EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AB0100

Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta’ Diċembru 2011 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2011/100)

OJ C 364, 14.12.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/7


OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Diċembru 2011

dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

(CON/2011/100)

2011/C 364/04

Introduzzjoni u bażi legali

Fl-1 ta' Diċembru 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2011 (1) dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata skont l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropew.

Osservazzjonijiet Ġenerali

1.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li kienet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew, u li dwarha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE qed jiġu kkonsultati, jirrikkmanda li jinħatar Benoît COEURÉ bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal terminu ta’ uffiċċju ta’ tmien snin.

2.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni li l-kandidat propost huwa persuna ta’ pożizzjoni rikonoxxuta u esperjenza professjonali f’oqsma monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat.

3.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu l-ebda oġġeżżjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jinħatar Benoît COEURÉ bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Top