttur Eżekuttiv;

(b)

il-Viċi Direttur Eżekuttiv;

(c)

membru maħtur mill-Kummissjoni;

(d)

membru maħtur mill-BĊE;

(e)

membru maħtur minn kull Stat Membru parteċipati, li jirrappreżenta l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni.

2.   It-terminu ta' uffiċċju tad-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv u tal-membri tal-Bord maħtura mill-Kummissjoni u l-BĊE ikun ta' ħames snin. Suġġett għall-Artikolu 53(6), dak it-terminu ma jkunx jiġġedded.

3.   L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Bord tkun magħmula minn:

(a)

sessjoni plenarja tal-Bord, li teżerċita l-kompiti stipulati fl-Artikolu 47

(b)

sessjoni eżekuttiva tal-Bord, li teżerċita l-kompiti stipulati fl-Artikolu 51

(c)

Direttur Eżekuttiv, li jeżerċita l-kompiti stipulati fl-Artikolu 53.’

‘Komposizzjoni

1.   Il-Bord ikun kompost minn:

(a)

id-Direttur Eżekuttiv;

(b)

il-Viċi Direttur Eżekuttiv;

(c)

membru maħtur mill-Kummissjoni;

(d)

membru maħtur mill-BĊE;

(e)

membru maħtur minn kull Stat Membru partecipati, li jirrapprezenta l-awtorità nazzjonali ta' rizoluzzjoni. Jekk il-bank ċentrali nazzjonali mhuwiex l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, jiġi mistieden biex jakkumpanja lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali bħala osservatur.

2.   Għandu jiġi rriżervat post permanenti għal osservatur maħtur mill-BĊE fil-Bord għal sessjonijiet kemm plenarji u eżekuttivi.

3.   It-terminu ta' uffiċċju tad-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv u tal-membri tal-Bord maħtura mill-Kummissjoni u l-BĊE jkun ta' ħames snin. Suġġett għall-Artikolu 53(6), dak it-terminu ma jkunx jiġġedded.

4.   L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Bord tkun magħmula minn:

(a)

sessjoni plenarja tal-Bord, li teżerċita l-kompiti stipulati fl-Artikolu 47

(b)

sessjoni eżekuttiva tal-Bord, li teżerċita l-kompiti stipulati fl-Artikolu 51

(c)

Direttur Eżekuttiv, li jeżerċita l-kompiti stipulati fl-Artikolu 53.’

Sabiex tiġi riflessa aħjar id-differenza bejn ir-rwol tal-BĊE bis-saħħa tar-Regolament MSU, u r-rwol tiegħu bħala parteċipant fil-Bord ta’ Riżoluzzjoni bis-saħħa tar-regolament propost, u biex evitat kunflitt ta’ interessi potenzjali għall-membri appuntati mill-BĊE, il-BĊE jirrakkomanda li dan il-membru jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord ta’ Riżoluzzjoni bħala osservatur.

Fir-rigward tar-rwol importanti u l-kompetenza teknika li għandhom il-banek ċentrali fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja u r-responsabbiltajiet makroprudenzjali tagħhom, il-banek ċentrali nazzjonali – li ma jaġixxux bħala awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni taħt id-dritt nazzjonali - għandu jkollhom id-dritt li jattendu l-laqgħat tal-Bord bħala osservatur. Barra minn hekk, għandhom ikunu involuti fil-valutazzjoni tal-impatt sistemiku ta’ kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni.

Emenda 16

Artikolu 45 Parteċipazzjoni f’sessjonijiet plenarji

‘Il-Membri kollha tal-Bord jieħdu sehem fis-sessjonijiet plenarji tiegħu.’

‘Il-Membri kollha tal-Bord u l-osservatur permanenti maħtur mill-BĊE għandhom jieħdu sehem fis-sessjonijiet plenarji tiegħu, sakemm ma jiġux debitament skużati.

Għandu jkun ċar li assenza ta’ membru ma tipprekludix il-kostituzzjoni/it-twaqqif ta’ laqgħa jew votazzjoni valida, bla ħsara għal regoli futuri tal-proċedura, li, bis-saħħa tal-Artikolu 48(3), jistgħu jistabbilixxu regoli dwar il-quorums.

Sabiex tiġi riflessa aħjar id-differenza bejn ir-rwol tal-BĊE bis-saħħa tar-Regolament MSU, u r-rwol tiegħu bħala parteċipant fil-Bord ta’ Riżoluzzjoni bis-saħħa tar-regolament propost, u biex evitat kunflitt ta’ interessi potenzjali għall-membru appuntat mill-BĊE, il-BĊE jirrakkomanda li dan il-membru jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord ta’ Riżoluzzjoni bħala osservatur.

Emenda 17

Artikolu 50(4) Kompiti u l-Artikolu 51(4) Teħid ta’ deċiżjonijiet

Artikolu 50(4). ‘4. Il-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jiltaqa’ b'inizjattiva tad-Direttur Eżekuttiv jew fuq talba tal-membri tiegħu.

Artikolu 50(4). ‘4. Il-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jiltaqa’ b'inizjattiva tad-Direttur Eżekuttiv jew fuq talba tal-membri tiegħu jew l-osservatur permanenti maħtur mill-BĊE.’

Artikolu 51(4). ‘4. Il-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jadotta u jagħmel pubbliċi r-regoli ta’ proċedura għas-sessjonijiet eżekuttiv tiegħu. Il-laqgħat tal-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu jitlaqqgħu mid-Direttur Eżekuttiv bl-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ żewġ membri, u jkun ippresedut mid-Direttur Eżekuttiv. Il-Bord jista’ jistieden osservaturi biex jattendu s-sessjonijiet eżekuttivi tiegħu fuq bażi ad hoc.

Artikolu 51(4). ‘4. Il-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jadotta u jagħmel pubbliċi r-regoli ta’ proċedura għas-sessjonijiet eżekuttiv tiegħu. Il-laqgħat tal-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu jitlaqqgħu mid-Direttur Eżekuttiv bl-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ żewġ membri kwalunkwe membru tiegħu, u l-osservatur permanenti maħtur mill-BĊE, u jkun ippresedut mid-Direttur Eżekuttiv. Il-Bord jista’ jistieden osservaturi oħrajn biex jattendu s-sessjonijiet eżekuttivi tiegħu fuq bażi ad hoc.’

Spjegazzjoni

Dawn iż-żewġ paragrafi ma jidhrux li huma allinjati għal kollox, peress li l-Artikolu 50(4) jissuġġerixxi li kwalunkwe membru jista’ jibda laqgħa tal-Bord Eżekuttiv. Jekk għandu jinżamm quorum ta’ żewġ membri biex tibda laqgħa bħal dik, il-BĊE għandu jingħata dritt speċjali biex jibda laqgħa tal-Bord Eżekuttiv. Is-superviżur jista’ jara bżonn ċar għal laqgħa bħal dik, partikolarment wara l-valutazzjoni li istituzzjoni qed tfalli jew x’aktarx tfalli, u tal-inqas għandu jkun jista’ jibda diskussjoni dwar dan il-każ.

Emenda 18

Artikolu 52(7) Ħatra u kompiti

‘7.   Direttur Eżekuttiv jew Viċi Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu ikun ġie estiż ma għandux jipparteċipa fi proċedura ta’ għażla oħra għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu globali.

‘7.   Direttur Eżekuttiv jew Viċi Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu ikun ġie estiż ma għandux jipparteċipa fi proċedura ta’ għażla oħra għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu globali.’

Spjegazzjoni

Ma jidhirx li din il-klawżola hija xierqa fir-rigward tad-Direttur Eżekuttiv għaliex ma hemm l-ebda eċċezzjoni antiċipata meta l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv jista’ jiġi estiż (b’kuntrast ma’ dispożizzjonijiet għal Deputat Direttur Eżekuttiv fl-Artikolu 52(6)).

Emenda 19

Artikolu 65(1) Livell immirat ta’ fondi

‘1.   F'perjodu mhux itwal minn 10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Fond, jilħqu mill-inqas 1 % tal-ammont tad-depożiti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha awtorizzati fl-Istati Mebri parteċipanti li huma ggarantiti skont id-Direttiva 94/19/KE.’

‘1.   F'perjodu mhux itwal minn 10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Fond, jilħqu mill-inqas 1 % tal-ammont tad-depożiti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha awtorizzati fl-Istati Mebri parteċipanti li huma ggarantiti skont id-Direttiva 94/19/KE. Barra dan il-livell ta' finanzjament fil-mira, il-Bord ta' Riżoluzzjoni għandu jiddeċiedi fuq valur ta' referenza adegwat fir-rigward ta' passiv totali li għandu jintlaħaq f'perijodu ta' għaxar snin.’

Spjegazzjoni

Il-BĊE huwa tal-fehma li depożiti koperti mhumiex l-iktar punt ta’ referenza xieraq għal-livell ta’ finanzjament fil-mira tal-FURB, peress li ma jirriflettux għal kollox spejjeż ta’ finanzjament possibbli f’riżoluzzjoni. Depożiti koperti jistgħu jibqgħu stabbli, filwaqt li l-passiv globali jiżdied konsiderevolment, jew jista’ jiżdied meta l-passiv globali jibqa’ stabbli. Fiż-żewġ każijiet, l-espożizzjoni potenzjali tal-fond ta’ riżoluzzjoni ma tkunx riflessa b’mod adegwat. Il-fatt li depożiti koperti huma diġà assigurati permezz ta’ DGS għandu jkun kkunsidrat ukoll, billi d-DGS tista’ tikkontribwixxi għal finanzjament ta’ riżoluzzjoni. Dan il-punt ta’ referenza għandu jiġi kkumplementat b’valur ta’ referenza fir-rigward tal-passiv totali, li għandu jkun kkalibrat b’mod adegwat mill-Bord ta’ Riżoluzzjoni, filwaqt li jinżamm l-1% tad-depożiti koperti bħala limitu.

Emenda 20

Artikolu 69(1) Mezzi alternattivi ta’ finanzjament

‘1.   Il-Bord jista’ jikkuntratta għas-self tal-Fond jew forom oħra ta’ sostenn min istituzzjonijiet finanzjarji jew partijiet terzi oħra, fil-każ li l-ammonti miġbura skont l-Artikoli 66 u 67 mhumiex immedjatament aċċessibbli jew suffiċjenti biex ikopru l-ispejjeż imġarrba mill-użu tal-Fond.

‘1.   Il-Bord jista’ jikkuntratta għas-self tal-Fond jew forom oħra ta’ sostenn min istituzzjonijiet finanzjarji jew partijiet terzi oħra, fil-każ li l-ammonti miġbura skont l-Artikoli 66 u 67 mhumiex immedjatament aċċessibbli jew suffiċjenti biex ikopru l-ispejjeż imġarrba mill-użu tal-Fond. Dan is-self jew forom oħrajn ta’ appoġġ finanzjarju jkollhom jiġu rkuprati kollha fil-każ li dawn il-miżuri jkollhom jiġu attivati.’

Spjegazzjoni

Aċċess temporanju għal riżorsi fiskali jkun element essenzjali tal-arranġamenti ta’ kontinġenza tal-MUR għaliex sorsi privati ta’ finanzjament jistgħu temporanjament jinxfu jekk hemm taqlib kbir fis-suq finanzjarju.

Emenda 21

Artikolu 83 Reviżjoni

‘1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2016, u sussegwentement kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’enfasi speċjali fuq il-monitoraġġ l-impatt potenzjali fuq il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

Dan ir-rapport jivvaluta:

(d)

l-interazzjoni bejn il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti u l-effetti ta’ MUR fuq dawn l-Istati Membri.

‘1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2016, u sussegwentement kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’enfasi speċjali fuq il-monitoraġġ l-impatt potenzjali fuq il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(d)

l-interazzjoni bejn il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti u l-effetti ta’ MUR fuq dawn l-Istati Membri.

(e)

l-applikazzjoni b’analoġija tal-kriterji stabbiliti taħt l-Artikolu 107 tat-TFUE meta l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni kif propost mill-Bord tinvolvi l-użu tal-Fond.

Spjegazzjoni

B’ħarsa ’il quddiem, jista’ jkun hemm il-ħtieġa ta’ iktar analiżi fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet dwar għajnuna mill-Istat b’analoġija u fir-rigward tal-interazzjoni bejn kunsiderazzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat u kunsiderazzjoni dwar l-istabbiltà finanzjarja fil-kuntest ta’ riżoluzzjoni.

Emenda 22

Artikolu 88 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh fl-ghoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tieghu f’Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli minn 7 sa 23 u l-Artikoli minn 25 sa 38 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015.

L-Artikolu 24 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.’

Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh fl-ghoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tieghu f’Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli minn 7 sa 23 u l-Artikoli minn 25 sa 38 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015.

L-Artikolu 24 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.’

Jekk l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni fir-regolament propost tgħodd biss mill-1 ta’ Jannar 2018, ser ikun hemm inċertezza dwar jekk dejn mhux garantit prijoritarju jistax jiġi rikapitalizzat billi l-Istati Membri ser ikunu ħielsa li jiddeċiedu jekk għandhomx jantiċipaw l-introduzzjoni ta’ qafas ta’ rikapitalizzazzjoni fil-liġijiet nazzjonali tagħhom.

Ir-rikapitalizzazzjoni hija kkunsidrata diġà li hija pprezzata fil-biċċa l-kbira, għalhekk l-impatt fuq il-finanzjament huwa mistenni li jkun marġinali. Barra minn hekk, meta tkun fis-seħħ l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni din tikkontribwixxi għaċ-ċertezza legali, il-konsistenza u l-previdibbiltà, biex b’hekk jiġu evitati soluzzjonijiet ad hoc. Fid-dawk ta’ dan, il-BĊE jappoġġa implimentazzjoni iktar bikrija tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni. Barra minn hekk, implimentazzjoni iktar bikrija jkun ifisser li l-MUR ikollu iktar għodod u poteri għad-dispożizzjoni tiegħu meta jassumi r-responsabbiltajiet ta’ riżoluzzjoni. Implimentazzjoni iktar bikrija ttaffi wkoll il-pressjonijiet ta’ finanzjament potenzjali fuq il-Fond filwaqt li jakkumula riżorsi finanzjarji.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.


Top