EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013O0014

2013/234/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta’ Mejju 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/4 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f’euro mill-Eurosistema għall-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u għal organizzazzjonijiet internazzjonali (BĊE/2013/14)

OJ L 138, 24.5.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 10 Volume 006 P. 89 - 89

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018O0014

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2013/234/oj

24.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/19


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta’ Mejju 2013

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/4 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f’euro mill-Eurosistema għall-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u għal organizzazzjonijiet internazzjonali

(BĊE/2013/14)

(2013/234/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikoli 12.1 u 14.3 u l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2006/4 tas-7 ta’ April 2006 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f’euro mill-Eurosistema għall-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u għal organizzazzjonijiet internazzjonali (1) għandha tindirizza l-kwistjoni ta’ kontropartijiet suġġetti għal miżuri restrittivi fil-qasam tal-.prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

(2)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida BĊE/2006/4 għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

Artikolu 1

Emenda

Fl-Artikolu 7 tal-Linja Gwida BĊE/2006/4, jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

jiddikjaraw illi l-klijent ser jikkonferma lill-membru tal-Eurosistema illi huwa jikkonforma mal-liġijiet kollha nazzjonali u tal-Unjoni għall-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, safejn u sal-punt applikabbli lilu, inkluż l-istruzzjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kompetenti, u li huwa mhuwiex involut f’xi forma ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi”).

2.   Il-BĊNi għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida minn sitt ġimgħat wara li tingħatalhom in-notifika.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 107, 20.4.2006, p. 54.


Top