EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002O0006

Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Settembru 2002 dwar standards minimi għall-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali meta jwettqu operazzjonijiet ta' politika monetarja, operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u l-ġestjoni ta' l-assi ta' riserva estera tal-BĊE (BĊE/2002/6)

ĠU L 270, 8.10.2002, p. 14–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/06/2015; Imħassar b' 32015O0011 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2002/777/oj

32002O0006



Official Journal L 270 , 08/10/2002 P. 0014 - 0016


Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew

tas-26 ta' Settembru 2002

dwar standards minimi għall-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali meta jwettqu operazzjonijiet ta' politika monetarja, operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u l-ġestjoni ta' l-assi ta' riserva estera tal-BĊE

(BĊE/2002/6)

(2002/777/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari, it-tieni u t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 105(2),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, flimkien ma' l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3.1, ta' l-Artikolu 18.2 u l-Artikolu 30.6,

Billi:

(1) Skond l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 105(2) tat-Trattat, fost il-kompiti bażiċi li jridu jitwettqu mill-SEBĊ hemm id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Komunità, it-twettiq ta' l-operazzjoni ta' kambju internazzjonali b' mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 111 tat-Trattat u ż-żamma u l-amministrazzjoni tar-riservi esteri uffiċjali ta' l-Istati Membri.

(2) Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jqis li huwa meħtieġ għall-BĊE u kull bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru parteċipanti (BĊN) li japplika l-istandards minimi meta: (i) iwettaq operazzjonijiet ta' politika monetarja; (ii) iwettaq operazzjoni ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE, u, and (iii) jamministra l-assi ta' valuta estera sa fejn il-BĊNi jaġixxu bħala aġent għall-BĊE skond il-Linja gwida BĊE/2000/1 tat-3 ta' Frar 2000 dwar l-amministrazzjoni ta' assi ta' valuta estera tal-Bank Ċentrali Ewropew lill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu l-assi ta' valuta estera tal-Bank Ċentrali Ewropew [1], kif l-aħħar emendata bil-Linja gwida BĊE/2001/12 [2].

(3) L-Artikolu 38.1 ta' l-Istatut jipprovdi li l-membri tal-korpijiet regolatorji u l-impjegati tal-BĊE u l-BĊN għandhom ikunu meħtieġa, ukoll wara li jkunu spiċċaw il-kompiti tagħhom, li ma jiżvelawx informazzjoni tat-tip koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali.

(4) Il-membru tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE ftiehmu dwar Memorandum ta' Ftehim fuq materji simili fil-laqgħa tal-Kunsill Regolatorju tas-16 ta' Mejju 2002 [3].

(5) Skond l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta' l-Istatut, il-Gwidi tal-BĊE jiffurmaw parti integrali mil-liġi Komunitarja,

ADDOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

L-istandards minimi tal-BĊE u l-BĊN meta jwettqu l-operazzjonijiet ta' politika monetarja, l-operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u jamministraw l-assi ta' valuta estera tal-BĊE

Meta jwettqu attivitajiet jew operazzjonijiet relatati ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja, operazzjonijiet tal-kambju mar-riservi barranin tal-BĊE meta jamministraw l-assi ta' valuta estera tal-BĊE, il-BĊE u kull BĊN għandu jaċċerta li r-regoli interni tiegħu relatati ma' tali operazzjonijiet jew ma' tali amministrazzjoni, kemm jekk huma kodiċi tal-kondotta, regolamenti tal-persunal jew kwalunkwe tip ieħor ta' regoli interni, iħarsu l-istandards minimi li ġejjin, fil-qafas tal-liġijiet nazzjonali applikabbli u l-prattiki fis-swieq tax-xogħol.

1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Ir-regoli li jinsabu hawn għandhom jgħoddu għal dawn:

- il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE meta mhux qed jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom bħala membri tal-Kunsill Regolatorju,

- il-membri tal-korpijiet li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-BĊN, minbarra dawk li huma membri tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE (u l-alternati tagħhom maħtura skond l-Artikolu 4.4 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew) filwaqt li jeserċitaw il-kompiti tagħhom bħala membri tal-Kunsill Regolatorju,

- l-impjegati kollha tal-BĊE involuti f'attivitajiet jew operazzjonijiet relatati mal-politika monetarja operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u l-amministrazzjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE, u

- l-impjegati kollha tal-BĊN involuti f'attivitajiet jew operazzjonijiet relatati mal-politika monetarja, operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u l-amministrazzjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE

2. SORVELJANZA TA' L-AMMINISTRAZZJONI TA' L-OPERAZZJONIJIET MAL-KONTROPARTIJIET FIS-SUQ

3. EVITAR TA' KUNFLITTI TA' INTERESS POTENZALI

4. PROJBIZZJONI TA' NEGOZJU MINN ĠEWWA

5. DIVERTIMENT U RIGALI

Artikolu 2

Emendi lill-Linja gwida BĊE/2000/1

L-Artikolu 3a ta' u l-Anness 4 tal-Linja gwida BĊE/2000/1 għandhom jiġu mħassra.

Artikolu 3

Verifika

Il-BĊNi għandhom jibagħtu dettalji tat-testi u l-metodi li bihom huma jridu jħarsu din il-Linja gwida lill-BĊE sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru 2002 sa fejn għadhom m' għamlux dan fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tal-Linja gwida BĊE/2001/5 [4].

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet finali

1. Din il-Linja gwida hija indirizzata lill-BĊN ta' l-Istati Membri li addottaw il-munita unika skond it-Trattat.

2. Din il-Linja gwida għandha tidħol fis-seħħ fit-31 ta' Novembru 2002.

3. Din il-Linja gwida għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fis-26 ta' Settembru 2002.

Għan-nom tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Il-President

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 207, tas-17.8.2000, p. 24.

[2] ĠU L 310, tat-28.11.2001, p. 31.

[3] ĠU C 123, ta' l-24.5.2002, p. 9.

[4] ĠU L 190, tat-12.7.2001, p. 26.

--------------------------------------------------

Top