EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013HB0003

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 4 ta’ Frar 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus (BĊE/2013/3)

OJ C 37, 9.2.2013, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta’ Frar 2013

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus

(BĊE/2013/3)

2013/C 37/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni li għandu bħalissa s-Central Bank of Cyprus ser jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni sa mis-sena finanzjarja 2013.

(3)

Is-Central Bank of Cyprus għażel lil KPMG Limited bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi KPMG Limited għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Frar 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Top