EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AB0103

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 11 ta’ Diċembru 2012 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta’ investiment (CON/2012/103)

OJ C 70, 9.3.2013, p. 2–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/2


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Diċembru 2012

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta’ investiment

(CON/2012/103)

2013/C 70/02

Introduzzjoni u bażi legali

Fil-11 u t-18 ta’ Settembru 2012, il Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) rċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta’ investiment (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE jilqa’ r-regolament propost, li għandu l-għan li jtejjeb it-trasparenza ta’ prodotti ta’ investiment għall-konsumaturi u jiżgura li investituri fil-livell ta' konsumatur jkunu jistgħu jifhmu l-karatteristiċi ewlenin u r-riskji ta’ prodotti ta’ investiment u jqabblu l-karatteristiċi ta’ prodotti differenti. Id-divulgazzjoni xierqa tiffaċilita l-protezzjoni tal-konsumatur, li għandha rwol ewlieni fiż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

Kummenti speċifiċi

1.   Konsistenza ma’ inizjattivi leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea

1.1.

Ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn setgħat superviżorji adegwati, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-Unjoni, sabiex il-promozzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ xi strumenti finanzjarji jiġu pprojbiti jew limitati f’każ ta’ theddida għall-funzjonament bla xkiel ta’ swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha jew il-protezzjoni tal-investitur (2). Il-BĊE jemfasizza l-importanza li jiġi żgurat illi l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizżzi finanzjarji tagħti setgħat ta’ intervenzjoni adegwati lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASEi) u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. B’mod partikolari, is-superviżuri bankarji u tal-assigurazzjoni jistgħu jiksbu setgħat ta’ intervenzjoni simili għal dawk assenjati lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (EMIR) dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju (minn hawn “il quddiem il-‘MiFIR propost”) (3).

1.2.

Minbarra l-armonizzazzjoni ta’ informazzjoni prekontrattwali mdaħħla mir-regolament propost, il-BĊE jirrakkomanda illi r-rekwiżiti tal-imġieba tas-suq fir-rigward tal-bejgħ ta’ prodotti finanzjarji għandu jsir ukoll konsistenti fis-setturi tas-servizzi finanzjarji billi, fejn xieraq, jiġu segwiti miżuri li jkunu diġà ġew proposti (4).

1.3.

Finalment, għandhom ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn tipi differenti ta' prodotti ta' investiment bil-ħsieb li jiġi evitat arbitrage regolatorju għad-detriment tal-prodotti ta’ investiment li mhumiex koperti mir-regolament propost, bħal ma huma l-istrumenti finanzjarji mhux komplessi. Rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għal kategoriji oħrajn ta' prodotti finanzjarji taħt leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti għandhom ikunu kkumplimentati mid-dokument standardizzat dwar l-informazzjoni ewlenija (KID – key information document) introdott mir-regolament propost. Dan jista’, b’mod partikolari, jirrigwarda l-prodotti koperti minn Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li jemenda d-Direttiva 2001/34/KE (5) u d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (6).

2.   Responsabbiltà għall-produzzjoni tal-KID

Ir-regolament propost jassenja r-responsabbiltà għat-tħejjija tal-KID lill-manifattur tal-prodott ta’ investiment li huwa wkoll responsabbli fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija (7). Madankollu, l-investituri fil-livell ta’ konsumatur huma f’kuntatt dirett mad-distributuri, u mhux mal-manifatturi, ta’ prodotti ta’ investiment. Għalhekk, id-distributur ta’ prodott ta’ investiment għandu jkun ukoll responsabbli biex jiżgura illi investitur fil-livell ta’ konsumatur ikollu mod effettiv biex jippreżenta lment kontra l-manifattur fir-rigward tal-KID u biex iniedi proċedura ta’ rimedju. Barra minn dan, il-BĊE iqis illi l-arranġament propost għandu jippermetti proċeduri ta’ rimedju effettivi wkoll f’każ ta’ tilwim transkonfinali, b’mod partikolari fejn il-manifattur jinsab fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz.

3.   Kontenut tal-KID

Il-BĊE jirrakkomanda illi r-regolament propost jitlob lill-KID b’mod espliċitu biex jinkludi l-elementi li ġejjin: (i) ir-riskji tal-kontroparti, operattivi u tal-likwidità li jeffettwaw il-prodott ta’ investiment; (ii) is-sensittività tal-prestazzjoni tal-prodotti għal xenarji ta’ stress effettivi; u (iii) il-komponent leveraged tal-prodott sakemm dan il-komponent jista’ jimmultiplika r-riskji applikabbli. Komponenti ta' informazzjoni addizzjonali bħal dawn ser jiżguraw illi l-KID ma jwassalx lil investituri biex jiddependu b’mod eċċessiv fuq ix-xejriet tal-prestazzjoni tal-imgħoddi u li jagħti deskrizzjoni kompleta u ġusta tar-riskji relatati ma’ prodotti ta’ investiment.

4.   Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi

Il-BĊE jirrakkomanda illi r-regolament propost għandu jiġi emendat sabiex jiżgura l-armonizzazzjoni ma' leġiżlazzjoni tal-Unjon oħra proposta (8) li tintroduċi sanzjonijiet amministrattivi, b’mod partikolari billi jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar sanzjonijiet amministrattivi bil-flus.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi r-regolament propost jiġi emendat, għal dan il-għan qed jiġu stipulati fl-Anness proposti speċifiċi għall-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Diċembru 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  KUMM(2012) 352 finali.

(2)  Ara l-paragrafu 12.1 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2012/21 tat-22 ta’ Marzu 2012 dwar (i) proposta għal direttiva dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ii) proposta għal regolament dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (EMIR) dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju, (iii) proposta għal direttiva dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq u (iv) proposta għal regolament dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq) (ĠU C 161, 7.6.2012, p. 3). L-opinjonijiet kollha tal-BCE huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu

(3)  KUMM(2011) 652 finali, ara l-Artikoli 31 u 32.

(4)  Ara, pereżempju, ir-regoli dwar l-ambitu permess għal servizzi li jikkonsistu biss fit-twettiq tal-ordnijiet tal-klijenti u li huma offruti minn ditti tal-investiment li jinsab fl-Artikolu 25(3) tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, COM(2011) 656 finali (minn hawn ‘il quddiem il-“MiFID proposta”).

(5)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(6)  ĠU L 335, 17.12.2009, p.1. Ara, b’mod partikolari, l-Artikoli 183 sa 185.

(7)  Ara l-Artikolu 5 tar-regolament propost.

(8)  Ara l-Artikolu 75(2) (e) u (f) tal-MiFID propost. Ara wkoll l-Artikolu 99a(2) (e) u (f) li ser jiġu inseriti fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il- koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32) mill-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet, COM(2012) 350 final (minn hawn ’il quddiem id-“direttiva proposta UCITS V”).


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BCE (1)

Emenda 1

Artikolu 25

“Artikolu 25

1.   Erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizza dan ir-Regolament. L-analiżi għandha tinkludi stħarriġ ġenerali dwar l-applikazzjoni prattika tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament u tqis l-iżviluppi fis-swieq għall-prodotti ta’ investiment għall-konsumaturi. Fir-rigward tal-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE, l-analiżi għandha tivvaluta jekk l-arranġamenti tranżizzjonali skont l-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament għandhomx jiġu mtawwla, jew jekk, wara l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe aġġustament meħtieġ, id-dispożizzjonijiet dwar it-tagħrif ewlieni għall-investitur fid-Direttiva 2009/65/KE jistgħu jiġu mibdula minn jew meqjusa ekwivalenti għad-dokument bit-tagħrif ewlieni għall-investitur skont dan ir-Regolament. L-analiżi għandha wkoll tirrifletti fuq il-possibbiltà ta’ estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal prodotti finanzjarji oħra.

2.   Wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkompanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.’

“Artikolu 25

1.   Wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji bil-ħsieb li jiġu vvalutati l-merti ta’: (i) l-introduzzjoni ta’ dokumenti standardizzati bit-tagħrif ewlieni skont ir-regoli introdotti minn dan ir-Regolament fir-rigward ta’ kategoriji ta’ strumenti finanzjarji mhux koperti minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-prodotti koperti mid-Direttiva 2003/71/KE u d-Direttiva 2009/138/KE; (ii) l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti armonizzati dwar l-imġieba tas-suq fir-rigward tal-bejgħ ta' prodotti finanzjarji; u (iii) l-għoti ta’ setgħat lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jintervjenu fir-rigward ta’ kategoriji speċifiċi ta’ prodotti finanzjarji, inkluż permezz ta’ projbizzjonijiet ta’ prodotti introdotti fl-interess tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-istabbiltà finanzjarja, billi jitqiesu s-setgħat introdotti f’dan ir-rigward mir-Regolament (UE) Nru xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [data] dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament [EMIR] dwar id-derivatitivi OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitaorji ta’ tan-negozju (2).

1 2.   Erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizza dan ir-Regolament. L-analiżi għandha tinkludi stħarriġ ġenerali dwar l-applikazzjoni prattika tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament u tqis l-iżviluppi fis-swieq għall-prodotti ta’ investiment għall-konsumaturi. Fir-rigward tal-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE, l-analiżi għandha tivvaluta jekk l-arranġamenti tranżizzjonali skont l-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament għandhomx jiġu mtawwla, jew jekk, wara l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe aġġustament meħtieġ, id-dispożizzjonijiet dwar it-tagħrif ewlieni għall-investitur fid-Direttiva 2009/65/KE jistgħu jiġu mibdula minn jew meqjusa ekwivalenti għad-dokument bit-tagħrif ewlieni għall-investitur skont dan ir-Regolament. L-analiżi għandha wkoll tirrifletti fuq il-possibbiltà ta’ estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal prodotti finanzjarji oħra.

2 3.   Wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkompanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Spjegazzjoni

Għandhom ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn tipi differenti ta' prodotti ta' investiment bil-ħsieb li jiġi evitat arbitrage regolatorju għad-detriment tal-prodotti ta’ investiment li mhumiex koperti mir-regolament propost, bħalma huma l-istrumenti finanzjarji mhux komplessi. Rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għal kategoriji oħrajn ta' prodotti finanzjarji taħt leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti għandhom ikunu kkumplimentati mill-KID standardizzat introdott mir-regolament propost. Bl-istess mod, ir-rekwiżiti tal-imġieba tas-suq li jirrigwardaw il-bejgħ ta’ prodotti finanzjarji għandhom jiġu introdotti b’mod armonizzat fir-rigward ta’ sett ta’ prodotti definit b’mod wiesa’. L-ASEi u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom fl-istess waqt jingħataw setgħat biex jintervjenu fir-rigward ta’ kategoriji speċifiċi ta’ prodotti finanzjarji, inkluż permezz tal-projbizzjoni tagħhom minħabba tħassib lijirrigwarda l-protezzjoni tal-investitur u l-istabbiltà finanzjarja. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat l-eżitu tal-proċess leġiżlattiv għaddej li fih dawn ir-rekwiżiti tal-imġieba tas-suq u s-setgħat ta’ intervenzjoni superviżorja ser jiġu introdotti permezz tal-MiFIR propost.

Emenda 2

Artikolu 8(2)

“2.   Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

taħt taqsima fil-bidu tad-dokument, l-isem tal-prodott ta’ investiment u l-identità tal-manifattur tal-prodott ta’ investiment;

(b)

taħt it-taqsima bit-titolu ‘X’inhu dan l-investiment?’, in-natura u l-karatteristiċiewlenin tal-prodott ta’ investiment, inkluż

(i)

it-tip ta’ prodott ta’ investiment;

(ii)

l-għanijiet tiegħu u l-mezzi biex jinkisbu;

(iii)

indikazzjoni dwar jekk il-manifattur tal-prodott ta’ investiment hux qed jimmira għal riżultati ambjentali, soċjali jew ta’ governanza speċifiċi, kemm fir-rigward tat-twettiq tan-negozju tiegħu jew fir-rigward ta’ prodott ta’ investiment, u jekk hu hekk, indikazzjoni tar-riżultati li qed jimmira għalihom u kif dawn se jinkisbu;

(iv)

fejn il-prodott ta’ investiment joffri benefiċċji tal-assigurazzjoni, id-dettalji ta’ dawn il-benefiċċji tal-assigurazzjoni;

(v)

it-terminu ta’ żmien tal-prodott ta’ investiment, jekk magħruf;

(vi)

ix-xenarji tal-prestazzjoni, jekk rilevanti skont in-natura tal-prodott;

(c)

taħt it-taqsima bit-titolu ‘Nista’ nitlef il-flus?’, indikazzjoni fil-qosor dwar il-possibbiltà ta’ telf tal-kapital, inkluż

(i)

kwalunkwe garanziji jew protezzjoni tal-kapital mogħtija, kif ukoll kwalunkwe limitazzjonijiet għalihom;

(ii)

jekk il-prodott ta’ investiment huwiex kopert bi skema ta’ kumpens jew garanzija;

(d)

taħt taqsima intitolata ‘X'inhu l-użu tiegħu?’ indikazzjoni tal-perijodu minimu ta' parteċipazzjoni rakkomandat u l-profil tal-likwidità mistenni tal-prodott inkluż il-possibbiltà u l-kundizzjonijiet għal kwalunkwe diżinvestiment qabel il-maturità, wara li jiġu kkunsidrati l-profil tar-riskji u l-benefiċċji tal-prodott ta’ investiment u l-evoluzzjoni tas-suq li jimmira għalihom.

(e)

taħt it-taqsima bit-titolu ‘X’inhuma r-riskji u x’nista’ nieħu lura?’, il-profil tar-riskji u l-benefiċċji tal-prodott ta’ investiment, inkluż indikatur f’għamla sommarja ta’ dan il-profil u t-twissijiet fir-rigward ta’ kwalunkwe riskju speċifiku li jista' ma jkunx rifless bis-sħiħ fl-indikatur f’għamla sommarja;

(f)

taħt it-taqsima bit-titolu ‘X’inhuma l-ispejjeż?’, l-ispejjeż assoċjati mal-investiment fil-prodott ta’ investiment, li jinkludu kemm l-ispejjeż diretti kif ukoll dawk indiretti li għandu jġorr l-investitur, inkluż indikaturi f’għamla sommarja ta’ dawn l-ispejjeż;

(g)

taħt it-taqsima bit-titolu "Kif mar fil-passat?", il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-prodott ta’ investiment, jekk dan huwa rilevanti skont in-natura tal-prodott u t-tul tar-rekord tal-prestazzjoni tiegħu fl-imgħoddi;

(h)

fil-każ ta' prodotti tal-pensjoni, taħt taqsima bit-titolu ‘X’nista’ nieħu meta nirtira?’, projezzjonijiet tar-riżultati futuri possibbli.”

“2.   Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

taħt taqsima fil-bidu tad-dokument, l-isem tal-prodott ta’ investiment u l-identità tal-manifattur tal-prodott ta’ investiment;

(b)

taħt it-taqsima bit-titolu ‘X’inhu dan l-investiment?’, in-natura u l-karatteristiċiewlenin tal-prodott ta’ investiment, inkluż

(i)

It-tip ta’ prodott ta’ investiment;

(ii)

l-għanijiet tiegħu u l-mezzi biex jinkisbu;

(iii)

indikazzjoni dwar jekk il-manifattur tal-prodott ta’ investiment hux qed jimmira għal riżultati ambjentali, soċjali jew ta’ governanza speċifiċi, kemm fir-rigward tat-twettiq tan-negozju tiegħu jew fir-rigward ta’ prodott ta’ investiment, u jekk hu hekk, indikazzjoni tar-riżultati li qed jimmira għalihom u kif dawn se jinkisbu;

(iv)

fejn il-prodott ta’ investiment joffri benefiċċji tal-assigurazzjoni, id-dettalji ta’ dawn il-benefiċċji tal-assigurazzjoni;

(v)

it-terminu ta’ żmien tal-prodott ta’ investiment, jekk magħruf;

(vi)

ix-xenarji tal-prestazzjoni, jekk rilevanti skont in-natura tal-prodott;

(c)

taħt it-taqsima bit-titolu ‘Nista’ nitlef il-flus?’, indikazzjoni fil-qosor dwar il-possibbiltà ta’ telf tal-kapital, inkluż

(i)

kwalunkwe garanziji jew protezzjoni tal-kapital mogħtija, kif ukoll kwalunkwe limitazzjonijiet għalihom;

(ii)

jekk il-prodott ta’ investiment huwiex kopert bi skema ta’ kumpens jew garanzija;

(d)

taħt taqsima intitolata ‘X'inhu l-użu tiegħu?’ indikazzjoni tal-perijodu minimu ta' parteċipazzjoni rakkomandat u l-profil tal-likwidità mistenni tal-prodott inkluż il-possibbiltà u l-kundizzjonijiet għal kwalunkwe diżinvestiment qabel il-maturità, wara li jiġu kkunsidrati l-profil tar-riskji u l-benefiċċji tal-prodott ta’ investiment u l-evoluzzjoni tas-suq li jimmira għalihom.

(e)

taħt it-taqsima bit-titolu ‘X’inhuma r-riskji u x’nista’ nieħu lura?’, il-profil tar-riskji u l-benefiċċji tal-prodott ta’ investiment, inkluż indikatur f’għamla sommarja ta’ dan il-profil, u twissija li r-redditu fuq il-prodott jista' jintlaqat b’mod negattiv mir-riskji elenkati u segwita minn deskrizzjoni ta’:

(i)

ir-riskji tal-kontroparti, operattivi u ta’ likwidità li jeffettwaw il-prodott;

(ii)

is-sensittività tal-prestazzjoni tal-prodotti għal xenarji ta’ stress effettivi;

(iii)

il-komponent leveraged tal-prodott safejn dan il-komponent jista’ jimmultiplika r-riskji;

(iv)

u t-twissijiet fir-rigward ta’ kwalunkwe riskju speċifiku ieħor li jista' ma jkunx rifless bis-sħiħ fl-indikatur f’għamla sommarja;

(f)

taħt it-taqsima bit-titolu ‘X’inhuma l-ispejjeż?’, l-ispejjeż assoċjati mal-investiment fil-prodott ta’ investiment, li jinkludu kemm l-ispejjeż diretti kif ukoll dawk indiretti li għandu jġorr l-investitur, inkluż indikaturi f’għamla sommarja ta’ dawn l-ispejjeż;

(g)

taħt it-taqsima bit-titolu ‘Kif mar fil-passat?’, il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-prodott ta’ investiment, jekk dan huwa rilevanti skont in-natura tal-prodott u t-tul tar-rekord tal-prestazzjoni tiegħu fl-imgħoddi, inkluż twissija li l-prestazzjoni fl-imgħoddi mhijiex garanzija għall-eżitu tal-investiment fil-futur u li r-riskji msemmija fit-taqsimiet l-oħra tal-KID jistgħu jkollhom impatt negattiv sostanzjali fuq l-investiment;

(h)

fil-każ ta' prodotti tal-pensjoni, taħt taqsima bit-titolu ‘X’nista’ nieħu meta nirtira?’, projezzjonijiet tar-riżultati futuri possibbli.”

Spjegazzjoni

Il-komponenti ta' informazzjoni addizzjonali ser jiżguraw illi l-KID ma twassalx lil investituri biex jiddependu b’mod eċċessiv fuq ix-xejriet tal-prestazzjoni tal-imgħoddi u li jagħti deskrizzjoni kompleta u ġusta tar-riskji relatati ma’ prodotti ta’ investiment.

Emenda 3

Artikolu 14

“Artikolu 14

Il-manifattur tal-prodott ta’ investiment għandu jistabbilixxi proċeduri u arranġamenti xierqali jiżguraw li l-investituri fil-livell ta' konsumatur li jkunu ssottomettew ilment fir-rigward tad-dokument bit-tagħrif ewlieni jirċievu tweġiba sostantiva fil-waqt u b’mod xieraq.”

“Artikolu 14

Il-manifattur tal-prodott ta’ investiment u d-distributur għandu hom jistabbilixxi u proċeduri u arranġamenti xierqa li jiżguraw li: (i) l-investituri fil-livell ta’ konsumatur ikollhom mezz effettiv biex jissottomettu lment kontra l-manifattur tal-prodott ta’ investiment u b’hekk li jibdew proċedura ta’ rimedju; (ii) l-investituri fil-livell ta' konsumatur li jkunu ssottomettew ilment fir-rigward tad-dokument bit-tagħrif ewlieni jirċievu tweġiba sostantiva fil-waqt u b’mod tempestiv u xieraq; u (iii) proċeduri ta’ rimedju effettivi huma ukoll disponibbli għal investituri fil-livell ta’ konsumatur f’każ ta’ tilwim transkonfinali, b’mod partikolari fejn il-manifattur tal-prodott ta’ investiment jinsa fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz.”

Spjegazzjoni

Ir-regolament propost jassenja r-responsabbiltà għat-tħejjija tal-KID lill-manifattur tal-prodott ta’ investimentli li huwa wkoll responsabbli fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija. Madankollu, l-investituri fil-livell ta’ konsumatur huma f’kuntatt dirett mad-distributuri, u mhux mal-manifatturi, ta’ prodotti ta’ investiment. Għalhekk, id-distributur ta’ prodott ta’ investiment għandu jkun ukoll responsabbli biex jiżgura illi investitur fil-livell ta’ konsumatur ikollu mod effettiv biex jippreżenta lment kontra l-manifattur fir-rigward tal-KID u biex iniedi proċedura ta’ rimedju. Il-proċeduri ta’ rimedju għandhom ikunu wkoll effettivi f’każ ta’ tilwim transkonfinali, b’mod partikolari fejn il-manifattur tal-prodott ta’ investiment jinsab fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz.

Emenda 4

Artikolu 19(2)

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa jimponu mill-inqas dawn il-miżuri u sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin:

(a)

ordni li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott ta’ investiment;

(b)

ordni li tissospendi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott ta’ investiment;

(c)

twissija, li ssir pubblika u li tidentifika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur;

(d)

ordni għall-pubblikazzjoni ta’ verżjoni ġdida tad-dokument bit-tagħrif ewlieni.”

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa jimponu mill-inqas dawn il-miżuri u sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin:

(a)

ordni li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott ta’ investiment;

(b)

ordni li tissospendi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott ta’ investiment;

(c)

twissija, li ssir pubblika u li tidentifika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur;

(d)

ordni għall-pubblikazzjoni ta’ verżjoni ġdida tad-dokument bit-tagħrif ewlieni;

(e)

f’każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi bi flus li jaslu sa 10 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna fis-sena ta’ negozju preċedenti; fejn il-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali, il-fatturat annwali totali relevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mill- ammont konsolidat tal-impriża prinċipali finali tal-grupp fis-sena ta’ negozju preċedenti;

(f)

f’każ ta’ persuna naturali, sanzjonijiet amministrattivi bi flus li jaslu sa EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri fejn l-euro mhijiex il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Spjegazzjoni

L-emendi rakkomandati jiżguraw l-armonizzazzjoni fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi bil-flus ma’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra proposta, b’mod partikolari il-MiFID proposta u d-direttiva proposta UCITS V.


(1)  It-tipa skura fil-korp tat-test tindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(2)  ĠU L ..., ..., p. ....


Top