EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013O0024

2014/3/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 25 ta’ Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (riformulazzjoni) (BĊE/2013/24)

OJ L 2, 7.1.2014, p. 34–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2014/3/oj

7.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 2/34


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ Lulju 2013

dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali

(riformulazzjoni)

(BĊE/2013/24)

(2014/3/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5.1 u 5.2, l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2002/7 tal-21 ta’ Novembru 2002 dwar ir-rappurtar tal-istatistika meħtieġ mill-BĊE fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji għal kull trimestru trimestrutrimestrali (1) ġiet emendata bosta drabi b’mod sinifikanti. Billi għandhom isiru emendi ulterjuri, għandha tiġi fformulata mill-ġdid għall-finijiet ta’ ċarezza.

(2)

Biex twettaq il-kompiti tagħha, is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) teħtieġ kontijiet finanzjarji trimestrali komprensivi u affidabbli skont is-settur istituzzjonali, li jinkludu kemm is-settijiet ta’ dejta nazzjonali kif ukoll l-aggregati taż-żona tal-euro.

(3)

Parti mill-informazzjoni meħtieġa sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti statistiċi tas-SEBĊ fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali għaż-żona tal-euro hija kkumpilata minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħrajn apparti l-banek ċentrali nazzjonali (BĊN). L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (2) jobbliga lill-Istati Membri sabiex jorganizzaw ruħhom fil-qasam tal-istatistika u jikkoperaw bis-sħiħ mas-SEBĊ sabiex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(4)

Għal raġunijiet ta’ konsistenza, ir-rekwiżiti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards tal-istatistika tal-Unjoni stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (3) (minn hawn ‘il quddiem l-“ESA 2010”).

(5)

Dejta supplimentari tal-kontijiet finanzjarji nazzjonali trimestrali għandhom jiġu pprovduti b’puntwalità suffiċjenti sabiex jippermettu l-kumpilazzjoni ta’ sett integrat ta’ kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji trimestrali taż-żona tal-euro li jkun xieraq għall-finijiet tal-politika monetarja.

(6)

Barra minn hekk, il-kontijiet finanzjarji nazzjonali trimestrali qegħdin jintużaw dejjem aktar għal skopijiet oħrajn, li jinkludu l-analiżi makroprudenzjali u l-immonitorjar ta’ żbilanċi eċċessivi. Dawn l-attivitajiet, kif ukoll attivitajiet oħra fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali u r-riċerka, se jiġu ffaċilitati permezz tal-pubblikazzjoni mill-BĊE tal-aggregati relevanti taż-żona tal-euro kkumpilati fuq il-bażi ta’ din il-Linja Gwida u d-dejta nazzjonali miġbura f’dan ir-rigward.

(7)

Sabiex jinftehmu aħjar l-interkonnessjonijiet bejn is-setturi istituzzjonali, il-kontijiet finanzjarji nazzjonali trimestrali għandhom jinkludu informazzjoni tas-settur korrispondenti (imsejħa wkoll “informazzjoni mingħand min għal għand min (w-t-w)”) dwar assi u passiv finanzjarji.

(8)

Sabiex jinftiehem aħjar l-impatt tar-rivalutazzjonijiet fuq il-karti tal-bilanċ, is-sett sħiħ tad-dejta tal-kontijiet finanzjarji nazzjonali trimestrali għandu jinkludi wkoll rendikont tal-hekk imsejħa “flussi oħra” f’“rivalutazzjonijiet” u “bidliet oħrajn fil-volum”.

(9)

Il-BĊE, f’kooperazzjoni mal-BĊNi, se jkompli jtejjeb il-metodi u s-sorsi użati sabiex tinġabar dejta ta’ kontijiet finanzjarji nazzjonali trimestrali, bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tad-dejta, l-iskambju tal-aħjar prattiċi, u sabiex tinftiehem aħjar ir-relazzjoni bejn id-dejta trasmessa lill-BĊE skont id-diversi strumenti legali tal-BĊE.

(10)

L-evalwazzjoni tal-kwalità tal-kontijiet finanzjari trimestrali taż-żona tal-euro skont is-settur istituzzjonali għandha ssir skont il-Qafas ta’ Kwalità Statistika tal-BĊE (4). Il-BĊNi, b’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn, fejn xieraq, għandhom jevalwaw ukoll il-kwalità tad-dejta li huma jipprovdu lill-BĊE.

(11)

Skont l-Artikolu 3a tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 u l-Impenn pubbliku dwar l-Istatistika Ewropea mis-SEBĊ (5), l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea mis-SEBĊ huma rregolati mill-prinċipji ta’ imparzjalità, oġġettività, indipendenza professjonali, kost-effettività, kunfidenzjalità statistika, it-tnaqqis tal-piż tar-rapportar u produzzjoni ta’ kwalità għolja.

(12)

Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98, it-trażmissjoni ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali fi ħdan is-SEBĊ tista’ sseħħ sal-punt u fil-livell ta’ dettall neċessarju għall-eżerċitar tal-kompiti tas-SEBĊ msemmija fit-Trattat. Meta awtoritajiet kompetenti oħrajn minbarra l-BĊN ikunu s-sors ta’ tagħrif statistiku indikat bħala kunfidenzjali, dak it-tagħrif statistiku kunfidenzjali għandu jintuża mill-BĊE skont ir-Regolament (KE) Nru 2533/98.

(13)

Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura biex isiru emendi tekniċi għall-annessi ta’ din il-Linja Gwida b’mod effettiv, kemm-il darba dawn l-emendi la jbiddlu l-qafas kunċettwali sottostanti, u lanqas ma jaffettwaw il-piż tar-rapportar. Għandhom jitqiesu l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ meta tiġi segwita din il-proċedura. Il-BĊNi jistgħu jipproponu tali emendi tekniċi lill-annessi permezz tal-Kumitat tal-Istatistika,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida:

1.

“żona tal-euro” tfisser it-territorju tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro, il-BĊE u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;

2.

“Stat Membru fiż-żona tal-euro” tfisser Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;

3.

“dejta nazzjonali” tfisser dejta li tikkorrispondi għall-kaxxi kollha fit-Tabelli 1 sa 9 tal-Anness I;

4.

‘“dejta supplimentari” tfisser dejta li tikkorrispondi għall-kaxxi bl-iswed fit-Tabelli 1, 2, 4 u 5 tal-Anness I;

5.

“trimestru ta’ referenza” tfisser l-aħħar osservazzjoni trimestrali tas-serje tal-ħin li trid tiġi rrapportata.

Artikolu 2

Obbligi ta’ rapportar statistiku tal-BĊNi

1.   Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE id-dejta speċifikata fl-Anness I fuq bażi kalendarja trimestrali li tibda f’Settembru 2014. Id-dejta għandha tkun konformi mal-prinċipji u d-definizzjonijiet tal-ESA 2010.

2.   Ir-rekwiżiti tad-“dejta supplimentari” għandhom ikopru tranżazzjonijiet u stokks għall-perijodu mill-aħħar trimestru trimestrutal-2012 sat-trimestru trimestruta’ referenza. Tali dejta supplimentari għandha tiġi rrapportata fuq bażi tal-aħjar stima, u r-rekwiżiti tad-dejta supplimentari speċifikati fil-kolonni “H”, “H.1” u “H.2” tat-Tabelli 1, 2, 4 u 5 tal-Anness I (dejta supplimentari tirreferi għas-settur tal-gvern u s-subsetturi tiegħu) għandhom jiġu rrapportati fuq bażi volontarja.

3.   Ir-rekwiżiti tad-“dejta nazzjonali” speċifikati fit-Tabelli 1-5 tal-Anness I għandhom jinkludu:

(a)

tranżazzjonijiet, stokks u bidliet oħrajn fil-volum tad-dejta (tranżazzjonijiet u stokks biss għal-linja 33 tat-Tabella 2 “tranżazzjonijiet finanzjarji netti/valur finanzjarju nett”) għall-perijodu mill-aħħar trimestru tal-2012 sat-trimestru ta’ referenza; u

(b)

tranżazzjonijiet u dejta tal-istokks għall-perijodu mill-ewwel trimestru tal-1999 sat-tielet trimestru tal-2012. Tali dejta għandha tiġi rrapportata fuq bażi tal-aħjar stima, u r-rekwiżiti tad-dejta speċifikati fil-kolonni ‘J’ u ‘K’ tat-Tabelli 1 u 2 tal-Anness I (ir-rendikont ta’ unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet mingħajr profitt li jservu lil unitajiet domestiċi) għandhom jiġu rrapportati fuq bażi volontarja.

4.   Ir-rekwiżiti tad-“dejta nazzjonali” speċifikati fit-Tabelli 6 sa 9 tal-Anness I għandhom jinkludu tranżazzjonijiet, stokks u bidliet oħrajn fid-dejta tal-volumi għall-perijodu mill-aħħar trimestru tal-2013 sat-trimestru ta’ referenza.

5.   Is-setturi korrispondenti “taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi” u “residenti barra miż-żona tal-euro” speċifikati fir-ringieli 12-21 tat-Tabelli 3-9 tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati b’mod xieraq biex jirriflettu l-kompożizzjoni taż-żona tal-euro fid-data tar-rapportar. Dan l-aġġustament għandu jsir kull meta Stat Membru jadotta l-euro. Id-dejta għandha tiġi riveduta skont ir-rekwiżiti tad-dejta differenzjati kif speċifikat fil-paragrafi 3 u 4, fuq il-bażi tal-aħjar stima.

6.   B’eżenzjoni mill-paragrafi 1 sa 5, il-BĊNi mhumiex meħtieġa:

(a)

li jittrasmettu dejta dwar trimestri qabel l-ewwel trimestru tas-sena li fiha l-Istat Membru rilevanti daħal fl-Unjoni Ewropea;

(b)

li jittrasmettu d-dejta msemmija fil-paragrafu 3(b) qabel Settembru 2017;

(c)

li jittrasmettu d-dejta msemmija fil-paragrafu 4 qabel Settembru 2015.

7.   Ir-rekwiżiti tad-dejta stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 5 għandhom ikunu akkumpanjati minn informazzjoni ta’ spjegazzjoni dwar:

(a)

avvenimenti kbar individwali osservati għat-trimestru ta’ referenza jekk il-kobor ta’ tali avvenimenti kbar individwali ikun mill-inqas 0,2 % tal-prodott domestiku gross trimestrali taż-żona tal-euro, jew jekk il-BĊE jitlob tali informazzjoni; u

(b)

raġunijiet għar-reviżjoni kkomparati mad-“dejta nazzjonali” l-iktar riċenti rrapportata lill-BĊE fil-qafas ta’ din il-Linja Gwida, jekk il-kobor tal-bidliet fid-dejta kkawżati minn dawk ir-reviżjonijiet ikun ta’ mill-inqas 0,2 % tal-prodott domestiku gross trimestrali taż-żona tal-euro, jew jekk il-BĊE jitlob tali informazzjoni.

Artikolu 3

Trażmissjoni u pubblikazzjoni tad-dejta mill-BĊE

1.   Il-BĊE għandu jibgħat lill-BĊN l-aggregati taż-żona tal-euro li huwa jippubblika, kif ukoll id-“dejta nazzjonali” miġbura taħt l-Artikolu 2, kif deskritta fil-paragrafi 3 sa 5 tiegħu.

2.   Il-BĊE għandu jippubblika l-aggregati fiż-żona tal-euro li huwa jiġbor, kif ukoll id-“dejta nazzjonali” miġbura taħt l-Artikolu 2, kif deskritta fil-paragrafi 3 sa 5 tiegħu, meqjusa bħala relevanti mill-Kumitat tal-Istatistika, ħlief għad-dejta dwar il-kaxxi fir-ringieli 12-21 tat-Tabelli 3 sa 9 tal-Anness I (li tirreferi għas-setturi kontropartijiet “taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi” u “residenti barra miż-żona tal-euro”).

3.   Il-pubblikazzjoni ta’ “dejta nazzjonali” għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“dejta nazzjonali” m’għandhiex tkun ippubblikata iktar kmieni minn sebat ijiem wara l-iskadenza tat-terminu tat-trażmissjoni stabbilit fl-Artikolu 4; u

(b)

“dejta nazzjonali” li tirreferi għas-settur tal-gvern m’għandhiex tiġi ppubblikata f’April u f’Ottubru ta’ kull sena qabel l-iżbilanċ attwali tal-gvern u d-dejta għad-djun għall-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv ikun ġie ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (6), kif emendat; u

(c)

id-“dejta nazzjonali” msemmija fl-Artikolu 2(3)(b) għandha tkun ippubblikata flimkien ma’ tagħrif li jindika li huma proviżorji u/jew stmati, kif xieraq. Dan it-trattament jista’ jiġi estiż għal “dejta nazzjonali” oħra miġbura taħt l-Artikolu 2, kif deskritt fil-paragrafi 3 sa 5, fuq talba ġustifikata mill-BĊN li jirrapporta.

Artikolu 4

Tempestività

1.   Id-“dejta supplimentari” deskritta fl-Artikolu 2(2) għandha tiġi rrapportata lill-BĊE fi żmien perijodu li m’għandux jeċċedi 85 jum tal-kalendarju wara tmiem it-trimestru ta’ referenza. B’bidu mill-ewwel trażmissjoni fl-2017, id-“dejta supplimentari” għandha tiġi rrapportata lill-BĊE fi żmien perijodu li m’għandux jeċċedi 82 jum tal-kalendarju wara tmiem it-trimestru ta’ referenza.

2.   Id-“dejta nazzjonali” deskritta fl-Artikolu 2(3) sa (5) u l-metadejta ta’ spjegazzjoni deskritta fl-Artikolu 2(7) għandha tiġi rrapportata lill-BĊE fi żmien perijodu li m’għandux jeċċedi 100 jum tal-kalendarju wara tmiem it-trimestru ta’ referenza. B’bidu mill-ewwel trażmissjoni fl-2017, id-“dejta nazzjonali” u l-metadejta assoċjata għandhom jiġu rrapportati lill-BĊE fi żmien perijodu li m’għandux jeċċedi 97 jum tal-kalendarju wara tmiem it-trimestru ta’ referenza.

3.   Id-dejta deskritta fl-Artikolu 3(1) għandha tiġi trasmessa lill-BĊN mill-BĊE sa mhux iktar tard mill-jum tax-xogħol tal-BĊE li jaħbat l-għada li fih il-BĊE jippubblika d-dejta.

Artikolu 5

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

1.   Meta s-sorsi tad-dejta jew l-informazzjoni kollha jew partijiet minnha deskritti fl-Artikolu 2 jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali li mhumiex il-BĊN, il-BĊN għandhom jagħmlu ħilitihom sabiex jistabbilixxu arranġamenti ta’ kooperazzjoni permanenti ma’ dawk l-awtoritajiet li jiżguraw trażmissjoni ta’ dejta konformi mal-istandards u r-rekwiżiti stabbiliti f’din il-Linja Gwida, sakemm l-istess riżultat ma jkunx diġà ntlaħaq abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti.

2.   Meta matul din il-kooperazzjoni BĊN ma jkunx jista’ jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 2 u 4 għaliex l-awtorità nazzjonali kompetenti ma tkunx ipprovdiet lill-BĊN bid-dejta jew l-informazzjoni meħtieġa, il-BĊE u l-BĊN għandhom jirrevedu l-kwistjoni flimkien ma’ dik l-awtorità nazzjonali bil-għan li jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun disponibbli fil-ħin.

Artikolu 6

Standard ta’ trażmissjoni

It-tagħrif statistiku mitlub għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-BĊE f’forma li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Dan ir-rekwiżit ma jwaqqafx l-użu ta’ xi mezzi oħra għat-trażmissjoni ta’ tagħrif statistiku lill-BĊE bħala soluzzjoni alternattiva miftiehma bejn il-BĊE u xi BĊN.

Artikolu 7

Kwalità

1.   Il-BĊE u l-BĊN għandhom jimmonitorjaw u jippromwovu l-kwalità tad-dejta rrapportata lill-BĊE.

2.   Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jirrapporta kull sena lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar il-kwalità tal-kontijiet finanzjarji trimestrali. Ir-rapport għandu mill-inqas jindirizza l-kopertura tad-dejta, il-limitu sa fejn dawn ikunu konformi mad-definizzjonijiet relevanti, u d-daqs tar-reviżjonijiet.

Artikolu 8

Proċedura ssimplifikata ta’ emenda

Wara li jikkunsidra l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jkun intitolat li jagħmel emendi tekniċi lill-annessi ta’ din il-Linja Gwida, kemm-il darba dawk l-emendi la jbiddlu l-qafas kunċettwali sottostanti, u lanqas ma jaffettwaw il-piż tar-rapportar. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv b’kull emenda bħal din mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 9

Revoka

Il-Linja Gwida BĊE/2002/7 hija rrevokata mill-1 ta’ Settembru 2014. Referenzi għal-Linja Gwida revokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din il-Linja Gwida.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

2.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2014.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 334, 11.12.2002, p. 24.

(2)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(3)  ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.

(4)  Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(5)  Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.

(6)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.


ANNESS I

REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR TAD-DEJTA

Sommarju rar-rekwiżiti tad-dejta

Artikolu

Kontenut

Tabelli

Tip ta’ dejta

Perjodu ta’ referenza

L-ewwel data ta’ rapportar

Tempestività

Osservazzjonijiet

Stokks

Tranżazzjonijiet

Bidliet oħra fil-volum

2(2)

4(1)

Dejta supplimentari; kaxxi b’kulur iswed biss

T1

attiv

T2

passiv

T4

self għal żmien qasir (w-t-w)

T5

self għal żmien twil (w-t-w)

Image

Image

 

2012K4 ’il quddiem

Sett2014

Sa Diċembru 2016: t+85

Mill-2017 ’il quddiem: t+82

L-aħjar stimi

Kaxxi b’kulur iswed f’kolonni H, H.1 u H.2 fuq bażi volontarja

2(3)(a)

2(5)

3(2)

3(3)

(a), (b)

4(2)

Dejta nazzjonali; il-kaxxi kollha

T1

attiv

T2

passiv

T3

depożiti (w-t-w)

T4

self għal żmien qasir (w-t-w)

T5

self għal żmien twil (w-t-w)

Image

Image

Image

2012K4 ’il quddiem

Sett2014

Sa Diċembru 2016: t+100

Minn Marzu 2017 ’il quddiem: t+97

Akkumpanjata minn metadejta

dejta f’ringieli 12-21 ta’ T3-T5 biex jiġu aġġustati sabiex jirriflettu l-kompożizzjoni taż-żona tal-euro; bażi tal-aħjar stima

id-dejta fir-ringieli 12-21 ta’ T3-T5 m’għandhiex tiġi ppubblikata

2(3)

(b)

2(5)

3(2)

3(3)(c)

4(2)

Dejta nazzjonali; il-kaxxi kollha

T1

attiv

T2

passiv

T3

depożiti (w-t-w)

T4

self għal żmien qasir (w-t-w)

T5

self għal żmien twil (w-t-w)

Image

Image

 

1999K1-2012K3

Sett2017

Sa Diċembru 2016: t+100

Minn Marzu 2017 ’il quddiem: t+97

L-aħjar stimi

kolonni J, K ta’ T1 u T2 fuq bażi volontarja

Akkompanjata minn metadejta

dejta f’ringieli 12-21 ta’ T3-T5 biex jiġu aġġustati sabiex jirriflettu l-kompożizzjoni taż-żona tal-euro; bażi tal-aħjar stima

id-dejta fir-ringieli 12-21 ta’ T3-T5 m’għandhiex tiġi ppubblikata

2(4)

2(5)

3.(2)

3(3)

(a), (b)

4(2)

Dejta nazzjonali; il-kaxxi kollha

T6

titoli ta’ dejn għal żmien qasir (w-t-w)

T7

titoli ta’ dejn għal żmien qasir (w-t-w)

T8

ishma elenkati (w-t-w)

T9

ishma ta’ fond ta’ investiment (w-t-w)

Image

Image

Image

2013K4 ’il quddiem

Sett2015

Sa Diċembru 2016: t+100

Minn Marzu 2017 ’il quddiem: t+97

Akkompanjata minn metadejta

id-dejta fir-ringieli 12-21 ta’ T3-T5 għandha tiġi aġġustata sabiex tirrifletti l-kompożizzjoni taż-żona tal-euro; bażi tal-aħjar stima

id-dejta fir-ringieli 12-21 ta’ T3-T5 m’għandhiex tiġi ppubblikata


Tabella 1

Assi finanzjarji  (1), (2)

 

 

 

A

B

C

D

E

F.

G

H

H.1

H.2

I

J

K

L

Setur tal-kreditur

Strument finanzjarju

 

Totali

(S.1)

Residenti

Il-Bqija Tad-Dinja

(S.2)

Korporazzjonijiet Mhux Finanzjarji

(S.11)

IFM (3)

(S.121+…+S.123)

Mhux fondi ta' investiment (4) tal-MMF

(S.124)

Istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn

(S.125+…+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

(S.128)

Fondi tal-pensjoni

(S.129)

Gvern Ġenerali

Unitajiet domestiċi u NPISHs (5)

Totali

(S.13)

Gvern ċentrali

(S.1311)

Fondi tas-sigurtà soċjali

(S.1314)

Total

(S14+S15)

Unitajiet Domestiċi

(S.14)

NPISHs (5)

(S.15)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Assi totali (F)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Deheb monetarju u SDRs (F.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

Deheb monetarju (F.11)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

Drittijiet speċjali ta’ prelevament (F.12)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

Flus u depożiti (F.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

Flus (F.21)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

Depożiti (F.22+F.29)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

Depożiti trasferibbli (F.22)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

Depożiti oħra (F.29)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

Titoli tad-dejn (F.3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

Titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir (F.31)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12

Titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien twil (F.32)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

Self (F.4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14

Self għal perijodu qasir (F.41)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15

Self għal perijodu qasir (F.42)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16

Ekwità u ishma ta' fondi ta' investiment (F.5)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17

Ekwità (F.51)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

Ishma kkwotati (F.511)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19

Ishma mhux ikkwotati u ekwità oħra (F.512+F.519)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20

Ishma mhux ikkwotati (F.512)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21

Ekwità oħra (F.519)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

22

Ishma ta’ fondi ta’ investiment (F.52)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

23

Ishma ta' MMF (F.521)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

24

Ishma f’fond ta’ investiment mhux ta’ MMF (F.522)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

25

Skemi tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u ta’ garanziji standardizzati (F.6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

26

Riżervi tekniċi ta' assigurazzjoni mhux tal-ħajja (F. 61) u Provvediment għal sejħiet taħt garanziji standardizzati (F.66)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

27

Assigurazzjoni fuq il-ħajja u intitolamenti ta’ annwalità (F.62)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

28

Drittijiet għal pensjoni (F. 63), talbiet ta' fondi tal-pensjoni fuq il-maniġers tal-pensjonijiet (F.64), intitolamenti għal benefiċċji mhux ta' pensjoni (F.65)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

29

Derivattivi finanzjarji u opzjonijiet ta’ stokks tal-impjegati (F.7)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

30

Kontijiet oħra riċevibbli (F.8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

31

Krediti u avvanzi kummerċjali (F.81)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

32

Kontijiet oħra riċevibbli, minbarra l-krediti u l-avvanzi kummerċjali (F.89)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 2

Passiv  (6), (7)

 

 

 

A

B

C

D

E

F

G

H

H.1

H.2

I

J

K

L

Setur tad-debitur

Strument finanzjarju

 

Total

(S.1)

Residenti

Il-Bqija tad-dinja

(S.2)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(S.11)

IFM (8)

(S.121+…+S.123)

Mhux fondi ta' investiment (9) tal-MMF

(S.124)

Istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn

(S.125+...+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

(S.128)

Fondi tal-pensjoni

(S.129)

Gvern Ġenerali

Unitajiet domestiċi u NPISHs (10)

Totali

(S.13)

Gvern ċentrali

(S.1311)

Fondi tas-sigurtà soċjali

(S.1314)

Total

(S14+S15)

Unitajiet domestiċi

(S.14)

NPISHs (10)

(S.15)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Passiv totali (F)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Deheb monetarju u SDRs (F.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

Deheb monetarju (F.11)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

Drittijiet speċjali ta’ prelevament (F.12)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

Flus u depożiti (F.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

Flus (F.21)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

Depożiti (F.22+F.29)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

Depożiti trasferibbli (F.22)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

Depożiti oħra (F.29)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

Titoli ta' dejn (F.3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

Titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir (F.31)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12

Titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien twil (F.32)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

Self (F.4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14

Self għal perijodu qasir (F.41)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15

Self għal perijodu qasir (F.42)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16

Ekwità u ishma ta' fondi ta' investiment (F.5)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17

Ekwità (F.51)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

Ishma kkwotati (F.511)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19

Ishma mhux ikkwotati u ekwità oħra (F.512+F.519)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20

Ishma mhux ikkwotati (F.512)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21

Ekwità oħra (F.519)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

22

Ishma ta’ fondi ta’ investiment (F.52)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

23

Ishma ta' MMF (F.521)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

24

Ishma f’fond ta’ investiment mhux ta’ MMF (F.522)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

25

Skemi tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u ta’ garanziji standardizzati (F.6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

26

Riżervi tekniċi ta' assigurazzjoni mhux tal-ħajja (F. 61) u Provvediment għal sejħiet taħt garanziji standardizzati (F.66)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

27

Assigurazzjoni fuq il-ħajja u intitolamenti ta’ annwalità (F.62)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

28

Drittijiet għal pensjoni (F. 63), talbiet ta' fondi tal-pensjoni fuq il-maniġers tal-pensjonijiet (F.64), intitolamenti għal benefiċċji mhux ta' pensjoni (F.65)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

29

Derivattivi finanzjarji u opzjonijiet ta’ stokks tal-impjegati (F.7)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

30

Kontijiet oħra pagabbli (F.8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

31

Krediti u avvanzi kummerċjali (F.81)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

32

Kontijiet oħra riċevibbli, minbarra l-krediti u l-avvanzi kummerċjali (F.89)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

33

Transazzjonijiet finanzjarji netti/valur finanzjarju nett

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 3

Depożiti (F.22+F.29) (11), (12)

 

 

 

A

B

C

Settur tad-debitur

Settur tal-kreditur

 

Residenti

 

Total

(S.1) (12)

IFM (13)

(S.121+...+S.123)

Gvern ġenerali

(S.13)

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Total (S.1)

 

 

 

 

2

Residenti

Total (S.1)

 

 

 

 

3

S.11

 

 

 

 

4

S.121+...+S.123

 

 

 

 

5

S.124

 

 

 

 

6

S.125+S.126+S.127

 

 

 

 

7

S.128

 

 

 

 

8

S.129

 

 

 

 

9

S.13

 

 

 

 

10

S.14 +S.15

 

 

 

 

11

Mhux residenti

Total (S.2)

 

 

 

 

12

Taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi

Total (S.1)

 

 

 

 

13

S.11

 

 

 

 

14

S.121+...+S.123

 

 

 

 

15

S.124

 

 

 

 

16

S.125+S.126+S.127

 

 

 

 

17

S.128

 

 

 

 

18

S.129

 

 

 

 

19

S.13

 

 

 

 

20

S.14 +S.15

 

 

 

 

21

Residenti barra miż-żona tal-euro

 

 

 

 


Tabella 4

Self għal perijodu qasir (F.41) (14)

 

 

 

A

B

C

D

E

F

G

H

H.1

I

Settur tal-kreditur

Settur tad-debitur

 

Residenti

 

Total

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(S.11)

IFM (15)

(S.121+...+S.123)

Mhux fondi ta' investiment (16) tal-MMF

(S.124)

Istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn

(S.125+...+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

(S.128)

Fondi tal-pensjoni

(S.129)

Gvern Ġenerali

Unitajiet domestiċi, inklużi NPISHs (17)

(S.14+S.15)

Totali

(S.13)

Gvern ċentrali

(S.1311)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Residenti

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

S.121+...+S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

S.125+...+S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

S.14 +S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

Mhux residenti

Total (S.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12

Taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14

S.121+...+S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16

S.125+...+S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20

S.14 +S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21

Residenti barra miż-żona tal-euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 5

Self għal perijodu qasir (F.42)  (18)

 

 

 

A

B

C

D

E

F

G

H

H.1

I

Settur tal-kreditur

Settur tad-debitur

 

Residenti

 

Total

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(S.11)

IFM (19)

(S.121+…+S.123)

Mhux fondi ta' investiment (20) tal-MMF

(S.124)

Istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn

(S.125+…+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

(S.128)

Fondi tal-pensjoni

(S.129)

Gvern Ġenerali

Unitajiet domestiċi, inklużi NPISHs (21)

(S.14+S.15)

Totali

(S.13)

Gvern ċentrali

(S.1311)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Residenti

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

S.121+...+S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

S.125+...+S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

S.14 +S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

Mhux residenti

Total (S.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12

Taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14

S.121+...+S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16

S.125+...+S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20

S.14 +S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21

Residenti barra miż-żona tal-euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 6

Titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir (F.31)  (22)

 

 

 

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Settur tad-debitur

Settur tal-kreditur

 

Residenti

 

Total

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(S.11)

IFM (23)

(S.121+...+S.123)

Mhux fondi ta' investiment (24) tal-MMF

(S.124)

Istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn

(S.125+...+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

(S.128)

Fondi tal-pensjoni

(S.129)

Gvern ġenerali

(S.13)

Unitajiet domestiċi, inklużi NPISHs (25)

(S.14+S.15)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Residenti

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

S.121+...+S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

S.125+...+S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

S.14 +S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

Mhux residenti

Total (S.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12

Taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14

S.121+...+S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16

S.125+...+S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20

S.14 +S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21

Residenti barra miż-żona tal-euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 7

Titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir (F.32)  (26)

 

 

 

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Settur tal-kreditur

Settur tad-debitur

 

Residenti

 

Total

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(S.11)

IFM (27)

(S.121+…+S.123)

Mhux fondi ta' investiment (28) tal-MMF

(S.124)

Istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn

(S.125+…+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

(S.128)

Fondi tal-pensjoni

(S.129)

Gvern ġenerali

(S.13)

Unitajiet domestiċi, inklużi NPISHs (29)

(S.14+S.15)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Residenti

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

S.121+...+S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

S.125+...+S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

S.14 +S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

Mhux residenti

Total (S.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12

Taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14

S.121+...+S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16

S.125+...+S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20

S.14 +S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21

Residenti barra miż-żona tal-euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 8

Ishma kkwotati (F.511)  (30)

 

 

 

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Settur tal-kreditur

Settur tad-debitur

 

Residenti

 

Total

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(S.11)

IFM (31)

(S.121+...+S.123)

Mhux fondi ta' investiment (32) tal-MMF

(S.124)

Istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn

(S.125+...+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

(S.128)

Fondi tal-pensjoni

(S.129)

Gvern ġenerali

(S.13)

Unitajiet domestiċi, inklużi NPISHs (33)

(S.14+S.15)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Residenti

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

S.121+...+S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

S.125+...+S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

S.14 +S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

Mhux residenti

Total (S.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12

Taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14

S.121+...+S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16

S.125+...+S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20

S.14 +S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21

Residenti barra miż-żona tal-euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 9

Ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment (F.52)  (34)

 

 

 

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Settur tal-kreditur

Settur tad-debitur

 

Residenti

 

Total

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(S.11)

IFM (35)

(S.121+...+S.123)

Mhux fondi ta' investiment (36) tal-MMF

(S.124)

Istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn

(S.125+...+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

(S.128)

Fondi tal-pensjoni

(S.129)

Gvern ġenerali

(S.13)

Unitajiet domestiċi, inklużi NPISHs (37)

(S.14+S.15)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Residenti

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

S.121+...+S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

S.125+...+S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

S.14 +S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

Mhux residenti

Total (S.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12

Taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14

S.121+...+S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16

S.125+...+S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20

S.14+S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21

Residenti barra miż-żona tal-euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  L-obbligi tad-dejta għall-istokks, transazzjonijiet u bidliet oħrajn fil-valur huma identiċi, ħlief għad-deheb monetarju (F.11) bħala element ta' assi għall-bqija tad-dinja, li jintalab biss għal transazzjonijiet u bidliet oħrajn fil-volum.

(2)  Il-kodiċi ESA 2010 jintużaw biex jiġu kklassifikati setturi istituzzjonali (Kapitolu 2 tal-ESA 2010) u transazzjonijiet finanzjarji, bidliet oħrajn fil-volum u karti tal-bilanċ (Kapitolu 5, 6 u 7 tal-ESA 2010).

(3)  Istituzzjonijiet monetarji finanzjarji (IFM; S.121+S.122+S.123)

(4)  Fondi tas-swieq tal-flus (MMF; S.123)

(5)  Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISHs; S.15)

(6)  L-obbligi tad-dejta għall-istokks, transazzjonijiet u bidliet oħrajn fil-valur huma identiċi, ħlief għad-deheb monetarju (F.11) bħala element ta' assi għall-bqija tad-dinja, li jintalab biss għal transazzjonijiet u bidliet oħrajn fil-volum.

(7)  Il-kodiċi ESA 2010 jintużaw biex jiġu kklassifikati setturi istituzzjonali (Kapitolu 2 tal-ESA 2010) u transazzjonijiet finanzjarji, bidliet oħrajn fil-volum u karti tal-bilanċ (Kapitolu 5, 6 u 7 tal-ESA 2010).

(8)  Istituzzjonijiet monetarji finanzjarji (IFM; S.121+S.122+S.123)

(9)  Fondi tas-swieq tal-flus (MMF; S.123)

(10)  Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISHs; S.15)

(11)  Ir-rekwiżiti ta' dejta għal stokks, transazzjonijiet u bidliet oħrajn fil-volum huma identiċi.

(12)  Skont l-ESA 2010 (paragrafu 5.79), id-depożiti huma kuntratti li huma offruti minn korporazzjonijiet li jieħdu depożiti (i.e. S.121 u S.122) u, f'xi każijiet, mill-gvern ċentrali. Barra minn hekk, §5.86 jispeċifika li l-pagamenti ta' marġni ripagabbli u ftehim ta' xiri mill-ġdid għal perijodu qasir li huma passiv tal-IFM (i.e. S.121, S.122 u S.123) huma inklużi bħala depożiti.

(13)  Istituzzjonijiet monetarji finanzjarji (IFM; S.121+S.122+S.123)

(14)  Ir-rekwiżiti ta' dejta għal stokks, transazzjonijiet u bidliet oħrajn fil-volum huma identiċi.

(15)  Istituzzjonijiet monetarji finanzjarji (IFM; S.121+S.122+S.123). Skont l-ESA 2010 (paragrafu 5.118), self għal perijodu qasir mogħtija lil korporazzjonijiet li jieħdu d-depożiti (S.121+S.122) għandhom jiġu kklassifikati bħala depożiti (F.22 jew F.29).

(16)  Fondi tas-swieq tal-flus (MMF; S.123).

(17)  Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISHs; S.15).

(18)  Ir-rekwiżiti ta' dejta għal stokks, transazzjonijiet u bidliet oħrajn fil-volum huma identiċi.

(19)  Istituzzjonijiet monetarji finanzjarji (IFM; S.121+S.122+S.123)

(20)  Fondi tas-swieq tal-flus (MMF; S.123)

(21)  Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISHs; S.15).

(22)  Ir-rekwiżiti ta' dejta għal stokks, transazzjonijiet u bidliet oħrajn fil-volum huma identiċi.

(23)  Istituzzjonijiet monetarji finanzjarji (IFM; S.121+S.122+S.123)

(24)  Fondi tas-swieq tal-flus (MMF; S.123)

(25)  Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISHs; S.15).

(26)  Ir-rekwiżiti ta' dejta għal stokks, transazzjonijiet u bidliet oħrajn fil-volum huma identiċi.

(27)  Istituzzjonijiet monetarji finanzjarji (IFM; S.121+S.122+S.123)

(28)  Fondi tas-swieq tal-flus (MMF; S.123)

(29)  Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISHs; S.15).

(30)  Ir-rekwiżiti ta' dejta għal stokks, transazzjonijiet u bidliet oħrajn fil-volum huma identiċi.

(31)  Istituzzjonijiet monetarji finanzjarji (IFM; S.121+S.122+S.123)

(32)  Fondi tas-swieq tal-flus (MMF; S.123)

(33)  Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISHs; S.15).

(34)  Ir-rekwiżiti ta' dejta għal stokks, transazzjonijiet u bidliet oħrajn fil-volum huma identiċi.

(35)  Istituzzjonijiet monetarji finanzjarji (IFM; S.121+S.122+S.123)

(36)  Fondi tas-swieq tal-flus (MMF; S.123)

(37)  Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISHs; S.15).


ANNESS II

TRAŻMISSJONI TA’ DEJTA LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) jużaw il-faċilità pprovduta mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) li tiddependi fuq l-infrastruttura tal-informatika tas-SEBĊ għat-trażmissjoni elettronika ta’ informazzjoni statistika meħtieġa mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). L-iskambji ta’ dejta fi ħdan is-SEBĊ għandhom ikunu bbażati fuq il-format magħruf bħala “Statistical Data and Metadata eXchange”. Dan ir-rekwiżit ma jwaqqafx l-użu ta’ xi mezzi oħra għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni statistika lill-BĊE bħala soluzzjoni sekondarja miftiehma.

Il-BĊN josservaw ir-rakkomandazzjonijiet elenkati hawn isfel sabiex jiżguraw li t-trażmissjoni ta’ dejta taħdem b’mod sodisfaċenti:

(i)

Kompletezza: Il-BĊN jirrapportaw is-series keys kollha meħtieġa. Jekk ma jiġu rrapportati ebda series keys jew series keys mhux elenkati, dan jitqies bħala rapportar inkomplet. Jekk xi osservazzjoni tkun nieqsa, l-omissjoni tiġi rreġistrata bl-użu tal-bandiera tal-istatus ta’ osservazzjoni korrispondenti.

(ii)

Identitajiet tal-kontabilità u konvenzjoni tas-sinjali tad-dejta: ir-regoli ta’ validazzjoni għandhom jiġu implimentati mill-BĊN qabel ma d-dejta tintbagħat lill-BĊE.

Meta r-reviżjonijiet isiru biss għal subsett ta’ series keys, ir-regoli ta’ validazzjoni jiġu applikati għar-rapport sħiħ.


Top