EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AB0010

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard (CON/2014/10)

OJ C 193, 24.6.2014, p. 2–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/2


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Frar 2014

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard

(CON/2014/10)

2014/C 193/02

Introduzzjoni u bażi legali

Fil-31 ta’ Ġunju 2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard (1) (minn hawn ’il quddiem ir-‘regolament propost’).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) li tippromwovi l-operat bla xkiel ta’ sistemi ta' pagament u li tikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel ta’ politika fir-rigward tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fir-raba' inċiż tal-Artikolu 127(2), u Artikolu 127(5) tat-Trattat. B’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Ir-regolament propost jistabbilixxi rekwiżiti uniformi tekniċi u tan-negozju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard imwettqin fl-Unjoni Ewropea, fejn il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament kemm tal-pagatur kif ukoll ta’ min jitħallas huma stabbiliti fl-Unjoni. Ir-regolament propost għandu żewġ partijiet. L-ewwel parti tistabbilixxi limitu fuq it-tariffi tal-interkambju (2) għal tranżazzjonijiet b’kard ta’ debitu tal-konsumatur ta’ mhux aktar minn 0,20 % tal-valur tat-tranżazzjoni, u limitu għal tranżazzjonijiet b’kard ta’ kreditu tal-konsumatur ta’ mhux aktar minn 0,30 % tal-valur tat-tranżazzjoni, li ser japplika għal tranżazzjonijiet domestiċi jew transkonfinali (3) wara perijodi tranżitorji differenti (4). Tranżazzjonijiet b’kards kummerċjali, kards maħruġin minn skemi ta’ kard bi tliet partijiet, kif ukoll ġbid ta’ kontanti minn magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus huma eżentati mir-rekwiżiti tal-ewwel parti tar-regolament propost.

2.

It-tieni parti tar-regolament propost tistabbilixxi regoli tan-negozju u rekwiżiti tekniċi oħrajn li ser japplikaw għall-kategoriji kollha ta’ tranżazzjonjiet tal-pagament ibbażati fuq kard. L-aktar importanti huma s-separazzjoni tal-iskemi tal-kard tal-pagament u l-entitajiet ta’ pproċessar (5), bidliet fl-applikazzjoni tar-‘Regola Onora l-Kards Kollha’ (6) u l-projbizzjoni ta’ regoli li jxekklu jew ma jippermettux co-badging (7). Hemm ukoll regola ġdida li teħtieġ li liċenzji kkonsenjati permezz ta’ skemi ta’ pagament bil-kard għall-finijiet ta’ ħruġ jew ta’ akkwist ikopru t-territorju kollu tal-Unjoni, kif ukoll regoli biex tiżdied it-trasparenza fir-rigward ta’ imposti għal negozjanti (‘unblending’), u li jipprojbixxu ‘miżuri no-steering’ fil-ftehim tal-għoti tal-liċenzja (8). Hemm ukoll regoli ġodda li jtejbu t-trasparenza tal-istrutturi tat-tariffi, bħall-projbizzjoni ta’ kwalunkwe regola li tipprojbixxi lill-merkanti milli jiddivulgaw lill-klijenti tagħhom it-tariffi li jħallsu lill-akkwirenti, u rekwiżit għall-fornituri ta’ servizz ta’ pagament għall-akkwist li jipprovdu, bħala minimu, rendikonti ta’ kull xahar tat-tariffi li jiċċarġjaw lil merkanti, li jispeċifikaw it-tariffi imħallsin minn merkanti ta’ kull xahar għal kull kategorija ta’ kard u għal kull marka individwali li għalihom l-akkwirent jipprovdi servizzi ta’ akkwist.

3.

Il-BĊE jilqa’ l-fatt illi r-regolament propost jistabbilixxi regoli komuni mal-Unjoni kollha dwar it-tariffi tal-interkambju u ukoll regoli tan-negozju u rekwiżiti tekniċi uniformi għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard. Il-proposti huma ġeneralment konformi mal-pożizzjonijiet eżistenti tal-Eurosistema. Kards ta’ pagament huma l-aktar strumenti ta’ pagament elettroniċi użati għal xiri bl-imnut u għalhekk jirrappreżentaw sehem kbir tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament fl-Unjoni. Minkejja dan, madankollu, it-tariffi tal-interkambju huma attwalment fil-parti l-kbira mhux regolati u, b’hekk, differenti ħafna bejn l-Istati Membri. L-introduzzjoni ta’ regoli komuni għandha tikkontribwixxi biex jiġi kkompletat is-suq intern għall-pagamenti u biex jiġi appoġġat it-twaqqif ta’ Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA). Filwaqt illi r-regoli l-ġodda għandhom aspett qawwi relatat mal-kompetizzjoni, huma għandhom ukoll inaqqsu l-frammentazzjoni tas-suq u joħolqu kundizzjonijiet indaqs, li ser jagħmluha aktar faċli għal parteċipanti eżistenti li jikkompetu u għal fornituri ġodda li jidħlu fis-suq tal-pagamenti bil-kard, biex b’hekk iwasslu għal żieda fl-effiċjenza u ġeneralment użu akbar ta’ strumenti ta’ pagament elettroniku.

Osservazzjonijiet speċifiċi

1.   Termini ddefiniti

Id-definizzjonijiet for-regolament propost (9) ġew allinjati sa ċertu punt, iżda mhux kompletament, ma’ dawk tal-proposta għat-tieni Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas (minn hawn ‘il quddiem il-‘PSD2 proposta’) (10) u r-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Hemm benefiċċji li jkun hemm definizzjonijiet simili ta’ kunċetti li jidhru f’atti legali tal-Unjoni marbutin mill-qrib ma’ xulxin, biex jiġu evitati perċezzjonijiet ħżiena u jiġi ffaċilitat il-ftehim tal-qafas legali miċ-ċittadini. Għaldaqstant, il-BĊE iqis li d-definizzjonijiet ta’ numru ta’ termini ewlenin bħal ma huma “ordni ta’ pagament”, “fornitur ta’ servizz ta’ pagament” u “tranżazzjoni ta’ pagament” għandhom jiġu allinjati aktar ma’ dawk fil-PSD2 proposta. Barra minn dan, id-definizzjonijiet proposti ta’ “tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard” u ta’ “tranżazzjoni b’kard ta’ pagament” huma simili ħafna. Għalhekk il-BĊE jissuġġerixxi li jiġu amalgamati f’definizzjoni waħda. L-Anness ta’ din l-opinjoni jipprovdi numru ta’ kummenti tekniċi oħra dwar id-definizzjonijiet.

2.   Dispożizzjonijiet oħrajn

2.1

Il-BĊE jilqa’ l-fatt li hemm żieda fil-kjarezza fir-rigward tat-tariffi tal-interkambju. Jekk, madankollu, il-limiti fuq it-tariffi tal-interkambju transkonfinali jiġu introdotti qabel il-limiti fuq tariffi tal-interkambju nazzjonali, l-akkwirenti ta’ kard nazzjonali żgħar jistgħu jitqegħdu fi żvantaġġ, għaliex ma jkunux jistgħu jikkompetu ma' akkwirenti barranin li jibbenefikaw mit-tariffi tal-interkambju transkonfinali aktar baxxi li jirriżultaw. Il-BĊE għalhekk jissuġġerixxi li dawn il-limiti jiddaħħlu b’mod simultanju.

2.2

Il-BĊE jappoġġja l-proposta li l-għażla tal-marka f’każijiet ta’ aktar minn marka waħda fuq kard (co-branding) għandha ssir fil-punt tal-bejgħ (12). Fl-istess ħin, il-pagaturi jistgħu jkollhom inċentiv biex jagħżlu marki ta’ kards li jagħtuhom benefiċċji addizzjonali bħal ma huma programmi ta’premjijiet, li jistgħu konsegwentement iwasslu għal żieda fl-użu ta’ marki ta’ kards għaljin. F’dan ir-rigward, il-BĊE jissuġġerixxi li l-għażla ta’ marka speċifika għandha tiġi miftiehma b’mod konġunt mid-detentur tal-kard u l-merkant fil-punt tal-bejgħ.

2.3

Filwaqt illi l-BĊE jilqa’ l-fatt illi hemm projbizzjoni fuq regoli li jisforzaw lill-merkanti biex jaċċettaw il-kards kollha ta’ marka speċifika, il-BĊE huwa mħasseb dwar id-deroga li tistipula illi l-merkanti għandhom ikunu obbligati jaċċettaw strumenti ta’ pagamnt tal-isteaa marka u/jew kategorija li huma suġġetti għall-istess tariffa tal-interkambju regolata (13). Id-deċiżjoni dwar jekk jiġux aċċettati kards, kif ukoll il-marki partikolari jew il-kards li jistgħu jiġu aċċettati taħt ċerta skema, għandha tkun deċiżjoni kummerċjali li tittieħed mill-merkant.

2.4

Il-BĊE jissuġġerixxi wkoll li jiġi ċċarat illi skemi ta’ kards ta’ pagament m’għandhomx jiddiskriminaw kontra entitajiet ta’ pproċessar permezz tal-implimentazzjoni ta’ regoli tan-negozju li jirrestrinġu l-interoperabbiltà bejn entitajiet ta’ pproċessar.

2.5

Barra minn dan, skemi ta’ kards ta’ pagament jistgħu jeħtieġu zmien addizzjonali biex jaddattaw għar-rekwiżiti l-ġodda. Għal dan il-għan, jista’ jiġi kkunsidrat perijodu tranżitorju għar-rekwiżit tas-separazzjoni  (14).

2.6

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-BĊE jissuġġerixxi awtorità kompetenti unika li tkun responsabbli biex tiżgura konformità mar-regolament, iżda konxju illi dan jista’ jkun diffiċli fil-prattika minħabba strutturi nazzjonali differenti.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, għal dan il-għan qed jiġu stipulati fl-Anness proposti speċifiċi għall-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-5 ta’ Frar 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2013) 550 final/2.

(2)  Ara l-Kapitoli II u II tar-regolament propost. It-tariffi tal-interkambju huma tariffi interbankarji li normalment japplikaw bejn il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għall-akkwist ta’ kards u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għall-ħruġ ta’ kards li jappartjenu għal ċerta skema ta’ kards. Huma l-parti ewlenija tat-tariffi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għall-akkwist jiċċarġjaw lil merkanti għal kull tranżazzjoni bil-kard.

(3)  Tranżazzjonijiet transkonfinali huma dawk meta l-konsumaturi jużaw il-kard tal-pagament fi Stat Membru ieħor, jew fejn bejjiegħ bl-imnut juża fornitur ta’ servizz ta’ pagament għall-akkwist fi Stat Membru ieħor.

(4)  Il-limiti għal tranżazzjonjiet transkonfinaliser jidħlu fis-seħħ xahrejn wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament. Sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament, dawn il-limiti ser japplikaw ukoll għal tranżazzjonijiet domestiċi.

(5)  L-iskemi ta’ kards tal-pagament u l-entitajiet li jipproċessaw pagamenti bbażati fuq kard għandhom ikunu indipendenti minn xulxin f’termini ta’ forma legali, organizzazzjoni u teħid ta’ deċiżjonijiet.

(6)  Din ir-regola tappartjeni għal skemi tal-kards jew fornituri ta’ servizz ta’ pagament li jeħtieġu li n-negozjanti jaċċettaw il-kards kollha ta’ ċertu marka, li jfisser li n-negozjanti ma jistgħux jillimitaw l-aċċettazzjoni tagħhom għal ċertu tip ta’ kard biss. Artikolu 10 tar-reglament propost jippermetti lil negozjanti li jaċċettaw biss kategorija waħda ta’ kard ta’ marka partikolari billi jipprojbixxi lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament jew l-iskema tal-kards milli jeħtieġ li n-negozjanti jaċċettaw aktar kategoriji jew il-kategoriji kollha tal-istess marka. Barra minn dak, ir-regolament propost jintroduċi rekwiżit li jipprojbixxi lin-negozjanti milli jiddiskrimina bejn kards li huma suġġetti għall-istess tariffa tal-interkambju regolata, jiġifieri jekk negozjanti jaċċettaw marka waħda ta’ kard ta' debitu, huma għandhom jaċċettaw ukoll kards ta' debitu mill-marki l-oħra kollha.

(7)  Fi kliem, ieħor, jitpoġġew żewġ marki jew aktar fuq strument ta’ pagament ibbażat fuq kard.

(8)  In-negozjanti m’għandhomx jiġu pprojbiti mill-fornitur tagħhom tas-servizz ta’ pagament jew mill-iskema tal-kard milli jiggwidaw lill-konsumaturi lejn l-użu ta’ strument ta’ pagament ippreferut, jew milli jinformaw lill-konsumaturi dwar tariffi tal-interkambju jew imposti għas-servizzi tan-negozjanti.

(9)  Ara l-Artikolu 2 tar-regolament propost.

(10)  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (COM(2013) 547/3).

(11)  Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).

(12)  Ara l-Artikolu 8(5) tar-regolament propost.

(13)  Artikolu 10(1) u premessa (29) tar-regolament propost.

(14)  Ara l-Artikolu 7 tar-regolament propost.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessi 15 sa 17

‘(15)

Dan ir-Regolament isegwi approċċ gradwali. Bħala l-ewwel pass, huwa neċessarju li jittieħdu miżuri li jiffaċilitaw il-ħruġ u l-akkwist transfruntiera ta’ tranżazzjonijiet bil-kards ta’ ħlas. Il-permess li n-negozjanti jagħżlu akkwirent minn barra l-Istat Membru proprju tagħhom (“akkwist transfruntiera”) u l-impożizzjoni ta’ livell massimu ta’ tariffi tal-interkambju transfruntiera għal tranżazzjonijiet ta’ akkwist transfruntiera għandhom jipprovdu ċ-ċarezza legali meħtieġa. Barra minn hekk, il-liċenzi għall-ħruġ jew għall-akkwist ta’ strumenti ta’ ħlas fl-Unjoni għandhom ikunu validi mingħajr restrizzjonijiet ġeografiċi. Dawn il-miżuri jiffaċilitaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern għall-pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl, għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tal-bejjiegħa bl-imnut.

(16)

Bħala konsegwenza tar-rabtiet u l-impenji unilaterali aċċettati fil-qafas tal-proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, ħafna tranżazzjonijiet transfruntiera ta’ ħlas bil-kard fl-Unjoni diġà qegħdin jitwettqu skont it-tariffi massimi tal-interkambju applikabbli għall-ewwel fażi ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet marbutin ma’ dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ malajr, hekk li jinħolqu opportunitajiet għall-bejjiegħa bl-imnut biex ifittxu servizzi orħos ta’ akkwist transfruntiera, u l-komunitajiet bankarji u l-iskemi domestiċi jiġu inċentivati biex ibaxxu t-tariffi tagħhom tal-akkwist.

(17)

Għat-tranżazzjonijiet domestiċi, huwa meħtieġ perjodu ta’ tranżizzjoni li jagħti lill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament u lill-iskemi żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda. Għaldaqstant, wara perjodu ta’ sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u sabiex tkun ipprovduta implimentazzjoni sħiħa ta’ suq intern għall-pagamenti bbażati fuq kard, il-limiti fuq it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet bil-kard tal-konsumatur għandhom jiġu estiżi biex ikopru l-pagamenti transfruntiera u domestiċi kollha.’

‘(15)

Dan ir-Regolament isegwi approċċ gradwali. Bħala l-ewwel pass, huwa neċessarju li jittieħdu miżuri li jiffaċilitaw il-ħruġ u l-akkwist transfruntiera ta’ tranżazzjonijiet bil-kards ta’ ħlas. Il-permess li n-negozjanti jagħżlu akkwirent minn barra l-Istat Membru proprju tagħhom (“akkwist transfruntiera”) u l-impożizzjoni ta’ livell massimu ta’ tariffi tal-interkambju transfruntiera għal tranżazzjonijiet ta’ akkwist transfruntiera għandhom jipprovdu ċ-ċarezza legali meħtieġa. Barra minn hekk, u jiżguraw illi il-liċenzi għall-ħruġ jew għall-akkwist ta’ strumenti ta’ ħlas fl-Unjoni għandhom ikunu validi mingħajr restrizzjonijiet ġeografiċi. Dawn il-miżuri jiffaċilitaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern għall-pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl, għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tal-bejjiegħa bl-imnut.

(16)

Bħala konsegwenza tar-rabtiet u l-impenji unilaterali aċċettati fil-qafas tal-proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, ħafna tranżazzjonijiet transfruntiera ta’ ħlas bil-kard fl-Unjoni, kif ukoll xi tranżazzjonijiet nazzjonali f’ċerti Stati Membri, diġà qegħdin jitwettqu skont it-tariffi massimi tal-interkambju applikabbli għall-ewwel fażi ta f’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet marbutin ma’ dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ malajr, hekk li jinħolqu opportunitajiet għall-bejjiegħa bl-imnut biex ifittxu servizzi orħos ta’ akkwist transfruntiera, u l-komunitajiet bankarji u l-iskemi domestiċi jiġu inċentivati biex ibaxxu t-tariffi tagħhom tal-akkwist.

(17)

Għat-tranżazzjonijiet domestiċi, huwa meħtieġ perjodu ta’ tranżizzjoni li jagħti lill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament u lill-iskemi żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda. Għaldaqstant, wara perjodu tranżitorju ta’ sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jidher li huwa suffiċjenti u sabiex tkun ipprovduta implimentazzjoni ta’ suq intern għall-pagamenti bbażati fuq kard, il-limiti fuq it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet bil-kard tal-konsumatur għandhom jiġu estiżi biex ikopru l-pagamenti transfruntiera u domestiċi kollha.’

Spjegazzjoni

It-22 xahar proposti bejn l-introduzzjoni tal-limiti massimi fuq it-tariffi tal-interkambju transkonfinali u fuq it-tariffi tal-interkambju nazzjonali, jistgħu jpoġġu lil akkwirenti żgħar ta’ kard nazzjonali fi żvantaġġ peress ili ma jkunux jistgħu jikkompetu ma’ akkwirenti barranin li jibbenefikaw mit-tariffi tal-interkambju transkonfinali aktar baxxi. Għaldaqstant, data komuni għall-introduzzjoni tal-limiti massimi fuq it-tariffi tal-interkambju hija ppreferuta; madankollu l-BĊE jibqa’ newtru fuq il-perijodu ta’ żmien propost.

Emenda 2

Premessa 24

‘(24)

Il-konsumaturi għandhom it-tendenza li ma jkunux konxji tat-tariffi mħallsin min-negozjanti għall-istrument ta’ ħlas li jużaw. Fl-istess ħin, serje ta’ prattiċi ta’ inċentiv applikati mill-fornituri tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament (bħal vawċers tal-ivvjaġġar, bonusijiet, skontijiet, ħlasijiet lura lill-konsumatur, assigurazzjonijiet b’xejn, eċċ.) tħajjar lill-konsumaturi jużaw aktar l-istrumenti tal-ħlas li jiġġeneraw tariffi għoljin għall-fornituri tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament. Sabiex jopponu dan, il-miżuri li jimponu restrizzjonijiet fuq it-tariffi tal-interkambju għandhom japplikaw biss għal kards ta’ ħlas li saru prodotti tal-massa u li n-negozjanti ġeneralment isibuha bi tqila jirrifjutawhom minħabba l-ħruġ u l-użu mifrux tagħhom (jiġifieri kards ta’ debitu u ta’ kreditu tal-konsumatur). Sabiex jittejjeb il-funzjonament effettiv tas-suq fil-partijiet tas-settur li mhumiex irregolati u sabiex jiġi llimitat it-trasferiment tan-negozju mill-partijiet irregolati tas-settur għal dawk mhux irregolati, huwa meħtieġ li jiġu adottati serje ta’ miżuri, li jkunu jinkludi s-separazzjoni tal-iskema mill-infrastruttura u l-iggwidar tal-pagatur mill-benefiċjarju, u li tingħata l-possibbiltà li l-benefiċjarju jaċċetta b’mod selettiv l-istrumenti ta’ ħlas.’

‘(24)

Il-konsumaturi għandhom it-tendenza li ma jkunux konxji tat-tariffi mħallsin min-negozjanti għall-istrument ta’ ħlas li jużaw. Fl-istess ħin, serje ta’ prattiċi ta’ inċentiv applikati mill-fornituri tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament (bħal vawċers tal-ivvjaġġar, bonusijiet, skontijiet, ħlasijiet lura lill-konsumatur, assigurazzjonijiet b’xejn, eċċ.) tħajjar lill-konsumaturi jużaw aktar l-istrumenti tal-ħlas li jiġġeneraw tariffi għoljin għall-fornituri tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament. Sabiex jopponu dan, il-miżuri li jimponu restrizzjonijiet fuq it-tariffi tal-interkambju għandhom japplikaw biss għal kards ta’ ħlas li saru prodotti tal-massa u li n-negozjanti ġeneralment isibuha bi tqila jirrifjutawhom minħabba l-ħruġ u l-użu mifrux tagħhom (jiġifieri kards ta’ debitu u ta’ kreditu tal-konsumatur). Sabiex jittejjeb il-funzjonament effettiv tas-suq fil-partijiet tas-settur li mhumiex irregolati u sabiex jiġi llimitat it-trasferiment tan-negozju mill-partijiet irregolati tas-settur għal dawk mhux irregolati, huwa meħtieġ li jiġu adottati serje ta’ miżuri, li jkunu jinkludi s-separazzjoni tal-iskema mill-infrastruttura tal-ipproċessar, l-iggwidar tal-pagatur mill-benefiċjarju, u l-għoti ta’ l-possibbiltà li l-benefiċjarju jaċċetta b’mod selettiv l-istrumenti ta’ ħlas.’

Spjegazzjoni

Huwa ssuġġerit li dan il-kliem jiżdied sabiex jiġi ċċarat il-kuntest.

Emenda 3

Premessa 29

‘(29)

[…]

Madankollu, biex jipproteġu lill-konsumatur u l-abbiltà tiegħu li juża l-kards ta’ ħlas spiss kemm jista’ jkun, in-negozjanti għandhom ikunu obbligati jaċċettaw il-kards kollha li huma soġġetti għall-istess tariffa regolata tal-interkambju. Din il-limitazzjoni wkoll għandha twassal għal ambjent iktar kompetittiv għall-kards b’tariffi tal-interkambju mhux regolati taħt dan ir-Regolament, billi n-negozjanti jiksbu iktar saħħa ta’ negozjar fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom jaċċettaw dawn il-kards.’

‘(29)

[…].

Madankollu, biex jipproteġu lill-konsumatur u l-abbiltà tiegħu li juża l-kards ta’ ħlas spiss kemm jista’ jkun, in-negozjanti għandhom ikunu obbligati jaċċettaw il-kards kollha li huma soġġetti għall-istess tariffa regolata tal-interkambju. Din il-limitazzjoni wkoll għandha twassal għal ambjent iktar kompetittiv għall-kards b’tariffi tal-interkambju mhux regolati taħt dan ir-Regolament, billi n-negozjanti jiksbu iktar saħħa ta’ negozjar fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom jaċċettaw dawn il-kards.’

Spjegazzjoni

Il-merkanti għandom ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet kummerċjali huma stess dwar liema kards, skemi, marki jew prodotti għandhom jaċċettaw. L-introduzzjoni tal-aċċettazzjoni obbligatorja ta’ kards li huma suġġetti għall-istess tariffa tal-interkambju regolata tidher li hija wiesgħa mingħajr bżonn.

Emenda 4

Artikolu 2(1)

‘(1)

“akkwirent” tfisser fornitur ta’ servizz ta’ pagament li jikkuntratta direttament jew indirettament ma’ benefiċjarju sabiex jipproċessa t-tranżazzjonijiet ta’ ħlas tal-benefiċjarju;’

‘(1)

“akkwirent” tfisser fornitur ta’ servizz ta’ pagament li jikkuntratta direttament jew indirettament ma’ benefiċjarju sabiex jaċċetta u jipproċessa t-tranżazzjonijiet ta’ ħlas tal-benefiċjarju mibdija minn strument ta’ ħlas tal-benefiċjarju;’

Spjegazzjoni

Dan l-artikolu jeħtieġ li jiġi emendat sabiex ikopri xi karatteristiċi addizzjonali tal-akkwist. Il-proposta għal-abbozzar hija allinjata mad-definizzjoni proposta mill-Eurosistema għal “l-akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament” fl-opinjoni tagħha dwar il-PSD2 proposta.

Emenda 5

Artikolu 2(2)

‘(2)

“emittent” tfisser fornitur ta’ servizz ta’ pagament li jikkuntratta direttament jew indirettament ma’ pagatur sabiex jibda, jipproċessa jew iħallas it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas tal-pagatur;’

‘(2)

“emittent” tfisser fornitur ta’ servizz ta’ pagament li jikkuntratta direttament jew indirettament li jagħti lill-pagatur strument ta’ ħlas ma’ pagatur sabiex jibda, jipproċessa jew iħallas it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas tal-pagatur;’

Spjegazzjoni

Emendata biex tkopri xi karatteristiċi addizzjonali tal-ħruġ. Il-proposta għal-abbozzar hija allinjata mad-definizzjoni proposta mill-Eurosistema għal “ħruġ ta’ strumenti ta’ pagament” fl-opinjoni tagħha dwar il-PSD2 proposta.

Emenda 6

Artikolu 2(4)

‘(4)

“tranżazzjoni b’kard ta’ debitu” tfisser tranżazzjoni b’kard ta’ ħlas inkluża ma’ kards imħallsin minn qabel marbutin ma’ kont ta’ aċċess kurrenti jew ta’ depożitu li għalih tkun iddebitata tranżazzjoni fi żmien 48 siegħa jew inqas wara li t-tranżazzjoni tkun ġiet awtorizzata/mibdija.’

‘(4)

“tranżazzjoni b’kard ta’ debitu” tfisser tranżazzjoni b’kard ta’ ħlas mibdija b’kard ta’ debitu inkluża ma’ kards imħallsin minn qabel marbutin ma’ kont ta’ aċċess kurrenti jew ta’ depożitu li għalih tkun iddebitata tranżazzjoni fi żmien 48 siegħa jew inqas wara li t-tranżazzjoni tkun ġiet awtorizzata/mibdija.’

(4a)

kard ta’ debitu” tfisser kard li d-detenturi tagħha jkunu jistgħu jixtru u/jew jiġbdu flus kontanti, li għandhom jiġu direttament in immedjatament iċċarġjati lill-kontijiet ta’ pagament tagħhom, irrispettivament minn jekk dawn humiex miżmumin minn min joħroġ il-kard.

Spjegazzjoni

Ma tistax tiġi magħmula fatta illi kard ta’ debitu ser tiġi ddebitata fi żmien 48 siegħa. Is-separazzjoni bejn kards ta’ debitu u kards ta’ kreditu għandha għalhekk tkun marbuta mal-iddebitar immedjat tal-kont (kard ta' debitu) u l-iddebitar f'dati miftehma minn qabel (kard ta' kreditu). Barra minn dan, id-definizzjoni ta’ kard ta’ debitu għandha tkun differenti mid-definizzjoni ta’ kard ta’ kreditu (ara aktar isfel) fir-rigward tal-aspett tal-benefiċċji għal benefiċjarju, sabiex tipprovdi ragjonament mhux arbitrarju għad-differenza proposta fil-limiti massimi rispettivi tat-tariffi tal-interkambju.

Emenda 7

Artikolu 2(5)

‘(5)

“tranżazzjoni b’kard ta’ kreditu” tfisser tranżazzjoni b’kard ta’ ħlas fejn it-tranżazzjoni tiġi rregolata aktar minn 48 siegħa wara li t-tranżazzjoni tkun ġiet awtorizzata/mibdija;’

‘(5)

“tranżazzjoni b’kard ta’ kreditu” tfisser tranżazzjoni b’kard ta’ ħlas mibdija b’kard ta’ kreditu fejn it-tranżazzjoni tiġi rregolata aktar minn 48 siegħa wara li t-tranżazzjoni tkun ġiet awtorizzata/mibdija;

(5a)

kard ta’ kreditu” tfisser kard li permezz tagħha detenturi ta’ kard ikunu jistgħu jixtru u/jew jigbdu flus kontanti sa limitu fuq il-kreditu li jkun miftiehem minn qabel. Il-kreditu mogħti jista’ jew jitħallas kollu sal-aħħar ta’ perjodu speċifikat, jew jitħallas in parti, bil-bilanċ jittieħed bħala kreditu estiż, li fuqu normalment ikun hemm l-imgħax. Ir-regoli tal-iskema u l-ipproċessar tat-tranżazzjoni, kif ukoll il-proċeduri tan-negozjant għall-aċċettazzjoni ta’ kard, jistgħu jkunu usa’ meta mqabblin ma’ tranżazzjonijiet b’kard ta’ debitu.

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni tal-Emenda 6.

Emenda 8

Artikolu 2(7)

‘(7)

“tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard” tfisser servizz użat biex titwettaq tranżazzjoni ta’ pagament permezz ta’ kwalunkwe kard, telekomunikazzjoni, tagħmir jew softwer diġitali jew tal-IT jekk dan jirriżulta fi tranżazzjoni ta’ ħlas bil-kard. It-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard jeskludu tranżazzjonijiet ibbażati fuq tipi oħra ta’ servizzi ta’ ħlas.’

‘(7)

“tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard” tfisser servizz użat biex titwettaq tranżazzjoni ta’ pagament mibdija permezz ta’ strument ta’ pagament ibbażat fuq kard skont ir-regoli, il-prattiċi, l-istandards u/jew il-linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ skema ta’ kard kwalunkwe kard, telekomunikazzjoni, tagħmir jew softwer diġitali jew tal-IT jekk dan jirriżulta fi tranżazzjoni ta’ ħlas bil-kard. It-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard jeskludu tranżazzjonijiet ibbażati fuq tipi oħra ta’ servizzi ta’ ħlas that does not result in a credit transfer or a direct debit as defined by Article 2 of Regulation (EU) No 260/2012.’

Spjegazzjoni

Id-definizzjoni proposta mill-Kummissjoni għal “tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard” hija kemmxejn usa’ mid-definizzjoni ta’ “tranżazzjoni b’kard ta’ pagament” billi tkopri wkoll tranżazzjonijiet magħmulin mingħajr kard fiżika. Filwaqt li jqis l-iżvilupp mgħaġġel fil-qasam tal-kards u ż-żieda fil-varjetà ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament bl-użu ta' infrastruttura ta' kards, il-BĊE jipproponi li ż-żewġ definizzjonijiet jingħaqdu.

Emenda 9

Artikolu 2(8)

‘(8)

“tranżazzjoni ta’ pagament transkonfinali” tfisser pagament bil-kard jew tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard mibdija minn pagatur jew minn benefiċjarju fejn il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju huma stabbiliti fi Stati Membri differenti jew fejn il-pagament bil-kard jinħareġ minn fornitur ta’ servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak tal-punt tal-bejgħ;’

‘(8)

“tranżazzjoni ta’ pagament transkonfinali” tfisser pagament bil-kard jew tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard mibdija minn pagatur jew minn benefiċjarju fejn l-emittent u l-akkwirent ta’ dik it-tranżazzjoni il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju huma stabbiliti fi Stati Membri differenti jew fejn l-akkwirent i tal-pagament bil-kard jinħareġ minn fornitur ta’ servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament huwa stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak tal-punt tal-bejgħ;’

Spjegazzjoni

Qed jiġi propost illi l-kliem ta’ din i-definizzjoni jista’ jiġi ssimplifikat kif indikat fl-emenda aktar 'il fuq.

Emenda 10

Artikolu 2(9)

‘(9)

“tariffa tal-interkambju” tfisser tariffa mħallsa għal kull tranżazzjoni, direttament jew indirettament (jiġifieri permezz ta’ terza parti), bejn il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u tal-benefiċjarju involuti fi tranżazzjoni ta’ ħlas bil-kard jew fi tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard;’

‘(9)

“tariffa tal-interkambju” tfisser tariffa mħallsa għal kull tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard, direttament jew indirettament (jiġifieri permezz ta’ terza parti), bejn l-emittent u l-akkwirent ta’ dik il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u tal-benefiċjarju involuti fi tranżazzjoni ta’ ħlas bil-kard jew fi it-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard;’

Spjegazzjoni

Qed jiġi propost illi l-kliem ta’ din i-definizzjoni jista’ jiġi ssimplifikat billi ssir referenza għall-kunċetti ta’ emittent u akkwirent.

Emenda 11

Artikolu 2(10)

‘(10)

“tariffa għas-servizzi tan-negozjant” tfisser tariffa mħallsa mill-benefiċjarju lill-akkwirent għal kull tranżazzjoni li tinkludi tariffa tal-interkambju, l-iskema ta’ pagament u t-tariffa tal-ipproċessar u l-marġni tal-akkwirent;’

‘(10)

“tariffa għas-servizzi tan-negozjant” tfisser tariffa mħallsa mill-benefiċjarju lill-akkwirent għal kull servizzi ta’ tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard li tinkludi tariffa tal-interkambju, l-iskema ta’ pagament u t-tariffa tal-ipproċessar u l-marġni tal-akkwirent mogħtija mill-akkwirent;’

Spjegazzjoni

Qed jiġi propost illi d-definizzjoni tat-tariffa għas-servizzi tan-negozjant ma tiġix ristretta għall-partiti elenkati.

Emenda 12

Artikolu 2(13)

‘(13)

“skema ta’ kards ta’ ħlas” tfisser sett uniku ta’ regoli, prattiċi, standards u/jew linji gwida ta’ implimentazzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas madwar l-Unjoni jew fl-Istati Membri, u li hija separata minn kwalunkwe infrastruttura jew sistema ta’ pagament li ssostni l-operat tagħha;’

‘(13)

“skema ta’ kards ta’ ħlas” tfisser sett uniku ta’ regoli, prattiċi, standards u/jew linji gwida ta’ implimentazzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas mibdijin minn strument ta’ pagament ibbażat fuq kard madwar l-Unjoni jew fl-Istati Membri, u li hija separata minn kwalunkwe infrastruttura jew sistema ta’ pagament li ssostni l-operat tagħha;’

Spjegazzjoni

Emendat sabiex jinkorpora l-element ta’ bidu, ir-referenzi għall-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jitħassru billi mhumiex neċessarji.

Emenda 13

Artikolu 2(14)

‘(14)

“skema ta’ ħlas bil-kard ta’ erba’ partijiet” tfisser skema ta’ ħlas bil-kard li fiha l-pagamenti jsiru mill-kont ta’ pagament tad-detentur tal-kard fil-kont ta’ pagament ta’ benefiċjarju permezz tal-intermedjazzjoni tal-iskema, fornitur tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ kards ta’ pagament (fuq in-naħa tad-detentur tal-kard) u fornitur tas-servizzi ta’ akkwist ta’ pagament (fuq in-naħa tal-benefiċjarju), u tranżazzjonijiet ibbażati fuq kard imsejsa fuq l-istess struttura;’

‘(14)

“skema ta’ ħlas bil-kard ta’ erba’ partijiet” tfisser skema ta’ ħlas bil-kard fejn is-servizzi ta’ ħruġ u ta’ akkwist jingħataw minn entitajiet li mhumiex l-entità li tirregola l-iskema ta’ kards li fiha l-pagamenti jsiru mill-kont ta’ pagament tad-detentur tal-kard fil-kont ta’ pagament ta’ benefiċjarju permezz tal-intermedjazzjoni tal-iskema, fornitur tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ kards ta’ pagament (fuq in-naħa tad-detentur tal-kard) u fornitur tas-servizzi ta’ akkwist ta’ pagament (fuq in-naħa tal-benefiċjarju), u tranżazzjonijiet ibbażati fuq kard imsejsa fuq l-istess struttura;’

Spjegazzjoni

Qed jiġi propost li ma ssirx distinzjoni bejn skemi ta’ kards ta’ tliet partijiet dawk ta’ erba’ partijiet fuq il-bażi tal-forniment ta’ servizzi ta’ ħruġ u dawk ta’ akkwist.

Emenda 14

Artikolu 2(15)

‘(15)

“skema ta’ ħlas bil-kard ta’ tliet partijiet” tfisser skema ta’ ħlas bil-kard li fiha l-pagamenti jsiru mill-kont ta’ pagament miżmum mill-iskema għan-nom tad-detentur tal-kard fil-kont ta’ pagament miżmum mill-iskema għan-nom tal-benefiċjarju, u tranżazzjonijiet ibbażati fuq kard imsejsa fuq l-istess struttura. Meta skema ta’ ħlas bil-kard ta’ tliet partijiet tilliċenza fornituri oħrajn ta’ servizzi ta’ pagament għall-ħruġ u/jew l-akkwist ta’ kards ta’ ħlas, titqies bħala skema ta’ ħlas bil-kard ta’ erba’ partijiet;’

‘(15)

“skema ta’ ħlas bil-kard ta’ tliet partijiet” tfisser skema ta’ ħlas bil-kard fejn kemm il-ħruġ kif ukoll l-akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament taħt il-marka tal-iskema jitwettqu mill-entità li tirregola l-iskema tal-kards li fiha l-pagamenti jsiru mill-kont ta’ pagament miżmum mill-iskema għan-nom tad-detentur tal-kard fil-kont ta’ pagament miżmum mill-iskema għan-nom tal-benefiċjarju, u tranżazzjonijiet ibbażati fuq kard imsejsa fuq l-istess struttura. Meta Jekk skema ta’ ħlas bil-kard ta’ tliet partijiet tilliċenza fornituri oħrajn ta’ servizzi ta’ pagament għall-ħruġ ta’ servizzi ta’ pagament ibbażati fuq kard tagħha u/jew l-akkwist tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq kard tagħha ta’ kards ta’ ħlas, titqies bħala skema ta’ ħlas bil-kard ta’ erba’ partijiet;’

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni tal-Emenda 13.

Emenda 15

Artikolu 2(16)

‘(16)

“strument ta’ ħlas” ifisser kwalunkwe apparat personalizzat u/jew sett ta’ proċeduri miftehmin bejn l-utent tas-servizz ta’ pagament u l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament, li jintuża mill-utent tas-servizz ta’ pagament, jew għan-nom tiegħu, sabiex tinbeda ordni ta’ pagament;’

‘(16)

“strument ta’ ħlas” ifisser kwalunkwe apparat personalizzat u/jew sett ta’ proċeduri miftehmin bejn l-utent tas-servizz ta’ pagament u l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament, li jintuża mill-utent tas-servizz ta’ pagament, jew għan-nom tiegħu, sabiex tinbeda ordni ta’ pagament;’

Spjegazzjoni

Din id-definizzjoni għandha tiġi allinjata mal-PSD2 proposta.

Emenda 16

Artikolu 2(17)

‘(17)

“strument ta’ ħlas ibbażat fuq kard” ifisser kwalunkwe strument ta’ ħlas, inklużi kard, mowbajl, kompjuter jew kwalunkwe apparat teknoloġiku ieħor li jkun fih l-applikazzjoni adattata, użata mill-pagatur biex tinbeda ordni ta’ pagament li mhijiex trasferiment ta’ kreditu jew debitu dirett kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012.’

‘(17)

“strument ta’ ħlas ibbażat fuq kard” tfisser kwalunkwe strument ta’ ħlas, inklużi kard, jew kull strument ta’ pagament ieħor b’karatteristiċi simili għal kard ta’ pagament, mowbajl, kompjuter jew kwalunkwe apparat teknoloġiku ieħor li jkun fih l-applikazzjoni adattata, aċċettata mill-benefiċjarju biex jirċievi pagament u użata mill-pagatur biex jinbeda pagament li mhijiex ma jirriżultax fi trasferiment ta’ kreditu jew debitu dirett kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012.;’

Spjegazzjoni

Din id-definizzjoni għandha tiġi allinjata mal-proposta ta’ abbozzar għal ‘tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard’ fl-Emenda 8.

Emenda 17

Artikolu 2(18)

‘(18)

“applikazzjoni ta’ pagament” tfisser softwer tal-kompjuter jew ekwivalenti mtella’ fuq apparat li jippermetti li jinbdew tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard u li jħalli lill-pagatur jagħti ordnijiet ta’ pagament;’

‘(18)

“applikazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard” tfisser softwer tal-kompjuter jew ekwivalenti mtella’ fuq apparat jew aċċessata mill-bogħod li jippermetti li jinbdew tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard u li jħalli l mill-pagatur jagħti ordnijiet ta’ pagament;’

Spjegazzjoni

Qed jiġi propost li l-element ta’ aċċess mill-bogħod jiġi inkorporat fid-definizzjoni ta' dan it-terminu.

Emenda 18

Artikolu 2(19)

‘(19)

“ordni ta’ pagament” tfisser kwalunkwe istruzzjoni minn pagatur lill-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tiegħu li biha jitolbu jesegwixxi tranżazzjoni ta’ pagament;’

‘(19)

“ordni ta’ pagament” tfisser kwalunkwe istruzzjoni minn pagatur jew benefiċjarju lill-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tiegħu li biha jitolbu jesegwixxi tranżazzjoni ta’ pagament;’

Spjegazzjoni

Ordnijiet ta’ pagament għal pagamenti bil-kard jistgħu jinbdew ukoll mill-benefiċjarju. Barra minn dan, l-emenda tallinja d-definizzjoni mal-PSD2 proposta.

Emenda 19

Artikolu 2(20)

‘(20)

“tranżazzjoni b’kard ta’ ħlas” tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas magħmula b’kard ta’ ħlas jew bl-użu tal-infrastruttura ta’ tranżazzjoni b’kard ta’ ħlas u bbażata fuq ir-regoli tan-negozju ta’ tranżazzjoni ta’ kard ta’ ħlas;’

‘(20)

tranżazzjoni b’kard ta’ ħlas” tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas magħmula b’kard ta’ ħlas jew bl-użu tal-infrastruttura ta’ tranżazzjoni b’kard ta’ ħlas u bbażata fuq ir-regoli tan-negozju ta’ tranżazzjoni ta’ kard ta’ ħlas;’

Spjegazzjoni

Id-definizzjoni hija simili ħafna għad-definizzjoni ta’ ‘tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard’. Iż-żewġ definizzjonijiet jistgħu jingħaqdu b’mod utli.

Emenda 20

Artikolu 2(21)

‘(21)

“fornitur tas-servizzi ta’ pagament” tfisser persuni fiżiċi jew ġuridiċi awtorizzati li jipprovdu s-servizzi ta’ pagament imniżżlin fl-anness tad-Direttiva 2007/64/KE. Fornitur tas-servizzi ta’ pagament jista’ jkun emittent jew akkwirent jew it-tnejn li huma;’

‘(21)

“fornitur tas-servizzi ta’ pagament” tfisser persuni fiżiċi jew ġuridiċi awtorizzati li jipprovdu s-servizzi ta’ pagament imniżżlin fl-anness tad-Direttiva 2007/64/KE. Fornitur tas-servizzi ta’ pagament jista’ jkun emittent jew akkwirent jew it-tnejn li huma; kull wieħed mill-korpi msemmijin fl-Artikolu 1(1) tal-PSD2 (2) proposta u persuni ġuridiċi u fiżiċi li jibbenefikaw mill-eżenzjoni skont l-Artikolu 27 tal-PSD2 proposta.

Spjegazzjoni

Trid tiġi allinjata mal-PSD2 proposta.

Emenda 21

Artikolu 2(23)

‘(23)

“tranżazzjoni ta’ pagament” tfisser azzjoni ta’ trasferiment ta’ fondi, mibdija minn pagatur jew għan-nom tiegħu jew mill-benefiċjarju, irrispettivament minn kwalunkwe obbligi sottostanti bejn il-pagatur u l-benefiċjarju;’

‘(23)

“tranżazzjoni ta’ pagament” tfisser azzjoni ta’ tpoġġija, trasferiment jew ġbid ta’ fondi, mibdija mill-pagatur jew għan-nom tiegħu jew mill-benefiċjarju, irrispettivament minn kwalunkwe obbligi sottostanti bejn il-pagatur u l-benefiċjarju;’

Spjegazzjoni

Trid tiġi allinjata mal-PSD2 proposta.

Emenda 22

Artikolu 2(24)

‘(24)

“ipproċessar” tfisser it-twettiq tas-servizzi ta’ pproċessar ta’ tranżazzjoni ta’ pagament f’termini tal-azzjonijiet rikjesti għall-ittrattar ta’ struzzjoni ta’ pagament bejn l-akkwirent u l-emittent;’

‘(24)

“ipproċessar” tfisser it-twettiq tas-servizzi ta’ pproċessar ta’ tranżazzjoni ta’ pagament f’termini tal-azzjonijiet rikjesti għall-ittrattar ta’ struzzjoni ta’ pagament bejn l-akkwirent u l-emittent l-ipproċessar awtomatiku ta’ dejta mwettaq għall-emittent jew għall-akkwirent fil-kuntest ta’ tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq kard;’

Spjegazzjoni

Emendat sabiex jikkjarifika aktar x’jinvolvu s-servizzi ta’ pproċessar ta’ tranżazzjoni ta’ pagament.

Emenda 23

Artikolu 2(25)

‘(25)

“entità ta’ pproċessar” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizzi ta’ pproċessar ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;’

‘(25)

“entità ta’ pproċessar” tfisser kwalunkwe fornitur ta’ servizz tekniku persuna fiżika jew ġuridika li t jipprovdi servizzi ta’ pproċessar ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;’

Spjegazzjoni

Emendat biex jemfasizza n-natura teknika, jiġifieri l-ipproċessar bl-IT tas-servizzi ta’ pagament li qed jingħataw.

Emenda 24

Artikoli 3 u 4

‘Artikolu 3

It-tariffi tal-interkambju fuq tranżazzjonijiet transfruntiera b’kard ta’ debitu jew ta’ kreditu tal-konsumatur

1.

B’effett minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu għal tranżazzjonijiet transfruntiera b’kard ta’ debitu tariffa tal-interkambju fuq kull tranżazzjoni jew xi rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ta’ iktar minn 0,2 % tal-valur tat-tranżazzjoni.

2.

B’effett minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu għal tranżazzjonijiet transfruntiera b’kard ta’ kreditu tariffa tal-interkambju fuq kull tranżazzjoni jew xi rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ta’ iktar minn 0,3 % tal-valur tat-tranżazzjoni.

Artikolu 4

It-tariffi tal-interkambju fuq it-tranżazzjonijiet kollha b’kard ta’ debitu jew ta’ kreditu tal-konsumatur

1.

B’effett minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu tariffa tal-interkambju fuq kull tranżazzjoni jew xi rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ta’ iktar minn 0,2 % tal-valur tat-tranżazzjoni għal kwalunkwe tranżazzjonijiet ibbażati fuq kard ta’ debitu.

2.

B’effett minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu tariffa tal-interkambju fuq kull tranżazzjoni jew xi rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ta’ iktar minn 0,3 % tal-valur tat-tranżazzjoni għal kwalunkwe tranżazzjonijiet ibbażati fuq kard ta’ kreditu.’

‘Artikolu 3

It-tariffi tal-interkambju fuq tranżazzjonijiet transfruntiera b’kard ta’ debitu jew ta’ kreditu tal-konsumatur

1.

B’effett minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu għal tranżazzjonijiet transfruntiera b’kard ta’ debitu tariffa tal-interkambju fuq kull tranżazzjoni jew xi rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ta’ iktar minn 0,2 % tal-valur tat-tranżazzjoni.

2.

B’effett minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu għal tranżazzjonijiet transfruntiera b’kard ta’ kreditu tariffa tal-interkambju fuq kull tranżazzjoni jew xi rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ta’ iktar minn 0,3 % tal-valur tat-tranżazzjoni.

Artikolu 4

It-tariffi tal-interkambju fuq it-tranżazzjonijiet kollhab’kard ta’ debitu jew ta’ kreditu tal-konsumatur

1.

B’effett minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu tariffa tal-interkambju fuq kull tranżazzjoni jew xi rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ta’ iktar minn 0,2 % tal-valur tat-tranżazzjoni għal kwalunkwe tranżazzjonijiet ibbażati fuq kard ta’ debitu.

2.

B’effett minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu tariffa tal-interkambju fuq kull tranżazzjoni jew xi rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ta’ iktar minn 0,3 % tal-valur tat-tranżazzjoni għal kwalunkwe tranżazzjonijiet ibbażati fuq kard ta’ kreditu.’

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 25

Artikolu 7(3)

u Artikolu 7(5) u (6) (ġodda) (3)

‘3.

Kwalunkwe diskriminazzjoni territorjali fir-regoli ta’ pproċessar mħaddmin minn skemi ta’ kards ta’ ħlas għandhom ikunu pprojbiti.

[…]’

‘3.

Kwalunkwe diskriminazzjoni territorjali fir-rigward tal-għażla tal-entità ta’ pproċessar fir-regoli ta’ pproċessar mħaddmin minn skemi ta’ kards ta’ ħlas għandhom ikunu pprojbiti.

[…]

5.

L-iskemi ta’ kards tal-pagament għandhom ikollhom proċedura ġusta u trasparenti biex tiżgura illi ma ssirx diskriminazzjoni indebita kontra entitajiet ta’ pproċessar oħra u li l-interoperabilità teknika ma’ entitajiet ta’ pproċessar indipendenti ma tiġix limitata.

6.

Dan l-Artikolu għandu japplika b’effett minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.’

Qed tiġi ssuġġerita emenda għall-paragrafu 3 biex tiżdied il-kjarezza tal-kliem attwali, li, preżentement, jista’ jkun interpretat b’mod li ma jħallix spazju għall-ġestjoni tar-riskju tal-pajjiż fi stadji differenti tal-ipproċessar, jiġifieri fl-awtorizzazzjoni.

Qed jiġi ssuġġerit paragrafu 5 ġdid biex jevita l-possibbiltà li skemi ta’ kards ta’ ħlas jiddiskriminaw kontra entitajiet ta’ pproċessar billi jimplimentaw regoli tan-negozju li jillimitaw indebitament l-interoperabilità bejn l-entitajiet ta’ pproċessar.

Fl-aħħar, qed jiġi ssuġġerit paragrafu 6 ġdid. L-industrija tal-pagamenti tista’ teħtieġ xi żmien addizzjonali biex timplimenta s-separazzjoni tal-iskema u l-infrastruttura tal-ipproċessar. Huwa għalhekk issuġġerit illi dan l-artikolu m’għandux japplika sa sentejn wara li r-Regolament ikun daħal fis-seħħ.

Emenda 26

Artikolu 8(3) u (5)

‘3.

L-iskemi ta’ kards ta’ ħlas ma għandhomx jimponu rekwiżiti ta’ rapporti, obbligi ta’ ħlas ta’ tariffi jew obbligi oħrajn bl-istess għan jew effett fuq il-fornituri tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ kards ta’ ħlas u ta’ akkwist ta’ pagament għal tranżazzjonijiet magħmula bi kwalunkwe apparat li fuqu hija preżenti l-marka tagħhom fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li fihom l-iskema tagħhom ma tintużax.

[…]

5.

Meta apparat ta’ ħlas joffri l-għażla bejn marki differenti ta’ strumenti ta’ ħlas, il-marka applikata għat-tranżazzjoni ta’ pagament inkwistjoni għandha tkun iddeterminata mill-pagatur fil-punt tal-bejgħ.’

‘3.

L-iskemi ta’ kards ta’ ħlas ma għandhomx jimponu rekwiżiti ta’ rapporti, obbligi ta’ ħlas ta’ tariffi jew obbligi oħrajn bl-istess għan jew effett fuq il-fornituri tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ kards ta’ ħlas u ta’ akkwist ta’ pagament għal tranżazzjonijiet magħmula bi kwalunkwe apparat li fuqu hija preżenti l-marka tagħhom fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li fihom l-iskema tagħhom ma tintużax, apparti mir-rekwiżiti ta’ rapportar imposti mir-regolaturi, l-awtoritajiet superviżorji jew il-banek ċentrali.

[…]

5.

Meta apparat ta’ ħlas joffri l-għażla bejn marki differenti ta’ strumenti ta’ ħlas, il-marka li għandha tkun applikata għat-tranżazzjoni ta’ pagament inkwistjoni għandha tinftiehem tkun iddeterminata mill-pagatur u l-benefiċjarju fil-punt tal-bejgħ.’

Għall–finijiet tas-sorveljanza, il-banek ċentrali jeħtieġu li l-iskemi ta’ kards jirrapportaw statistika dwar il-frodi bil-kards. Ikun ta’ piż sostanzjali jekk ir-rekwiżiti ta’ rapportar jiġu mmodifikati biex ikopru numru kbir ta’ fornituri. Għaldaqstant, bħala soluzzjoni għal dan, qed jiġi propost illi jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar li jipprovdu tagħrif li huwa attwalment meħtieġ mor-regolaturi, mill-awtoritajiet superviżorji jew mill-banek ċentrali.

L-għażla ta’ marka speċifika għandha tinftiehem b’mod konġunt mid-detentur tal-kard (jiġifieri l-pagatur) u min-negozjant (il-benefiċjarju). Jekk l-għażla tkun biss tal-pagatur, hemm ir-riskju illi l-pagatur jagħżel marka għalja li, filwaqt illi tagħtih benefiċċji addizzjonali, twassal għal kostijiet ogħla għan-negozjant li, fl-aħħar mill-aħħar, jistgħu jwasslu għal prezzijiet ogħla għall-klijenti kollha tan-negozjant.

Emenda 27

Artikolu 10(1)

‘1.

L-iskemi ta’ ħlas u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx japplikaw xi regola li tista’ tobbliga lill-benefiċjarji jaċċettaw kards u strumenti oħrajn ta’ ħlas maħruġin minn fornitur wieħed ta’ servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament fil-qafas ta’ skema ta’ strumenti ta’ ħlas sabiex jaċċettaw ukoll strumenti oħrajn ta’ ħlas tal-istess marka u/jew kategorija maħruġin minn fornituri oħrajn tas-servizzi tal-ħruġ ta’ pagament fil-qafas tal-istess skema, ħlief meta jkunu soġġetti għall-istess tariffa regolata tal-interkambju.’

‘1.

L-iskemi ta’ ħlas u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx japplikaw xi regola li tista’ tobbliga lill-benefiċjarji jaċċettaw kards u strumenti oħrajn ta’ ħlas maħruġin minn fornitur wieħed ta’ servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament fil-qafas ta’ skema ta’ strumenti ta’ ħlas kards sabiex jaċċettaw ukoll marki, strumenti ta’ ħlas jew prodotti oħrajn tal-istess marka u/jew kategorija maħruġin minn fornituri oħrajn tas-servizzi tal-ħruġ ta’ pagament fil-qafas tal-istess skema, ħlief meta jkunu soġġetti għall-istess tariffa regolata tal-interkambju.’

Spjegazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk jiġux aċċettati kards, kif ukoll il-marki partikolari jew il-kards li jistgħu jiġu aċċettati taħt ċerta skema, għandha tkun deċiżjoni kummerċjali li tittieħed min-negozjant. L-awtorizzazzjoni lil skemi u fornituri biex japplikaw regoli li jimponu fuq il-benefiċjarji l-aċċettazzjoni obbligatorja ta' kards li huma suġġetti għall-istess tariffa tal-interkambju regolata tidher usa' milli meħtieġ. L-emendi addizzjonali għandhom l-għan li jissimplifikaw ir-rekwiżiti stipulati f’dan il-paragrafu. Skont il-premessa 29, l-għan ta’ dan il-paragrafu huwa li jitneħħa l-element “Onora l-Prodotti Kollha” tar-regola “Onora l-Kards Kollha”. Il-kundizzjonijet fuq l-emittenti mhumiex neċessarji biex jintlaħaq dan l-objettiv.

Emenda 28

Artikolu 10(5)(ġdid)

L-ebda test

5.

In-negozjanti jistgħu jiddeċiedu li ma jaċċettawx il-kards jew l-istrumenti ta’ pagament l-oħra kollha jekk jipprovdu livell baxx ta’ sigurtà u jekk l-akkwirent ma jiggarantixxix il-pagament sħiħ ta’ tranżazzjonijiet awtorizzati.’

Spjegazzjoni

In-negozjanti għandhom jitħallew ma jaċċettawx kards b’karatteristiċi tas-sigurtà aktar baxxi, eż kards mingħajr mikroċipp, billi pagament fejn intużaw kards bħal dawn ma jkunx iggarantit,li jesponihom għal riskju finanzjarju akbar.


(1)  It-tipa skura fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi t-tħassir ta’ test.

(2)  COM (2013) 547/3

(3)  Wieħed għandu jinnota li r-referenzi f'din l-opinjoni jirrispekkjaw l-iskema ta’ numerazzjoni għall-paragrafi fil-COM (2013) finali 550/2.


Top