EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0032(01)

2010/813/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 22 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2009/25 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2010 (BĊE/2010/32)

OJ L 343, 29.12.2010, p. 78–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/813/oj

29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/78


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta’ Diċembru 2010

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2009/25 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2010

(BĊE/2010/32)

(2010/813/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklużiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġa mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn issa ’l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”).

(2)

Fuq il-bażi tal-istimi tat-talba ghall-muniti fl-2010 li l-Istati Membri partecipanti ppreżentaw lill-BĊE, il-BĊE approva l-volum totali tal-muniti intiżi għac-cirkolazzjoni u l-muniti ta’ kollezzjoni mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni fl-2010 fid-Deciżjoni BĊE/2009/25 tal-10 ta’ Diċembru 2009, dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħrug ta’ muniti fl-2010 (1).

(3)

Fis-26 ta’ Novembru 2010 il-Ministeru tal-Finanzi Belġjan talab illi l-volum ta’ muniti euro li jistgħu jinħarġu mill-Belġju fl-2010 jiżdied b’EUR 20 miljun sabiex ikun jista’ jwieġeb għal talba mhux mistennija għal muniti, u l-BĊE approva din it-talba. Bħala riżultat ta’ dan, it-tabella fl-Artikolu 1 tad-Decizjoni BĊE/2009/25 tinħtieġ li tinbidel,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tabella fl-Artikolu 1 tad-Decizjoni BĊE/2009/25 hija mibdula b’li gej:

(f'miljuni EUR)

 

Ħruġ ta’ muniti intiżi għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta’ muniti għall-kolletturi (mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2010

Belġju

125,2

Il-Ġermanja

668,0

L-Irlanda

43,0

Il-Greċja

55,0

Spanja

210,0

Franza

290,0

L-Italja

283,0

Ċipru

18,1

Il-Lussemburgu

40,0

Malta

10,5

Il-Pajjiżi l-Baxxi

54,0

L-Awstrija

306,0

Il-Portugall

50,0

Is-Slovenja

30,0

Is-Slovakja

62,0

Il-Finlandja

60,0 ”

Artikolu 2

Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Diċembru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 7, 12.1.2010, p. 21.


Top