EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AB0028

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta' Lulju 2008 fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' l-euro fis-Slovakja, u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għas-Slovakja (CON/2008/28)

OJ C 180, 17.7.2008, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 180/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta' Lulju 2008

fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' l-euro fis-Slovakja, u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għas-Slovakja

(CON/2008/28)

(2008/C 180/01)

Introduzzjoni u bażi legali

Fl-20 ta' Mejju 2008 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' l-euro fis-Slovakja (1). Fit-30 ta' Ġunju 2008 il-BĊE irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għas-Slovakja (2).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 123(5) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet

1.

Ir-regolamenti proposti se jagħmlu possibbli l-introduzzjoni ta' l-euro bħala l-valuta tas-Slovakja wara l-abrogazzjoni tad-deroga tas-Slovakja skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 122(2) tat-Trattat.

2.

Il-BĊE jilqa' r-regolamenti proposti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, it-3 ta' Lulju 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  COM(2008) 250 finali.

(2)  SEC(2008) 2107 finali.


Top