EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AB0091

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Novembru 2009 dwar Rakkomandazzjonijiet għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar in-negozjar mill-ġdid tal-ftehim monetarju mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar in-negozjar mill-ġdid tal-ftehim monetarju mar-Repubblika ta’ San Marino (CON/2009/91)

OJ C 284, 25.11.2009, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Novembru 2009

dwar Rakkomandazzjonijiet għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar in-negozjar mill-ġdid tal-ftehim monetarju mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar in-negozjar mill-ġdid tal-ftehim monetarju mar-Repubblika ta’ San Marino

(CON/2009/91)

2009/C 284/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fis-27 t’Ottubru 2009 l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar in-negozjar mill-ġdid tal-ftehim monetarju mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“abbozz tad-Deċiżjoni tal-Vatikan”) u għal opinjoni dwar Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunita’ Ewropea dwar in-negozjar mill-ġdid tal-ftehim monetarju mar-Repubblika ta’ San Marino (2) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-‘abbozz tad-Deċiżjoni ta’ San Marino’).

Il-kompetenza tal-BĊE li tagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 111(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita’ Ewropea. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE jilqa’ l-abbozz tad-Deċiżjonijiet li, 10 snin wara d-dħul tal-euro, għandhom l-iskop li jemendaw il-ftehim monetarji mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u San Marino, bil-għan li jiżguraw, partikolarment, trattament ugwali għall-obbligi tal-pajjiżi li ffirmaw il-ftehim monetarji mal-Komunita’, sabiex joħolqu mekkaniżmi kompletattivi, jintroduċu metodu komuni għall-kalkolu tal-limiti massimi tal-ħruġ tal-muniti euro u jippermettu r-rikors għal zekkiet oħra, minbarra z-zekka Taljana, għall-produzzjoni ta’ muniti tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u r-Repubblika ta’ San Marino.

Il-BĊE jinnota li l-abbozz tad-Deċiżjonijiet (3) jipprovdi li l-ftehim tal-Komunità jistgħu jiġu konklużi mill-Kunsill. F’każ li din ir-regola tinbidel sabiex il-Kunsill ma jkunx jista’ jibqa’ jikkonkludi dawn il-ftehim, il-BĊE jikkunsidra li l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u l-BĊE għandhom jitħallew jitolbu s-sottomissjoni tal-ftehim lill-Kunsill, hekk kif deċiż mill-Kunsill fl-okkażjoni tal-ftuħ inizjali tan-negozjati għall-konklużjoni ta’ ftehim tal-Komunita’ mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u r-Repubblika ta’ San Marino (4).

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li l-abbozz tad-Deċiżjonijiet jiġi emendat, qed jiġu elenkati għal dan il-għan fl-Anness proposti speċifiċi għall-abbozz flimkien ma’ test ta’ spjega.

Magħmula fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Novembru 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  COM(2009) 570 finali.

(2)  COM(2009) 572 finali.

(3)  Artikolu 4.

(4)  Artikolu 8 of tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/97/KE tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunita’ dwar ftehim li jikkonċerna r-relazzjonijiet monetarji mar-Repubblika ta’ San Marino (ĠU L 30, 4.2.1999, p. 33); Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/98/ KE tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunita’ dwar ftehim li jikkonċerna r-relazzjonijiet monetarji mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan (ĠU L 30, 4.2.1999, p. 35).


ANNESS

Abbozz tal-proposti

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

L-Artikolu 2(b) tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Vatikan

“(b)

L-Istat tal-Belt tal-Vatikan ser jintrabat li jadotta l-miżuri kollha meħtieġa, permezz ta’ trasposizzjonijiet diretti jew, possibbilment, azzjonijiet ekwivalenti, għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni kollha rilevanti tal-Komunita’ dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-prevenzjoni tal-frodi u tal-falsifikazzjoni tal-flus kontanti u ta’ mezzi ta’ pagament li mhumiex flus kontanti.”

“(b)

L-Istat tal-Belt tal-Vatikan ser jintrabat li jadotta l-miżuri kollha meħtieġa, permezz ta’ trasposizzjonijiet diretti jew, possibbilment, azzjonijiet ekwivalenti, għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni kollha rilevanti tal-Komunita’ dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-prevenzjoni tal-frodi u tal-falsifikazzjoni tal-flus kontanti u ta’ mezzi ta’ pagament li mhumiex flus kontanti. Ser jintrabat ukoll li jadotta l-leġislazzjoni bankarja u finanzjarja kollha tal-Komunità’ li hija rilevanti jekk u meta jinħoloq settur bankarju fl-Istat tal-Belt tal-Vatikan.”

Spjegazzjoni

Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali, huwa rakkomandat li l-ftehim tal-Vatikan jiġi emendat sabiex ikopri s-sitwazzjoni legali applikabbli f’każ li jiġi żviluppat settur bankarju fl-Istat tal-Belt tal-Vatikan fil-futur.

Emenda 2

L-Artikolu 2(d) tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Vatikan

“(d)

Ser jitwaqqaf Kumitat Konġunt sabiex isegwi l-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim. Għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, tar-Repubblika Taljana, tal-Kummissjoni u tal-BĊE. Għandu jkollu l-possibbiltà’ li kull sena jirrevedi l-parti fissa bil-għan li jikkunsidra l-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tas-suq tal-kollezzjonisti. Huwa għandu jadotta d-deċìżjonijiet b’mod unanimu. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.”

“(d)

Ser jitwaqqaf Kumitat Konġunt sabiex isegwi l-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim. Għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, tar-Repubblika Taljana, tal-Kummissjoni u tal-BĊE. Għandu jkollu l-possibbiltá’ li kull sena jirrevedi l-parti fissa bil-għan li jikkunsidra l-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tas-suq tal-kollezzjonisti. Kull ħames snin għandu jeżamina l-adegwatezza tal-proporzjon minimu ta’ muniti li jridu jiġu introdotti b’valur nominali u jista’ jiddeċiedi li jżidu. Huwa għandu jadotta d-deċìżjonijiet b’mod unanimu. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jinnota illi l-Artikolu 2(ċ) tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Vatikan jirreferi għal proporzjon minimu ta’ muniti li jridu jiġu introdotti b’valur nominali ta’ 51 %. Il-BĊE jikkonsidra illi għandha ssir reviżjoni tal-adegwatezza ta’ dan il-proporzjon minimu f’intervalli regolari, u jissuġġerixxi proċedura simplifikata sabiex jinbidel.

Emenda 3

L-Artikolu 2(e) tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Vatikan

“(e)

Il-muniti euro tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandhom jiġu zzekkati mill-Instituto Poligrafico e Zecca dello Stato. Madanakollu l-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jkollu l-possibbilta’ li jqabbad kuntrattur ieħor minn fost iz-zekek tal-UE li jaħdmu l-muniti euro, bi ftehim mal-Kumitat Konġunt. Il-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jiżdied mal-volum ta’ muniti maħruġin mill-pajjiż taz-zekka li qed tipproduċihom għall-finijiet tal-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum totali tal-ħruġ.”

“(e)

Il-muniti euro tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandhom jiġu zzekkati mill-Instituto Poligrafico e Zecca dello Stato. Madanakollu l-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jkollu l-possibbilta’ li jqabbad kuntrattur ieħor minn fost iz-zekek tal-UE li jaħdmu l-muniti euro, bi ftehim mal-Kumitat Konġunt. Il-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jiżdied mal-volum ta’ muniti maħruġin mill-pajjiż taz-zekka li qed tipproduċihom Italja għall-finijiet tal-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum totali tal-ħruġ.”

Spjegazzjoni

Iż-żieda tal-volum fuq il-pajjiż taz-zekka produttriċi joħloq numru ta’ problemi prattiċi li jikkonċernaw l-istabbiltà’ tal-obbligi ta’ rapportar fil-konfront tal-BĊE dwar muniti maħruġin f’ċirkostanzi fejn il-pajjiż taz-zekka produttriċi jista’ jinbidel minn żmien għal żmien. Peress illi dan ir-rapportar preżentement ma jsirx miz-zekek, jista’ jiġi żgurat tbassir aħjar jekk il-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan jingħadd mal-volum ta’ muniti maħruġin mill-Italja, bir-riżultat li l-awtoritajiet Taljani u tal-Belt tal-Vatikan jikkooperaw flimkien għall-finijiet ta’ rappurtar lill-BĊE dwar il-volumi ta’ muniti maħruġin.

Emenda 4

L-Artikolu 3 tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Vatikan

“In-negozjati mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandhom jitmexxew mir-Repubblika Taljana u mill-Kummissjoni f’isem il-Komunitá’. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun assoċjat b’mod sħiħ fin-negozjati fil-qasam ta’ kompetenza tiegħu. Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni għandhom jissottomettu l-abbozz tal-ftehim lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għall-opinjoni tiegħu.”

“In-negozjati mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandhom jitmexxew mir-Repubblika Taljana u mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità’. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun assoċjat b’mod sħiħ fin-negozjati u l-kunsens tiegħu għandu jkun meħtieġ għal kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta’ kompetenza tiegħu. Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni għandhom jissottomettu l-abbozz tal-ftehim lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għall-opinjoni tiegħu.”

Spjegazzjoni

Minħabba li n-natura monetarja tal-Ftehim mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, il-BĊE jikkonsidra li, lil hinn mill-fatt li jiġi konsultat skont l-Artikolu 111(3) tat-Trattat, huwa xieraq u mixtieq mill-BĊE li jkun involut fin-negozjati nnifishom u fil-proċess li jwassal għall-konklużjoni tal-ftehim. Għal kwistjonijiet fil-ftehim li jaqgħu fl-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE, għandu jintalab il-kunsens tal-BĊE.

Emenda 5

Dispożizzjoni finali tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Vatikan

“Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana u lill-Kummissjoni.”

“Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana, u lill-Kummissjoni u lill-BĊE.”

Spjegazzjoni

Peress illi l-abbozz tad-Deċiżjoni jara li l-BĊE għandu rwol fin-negozjati u fil-proċess li jwassal għall-konklużjoni tal-ftehim, il-BĊE għandu jidher ukoll fil-lista ta’ destinatarji tad-Deċiżjoni.

Emenda 6

L-Artikolu 2(e) tal-abbozz tad-Deċiżjoni ta’ San Marino

“(e)

Il-muniti euro tar-Repubblika ta’ San Marino għandhom jiġu zzekkati mill-Instituto Poligrafico e Zecca dello Stato. Madanakollu r-Repubblika ta’ San Marino għandha jkollha l-possibbiltà’ li tqabbad kuntrattur ieħor minn fost iz-zekek tal-UE li jaħdmu l-muniti euro, bi ftehim mal-Kumitat Konġunt. Il-volum ta’ muniti maħruġin mir-Repubblika ta’ San Marino għandu jingħadd mal-volum ta’ muniti maħruġin mill-pajjiż taz-zekka li qed tipproduċihom għall-finijiet tal-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum totali tal-ħruġ.”

“(e)

Il-muniti euro tar-Repubblika ta’ San Marino għandhom jiġu zzekkati mill-Instituto Poligrafico e Zecca dello Stato. Madanakollu r-Repubblika ta’ San Marino għandha jkollha l-possibbiltà’ li tqabbad kuntrattur ieħor minn fost iz-zekek tal-UE li jaħdmu l-muniti euro, bi ftehim mal-Kumitat Konġunt. Il-volum ta’ muniti maħruġin mir-Repubblika ta’ San Marino għandu jingħadd mal-volum ta’ muniti maħruġin mill-pajjiż taz-zekka li qed tipproduċihom Italja għall-finijiet tal-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum totali tal-ħruġ.”

Spjegazzjoni

Iż-żieda tal-volum fuq il-pajjiż taz-zekka produttriċi joħloq numru ta’ problemi prattiċi li jikkonċernaw l-istabbiltà’ tal-obbligi ta’ rapportar fil-konfront tal-BĊE dwar muniti maħruġin f’ċirkostanzi fejn il-pajjiż taz-zekka produttriċi jista’ jinbidel minn żmien għal żmien. Peress illi dan ir-rapportar preżentement ma jsirx miz-zekek, jista’ jiġi żgurat tbassir aħjar jekk il-volum ta’ muniti maħruġin mir-Repubblika ta’ San Marino jingħadd mal-volum ta’ muniti maħruġin mill-Italja, bir-riżultat li l-awtoritajiet Taljani u tar-Repubblika ta’ San Marino jikkooperaw flimkien għall-finijiet ta’ rappurtar lill-BĊE dwar il-volumi ta’ muniti maħruġin.

Emenda 7

L-Artikolu 3 tal-abbozz tad-Deċiżjoni ta’ San Marino

“In-negozjati mar-Repubblika ta’ San Marino għandhom jitmexxew mir-Repubblika Taljana u mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità’. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun assoċjat b’mod sħiħ fin-negozjati fil-qasam ta’ kompetenza tieghu. Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni għandhom jissottomettu l-abbozz tal-ftehim lill-Kumitat Ekonomiku u Fiannzjarju għall-opinjoni tiegħu.”

“In-negozjati mar-Repubblika ta’ San Marino għandhom jitmexxew mir-Repubblika Taljana u mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità’. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun assoċjat b’mod sħiħ fin-negozjati u l-kunsens tiegħu għandu jkun meħtieġ għal kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta’ kompetenza tieghu. Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni għandhom jissottomettu l-abbozz tal-ftehim lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għall-opinjoni tiegħu.”

Spjegazzjoni

Minħabba li n-natura monetarja tal-Ftehim mar-Repubblika ta’ San Marino, il-BĊE jikkonsidra li, lil hinn mill-fatt li jiġi konsultat skont l-Artikolu 111(3) tat-Trattat, huwa xieraq u mixtieq mill-BĊE li jkun involut fin-negozjati nnifishom u fil-proċess li jwassal għall-konklużjoni tal-ftehim. Għal kwistjonijiet fil-ftehim li jaqgħu fl-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE, għandu jintalab il-kunsens tal-BĊE.

Emenda 8

Dispożizzjoni finali tal-abbozz tad-Deċiżjoni ta’ San Marino

“Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana u lill-Kummissjoni.”

“Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana, u lill-Kummissjoni u lill-BĊE.”

Spjegazzjoni

Peress illi l-abbozz tad-Deċiżjoni jara li l-BĊE għandu rwol fin-negozjati u fil-proċess li jwassal għall-konklużjoni tal-ftehim, il-BĊE għandu jidher ukoll fil-lista ta’ destinatarji tad-Deċiżjoni.


(1)  It-tipa skura fil-korp tat-test tindika fejn il-BĊE qed jipproponi l-inseriment ta' test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir tat-test.


Top