EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0028(01)

2014/30/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Awwissu 2013 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/28)

OJ L 16, 21.1.2014, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018; Imħassar b' 32018D0027

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/30(2)/oj

21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/53


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Awwissu 2013

dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2013/28)

(2014/30/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikoli 29.4 u 29.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/17 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) stabbilixxiet, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013 il-ponderazzjoni assenjata lil dawk il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li kienu membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta’ Lulju 2013 fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn hawn ‘il quddiem “il-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital” u “l-iskema tal-kapital” rispettivament).

(2)

L-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ l-“Istatut tas-SEBĊ”) jeħtieġ li l-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital tiġi aġġustata kull ħames snin wara l-istabbiliment tas-SEBĊ b’analoġija għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 29.1 tal-Istatut. Il-ponderazzjoni aġġustata tal-iskema tal-kapital tapplika b’effett mill-ewwel jum tas-sena wara dak meta jseħħ l-aġġustament.

(3)

L-aħħar aġġustament tal-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital hija skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ sar fl-2008 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 (2). L-espansjoni sussegwenti tal-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital tal-BĊE saret skont l-Artikolu 48.3 tal-Istatut tas-SEBĊ bil-għan tal-adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid għall-Unjoni Ewropea (3).

(4)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta’ Lulju 2003, dwar id-dejta statistika li għandha tintuża għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (4), il-Kummisjoni Ewropea pprovdiet lill-BĊE bid-dejta statistika li għandha tintuża fid-determinazzjoni tal-iskema tal-kapital aġġustata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tqarrib

Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi dejta statistika reveduta sabiex tintuża fl-aġġustament tal-iskema tal-kapital u l-figuri ma jlaħħqux il-100 %, id-differenza għandha tkun ikkumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun ta’ anqas minn 100 %, billi jizdied 0,0001 ta’ punt perċentwali mal-izgħar sehem (ishma) f’ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % ezatt, jew (ii) jekk it-total ikun ogħla minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta’ punt perċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq eżattament il-100 %.

Artikolu 2

Ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital

Il-ponderazzjoni assenjata lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital deskritta fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ għandha tkun skont kif ġej b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014:

Nationale Bank van België/Banque nationale de Belgique

2,4778  %

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

0,8590  %

Česká národní banka

1,6075  %

Danmarks Nationalbank

1,4873  %

Deutsche Bundesbank

17,9973  %

Eesti Pank

0,1928  %

Central Bank of Ireland

1,1607  %

Bank of Greece

2,0332  %

Banco de España

8,8409  %

Banque de France

14,1792  %

Hrvatska narodna banka

0,6023  %

Banca d’Italia

12,3108  %

Central Bank of Cyprus

0,1513  %

Latvijas Banka

0,2821  %

Lietuvos bankas

0,4132  %

Banque centrale du Lussemburgu

0,2030  %

Magyar Nemzeti Bank

1,3798  %

Bank Ċentrali ta’ Malta

0,0648  %

De Nederlandsche Bank

4,0035  %

Oesterreichische Nationalbank

1,9631  %

Narodowy Bank Polski

5,1230  %

Banco de Portugal

1,7434  %

Banca Națională a României

2,6024  %

Banka Slovenije

0,3455  %

Národná banka Slovenska

0,7725  %

Suomen Pankki

1,2564  %

Sveriges riksbank

2,2729  %

Bank of England

13,6743  %

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/17 hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

3.   Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2013/17 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Awwissu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 187, 6.7.2013, p. 15.

(2)  Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66).

(3)  Deċiżjoni BĊE/2013/17 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 187, 6.7.2013, p. 15).

(4)  ĠU L 181, 19.7.2003, p. 43.


Top