EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AB0049

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 24 ta’ Ġunju 2014 dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (CON/2014/49)

OJ C 336, 26.9.2014, p. 5–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/5


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-24 ta’ Ġunju 2014

dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli

(CON/2014/49)

(2014/C 336/04)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-18 ta’ Marzu 2014 u fis-27 ta’ Marzu 2014, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mingħand il-Parlament Ewropew u mingħand il-Kunsill, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (1) (minn hawn ‘il quddiem “ir-regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

B’mod ġenerali, il-BĊE jilqa’ r-regolament propost, li għandu l-għan li jżid is-sigurtà u t-trasparenza tas-suq finanzjarju, skont ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) u approvati f’Settembru tal-2013 mill-mexxejja tal-G20 (2). Ir-regolament propost jintroduċi miżuri fi tliet oqsma: (1) id-dettalji tat-tranżazzjonijiet iridu jiġu rrapportati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, u l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi relevanti tal-Unjoni jrid ikollhom aċċess dirett u immedjat għal dawn id-dettalji sabiex jiġi ffaċilitat l-immonitorjar tal-akkumulazzjoni ta’ riskji sistemiċi relatati mal-użu tat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFT), li għal finijiet tar-regolament propost jinkludu tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet, u tranżazzjonijiet oħra b’effett ekonomiku ekwivalenti u li joħolqu riskji simili, b’mod partikolari tranżazzjonijiet ta’ xiri-bejgħ lura u bejgħ-xiri lura; (2) l-informazzjoni dwar l-SFT trid tiġi żvelata lill-investituri li l-assi tagħhom huwa impjegat f’dawn it-tranżazzjonijiet jew fi strutturi oħra ta’ finanzjament li għandhom effetti ekwivalenti għall-SFT; u (3) irid ikun hemm trasparenza kuntrattwali tal-attivitajiet ta’ riipotekazzjoni. Il-BĊE jikkunsidra illi r-regoli uniformi l-ġodda dwar ir-rapportar u t-trasparenza tal-SFT, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar ir-reipotekazzjoni, jista’ jkollhom rwol importanti fit-titjib tal-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni. Barra minn dan, ir-regolament propost għandu jikkunsidra x-xogħol tal-grupp ta’ esperti tad-dejta tal-FSB dwar is-swieq ta’ finanzjament tat-titoli, li ġie stabbilit biex iressaq ‘il quddiem rakkomandazzjonijiet dwar il-ġbir tad-dejta u l-aggregazzjoni f’livell globali skont ir-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB, u li se jiżviluppa standards u proċessi sal-aħħar tal-2014 (3). Barra dan, il-BĊE jagħmel il-kummenti speċifiċi li ġejjin.

2.   Osservazzjonijiet speċifiċi

2.1.   Eżenzjoni mill-obbligi ta’ trasparenza u rapportar għat-tranżazzjonijiet tal-bank ċentrali

Il-qafas propost ta’ rapportar u trasparenza ma jipprovdix eżenzjoni fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li għalihom bank ċentrali tas-SEBĊ huwa kontroparti (4).

F’dan ir-rigward, il-BĊE jinnota illi, filwaqt li r-rapportar u t-trasparenza tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-banek ċentrali bħala parti mill-kompiti u l-objettivi statutorji rispettivi tagħhom ma jiksbux trasparenza ikbar għas-suq, l-effettività ta’ dawn l-operazzjonijiet, jiġifieri fil-qasam tal-politika monetarja jew tal-operazzjonijiet ta’ kambju barrani, u konsegwentament it-twettiq mill-banek ċentrali ta’ dawn il-kompiti, li jiddependu mill-puntwalità u l-kunfidenzjalità, jistgħu jiġu kompromessi severament mir-rapportar jew mit-trasparenza tal-informazzjoni fuq dawn it-tranżazzjonijiet.

Bil-ħtieġa li l-kontropartijiet tat-tranżazzjonijiet, li tagħhom membru tas-SEBĊ huwa parti, li jirrapportaw id-dettalji kollha relatati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jistgħu jinterferixxu mar-reġimi tal-kunfidenzjalità tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) u jegħlbu l-iskop tal-immunitajiet mogħtija lill-BĊE skont it-Trattat, b’mod partikolari l-invjolabbiltà tal-arkivji u l-komunikazzjonijiet uffiċjali tal-BĊE (5). Għal dawn ir-raġunijiet, l-SFT li tagħhom il-bank ċentrali tas-SEBĊ huwa kontroparti għandhom jiġu eżenti mill-obbligi ta’ rapportar u trasparenza.

Il-BĊE jirrakkomanda bil-qawwa li tiġi inkluża eżenzjoni bbażata fuq tranżazzjoni fir-regolament propost (6). In-nuqqas li tiġi inkluża din l-eżenzjoni jkollha l-istess effett bħall-impożizzjoni tal-obbligi ta’ rapportar u trasparenza fuq is-SEBĊ innifisha.

2.2.   Kjarifika tas-setgħa tal-Kummissjoni li temenda l-lista ta’ eżenzjonijiet

Barra dan, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat l-Artikolu 2(3) tar-regolament propost, li jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li temenda l-lista ta’ eżenzjonijiet skont l-Artikolu 2(2) permezz ta’ att delegat. Il-BĊE jikkunsidra li l-Artikolu 2(3) għandu jinkludi referenza diretta għall-possibbiltà tal-estensjoni tal-lista ta’ eżenzjonijiet biex tinkludi l-banek ċentrali tal-pajjiżi terzi (7).

2.3.   Reipotekazzjoni

Għall-finijiet tar-regolament propost, riipotekazzjoni tfisser “l-użu minn kontroparti riċevitur ta’ strumenti finanzjarji rċevuti bħala kollateral f’isimha stess u għan-nom tagħha stess jew f’isem kontraparti oħra” (8). Ir-regolament propost jipprovdi li kontroparti li tirċievi strumenti finanzjarji bħala kollateral se titħalla tirriipotekazzjonahom biss bil-kunsens espress tal-kontroparti li tipprovdi u biss wara li dawn jiġu ttrasferiti fil-kont tagħha stess (9).

Il-BĊE jilqa’ l-obbligi ta’ rapportar għall-SFT skont l-Artikolu 4, inkluż l-obbligu li jirapportaw id-dettalji tal-kollateral provdut, b’mod partikolari fejn ikun disponibbli għar-riipotekazzjoni jew jekk ikun ġie riipotekat. Barra dan, il-BĊE jilqa’ l-obbligi ta’ trasparenza kuntrattwali skont l-Artikolu 15 tar-regolament propost. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-BĊE jipproponi li t-terminoloġija fir-regolament propost tiġi allinjata kemm jista’ jkun mar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB (10), u għalhekk jiġi applikat it-terminu “użu mill-ġdid” minflok “riipotekazzjoni”, li jirrifletti aħjar l-iskop usa’ tat-tranżazzjonijiet koperti mir-regolament propost u jipprovdi ċertezza legali lill-parteċipanti tas-suq. Il-BĊE jipprovdi proposti għall-abbozzar għal dak il-għan (11).

Fir-rigward tal-obbligi ta’ trasparenza kuntrattwali, ir-regolament propost ma jagħmilx distinzjoni bejn kollateral finanzjarju ttrasferit skont “arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu” u pprovdut skont pprovdut skont “arranġament dwar kollaterali finanzjarju ta’ garanzija” skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/47/KE (12). Skont l-arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu, il-fornitur tal-kollateral jittrasferixxi s-sjieda sħiħa ta’, jew id-dritt sħiħ għal, kollateral finanzjarju lil min jakkwista l-kollateral. B’kuntrast ma’ dan, skont l-arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ garanzija il-fornitur tal-kollateral jipprovdi kollateral finanzjarju permezz ta’ titolu għal jew favur min jakkwista l-kollateral, u għalhekk is-sjieda sħiħa jew kwalifikata ta’, jew id-dritt sħiħ għal, il-kollateral finanzjarju jibqa’ mal-fornitur tal-kollateral meta d-dritt tas-sigurtà jiġi stabbilit. Minn perspettiva ta’ stabbiltà finanzjarja, l-iskop wiesa’ tar-regolament propost għandu, fil-prinċipju, jiġi milqugħ. Madankollu, meta wieħed iqis id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/47/KE, min jakkwista l-kollateral m’għandux jiġi mċaħħad mit-tgawdija tas-sjieda sħiħa jew tad-dritt sħiħ għall-kollateral finanzjarju, ladarba jkun daħal fis-seħħ arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu. Filwaqt li l-kontroparti li tirċievi madankollu għandha tkun obbligata li tikkonforma mal-obbligi l-oħra skont l-Artikolu 15 tar-regolament propost, għandu jiġi kkjarifikat li d-dħul f’arranġament kollaterali dwar trasferiment ta’ titolu finanzjarju diġa’ jimplika kunsens ta’ użu mill-ġdid u li kull ksur tal-obbligi skont l-Artikolu 15 ma jaffettwax il-validità jew l-eżegwibbiltà tal-SFT, u l-kontroparti li tirċievi tista’ tkun suġġetta biss għas-sanzjonijiet amministrattivi skont ir-regolament propost. Il-BĊE jipprovdi proposti għall-abbozzar għal dak il-għan (13).

Il-BĊE jinnota li r-regolament propost jiffoka biss fuq l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ rapportar u trasparenza. Madankollu, il-kriżi finanzjarja riċenti uriet li jistgħu jirriżultaw riskji għall-istabbiltà finanzjarja minn prattiċi ta’ użu mill-ġdid u riipotekazzjoni tal-assi tal-klienti: jistgħu iżidu r-riskju ta’ kontaġju, potenzjalment iwasslu għall-akkumulazzjoni ta’ lieva finanzjarja eċċessiva fis-sistema finanzjarja u jistgħu iżidu wkoll ir-riskju ta’ azzjonijiet fuq istituzzjonijiet individwali. F’dan il-kuntest, huwa osservat li r-rakkomandazzjonijiet ġew magħmula f’livell internazzjonali mill-FSB biex jintroduċu limiti fir-rigward: (1) ir-riipotekazzjoni tal-assi tal-klijent għall-finijiet tal-finanzjament tal-attivitajiet għan-nom proprju tal-intermedjarju; u (2) l-entitajiet permessi li jinvolvu ruħhom fir-riipotekazzjoni tal-assi tal-klijenti (14). Barra minn dan, aktar miżuri jistgħu jiġu ġġustifikati fl-Unjoni. Għalhekk, il-BĊE jikkonsidra li huwa importanti għall-Kummissjoni li tevalwa l-bżonn għal iktar miżuri regolatorji li jmorru lil hinn mill-obbligi proposti ta’ rapportar u trasparenza, inkluż il-limiti kwantitattivi dwar l-użu mill-ġdid u dwar ir-riipotekazzjoni tal-assi tal-klijent, li jistgħu jiġu implimentati f’att legali futur. Analiżi profonda tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għandha tiġi mwettqa biex tiżgura li dawn il-limiti kwantitattivi ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-swieq ta’ finanzjament tat-titoli.

2.4.   Modalitajiet għar-rapportar tad-dejta fuq l-SFT

Sabiex iwettaq il-kompiti tas-SEBĊ u jimmonitorja s-swieq finanzjarji u l-attivitajiet finanzjarji fiż-żona tal-euro u l-Unjoni kollha, il-BĊE, assistit mill-BĊNi, għandu bżonn jiġbor informazzjoni statistika ta’ kwalità għolja (15). Għalhekk, id-dettalji tat-tranżazzjoni rrapportati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u, f’ċerti ċirkostanzi, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) skont ir-regolament propost huma vitali għas-SEBĊ biex twettaq il-kompiti tagħha: (1) li tikkontribwixxi għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja skont l-Artikolu 127(5) tat-Trattat billi timmonitorja l-akkumulazzjoni ta’ riskji sistemiċi relatati mal-SFTs; (2) li timplimenta l-politika monetarja; (3) li tanalizza l-mekkaniżmu tat-trażmissjoni tal-politika monetarja; (4) li twettaq is-sorveljanza tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju (16); u (5) li tipprovdi appoġġ analitiku u statistiku lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) skont ir-Regolament (UE) Nru 1096/2010 (17).

Għal dawn ir-raġunijiet, u sabiex jitnaqqas il-piż tar-rapportar fuq il-parteċipanti tas-suq finanzjarju, id-dettalji fuq it-tipi speċifiċi tal-SFT li jridu jiġu rrapportati u l-format u l-frekwenza ta’ dawk ir-rapporti għandhom jiffaċilitaw l-użu ta’ din l-informazzjoni għall-kompiti tas-SEBĊ. Il-BĊE jilqa’ l-opportunità li jikkoopera mill-qrib mal-AETS biex jiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi u huwa lest li jappoġġja l-AETS fil-kompitu tagħha.

Barra dan, il-BĊE jirrakkomanda li d-dettalji tal-SFT għandhom jiġu rrapportati, ikkompilati u magħmula aċċessibbli lis-SEBĊ bi grad massimu ta’ granularità u f’forma sħiħa standardizzata. Fir-rigward tal-partiti tad-dejta li jridu jiġu rrapportati, il-BĊE jirrakkomanda li l-istandards tekniċi ppreparati skont l-Artikolu 4(7) tar-regolament propost jeħtieġu dettalji tal-assi individwali li qed jiġu użati bħala kollateral u l-ammont prinċipali, il-munita, it-tip, il-kwalità u l-valur ta’ kull wieħed minn dawn l-assi li jridu jiġu rraportati. Dan jgħin biex jiġu ddeterminati l-assi li huma disponibbli għar-riipotekazzjoni jew dawk li ġew riipotekati, u se jiffaċilitaw il-proċeduri awtomatiċi biex jikkompilaw din l-informazzjoni. L-istandards tekniċi għandhom jippermettu wkoll ir-rapportar tal-assi individwali suġġetti għal tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self. Għandhom jiġu rrapportati wkoll l-assi individwali fejn it-tranżazzjonijiet huma kollateralizzati minn gruppi ta’ assi, per eżempju fuq bażi ta’ portafoll jew permezz tas-servizzi ta’ ġestjoni tal-kollateral bi tliet partijiet (18). L-istandards tekniċi għandhom iqisu l-karattri speċifiċi tekniċi ta’ dawn il-gruppi ta’ assi u n-natura dinamika tagħhom, b’mod partikolari fejn il-kompożizzjoni tal-grupp tinbidel b’mod frekwenti. Il-mod ta’ kif l-assi individwali jiġu rrapportati għandhom jiġu aġġustati kif meħtieġ. Per eżempju, għażla waħda biex jonqos ir-rapportar tat-tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid bi tliet partijiet tista’ tkun li jiġi permess ir-rapportar tal-kompożizzjoni tal-assi individwali fi tmiem il-jum tal-grupp tal-kollateral li jiggarantixxi t-tranżazzjonijiet. Ir-rapportar permezz tal-infrastrutturi relevanti tas-suq finanzjarju jista’ jiffaċilita l-fattibbiltà teknika tar-rapportar (inkluż dettalji tal-assi individwali tal-kollateral) u jista’ jiġi konsistenti mal-Artikolu 4(1) tar-regolament propost, li jippermetti l-kontropartijiet li jiddelegaw ir-rapportar lill-SFT.

Barra dan, il-BĊE jissuġġerixxi li l-istandards tekniċi għandhom jirrikjedu kontropartijiet biex jirrapportaw partiti addizzjonali biex jiffaċilitaw iktar monitoraġġ komprensiv għall-finijiet tal-istabbiltà finanzjarja u għall-iskopijiet tat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ imfissra hawn fuq, filwaqt illi jitqiesu, inter alia, żviluppi internazzjonali bħax-xogħol kontinwu tal-FSB.

Ir-regolament propost jirrikjedi li d-dettalji tal-SFT jiġu rraportati mhux iktar tard mill-ġurnata tax-xogħol wara l-konklużjoni, il-modifika jew it-terminazzjoni tat-tranżazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta, u sabiex jiġu żgurati li d-dettalji kollha huma korretti u kompleti, il-BĊE jirrakkomanda li ssir eżaminazzjoni dwar jekk ir-rekwiżiti għar-rapportar addizzjonali u inqas frekwenti tat-tranżazzjonijiet kollha li għadhom ma mmaturawx għandhomx jiġu imposti fuq kontropartijiet. Dawn ir-rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali jimmiraw għat-tnaqqis tal-akkumulazzjoni, matul iż-żmien, tal-iżbalji fid-dettalji tal-SFT irrapportati u jkunu konformi mar-rakkomandazzjoni tal-FSB biex tiġbor stampi regolari tal-bilanċi pendenti (19).

Il-BĊE jirrakkomanda bil-qawwa li l-istandards tekniċi skont ir-regolament propost jirrikjedu li d-dejta rrapportata tinkludi identifikaturi adattati billi jintużaw standards maqbula fuq livell internazzjonali diġà fis-seħħ u li jkunu se joħorġu. L-AETS għandha tagħmel użu minn dawn l-identifikaturi obbligatorji għall-kontropartijiet kollha li jaqgħu fi ħdan l-iskop tar-regolament propost, b’mod partikolari, in-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN), l-identifikatur tal-entità ġuridika globali (LEI) u l-identifikatur uniku tal-kummerċ (20).

L-ewwel, l-ISIN, li huwa assenjat lit-titoli u unikament jidentifika ħruġ ta’ titoli, għandu jkun riferut meta strumenti tal-kollateral bla flus kontanti jiġu rrapportati.

It-tieni, biex tiġi żgurata l-konsistenza u biex tipprovdi għodda għal kompilazzjoni adattata tad-dejta, il-partijiet kollha fi tranżazzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu identifikati b’kodiċi uniku. Għal dak il-għan, il-BĊE jappoġġja l-użu tas-sistema LEI globali, kif approvata mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u l-AETS (21), b’mod li huwa kompatibbli mar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB (22). Għalkemm is-sistema LEI globali għadha mhijiex qed topera b’mod sħiħ, l-Artikolu 4(8) tar-regolament propost għandu jirreferi għal bżonn li l-LEIs japplikaw fl-istandards tekniċi, b’mod partikolari fid-dawl tal-użu tal-LEIs ta’ qabel skont is-sistema LEI globali interim, li qed tintuża fil-preżent (23). L-użu tas-sistema LEI jew il-LEI ta’ qabel se tiffaċilita l-ġbir tad-dejta u l-aggregazzjoni f’livell globali, b’mod partikolari biex tikkoreġi l-għadd doppju għal tranżazzjonijiet internazzjonali rrapportati f’ġurisdizzjonijiet differenti.

It-tielet, il-BĊE jirrakkomanda bil-qawwa l-iżvilupp mill-AETS tal-identifikatur tal-kummerċ uniku f’livell Ewropew, fin-nuqqas tal-qafas miftiehem f’livell internazzjonali. Dan huwa partikolarment importanti sabiex titqabbel l-informazzjoni fuq l-istess tranżazzjoni rrapportata minn żewġ kontropartijiet jew iktar kif ukoll bħala kundizzjoni neċessarja biex tiżgura l-integrità tal-informazzjoni pprovduta minn kontroparti, per eżempju, biex tevita lakuni u l-għadd doppju.

Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li s-SEBĊ ikollha aċċess tajjeb biex tlesti, informazzjoni granulari li hija standardizzata b’mod sħiħ, miġbura minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet f’formati li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-kompiti tas-SEBĊ (24). Fejn l-AETS tikkonsidra li huwa meħtieġ u adattat, għandu jkollha l-possibbiltà li tinkludi, fl-abbozzi tal-istandards tekniċi, il-proċeduri biex ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jivverifikaw l-kompletezza u l-korrettezza tad-dejta rrapportata lilhom, b’mod partikolari fejn ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jiskopri informazzjoni nieqsa, inkompleta jew inkonsistenti (25). Dan huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri fuq kontropartijiet skont il-Kapitolu VIII tar-regolament propost.

Wara l–adozzjoni ta’ dawn l-istandards tekniċi skont il-proċedura fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 (26), huwa importanti li jiġu aġġornati perjodikament sabiex jirriflettu l-iżviluppi tas-suq b’mod adegwat, biex itejbu l-qafas regolatorju u biex jagħtu effett sħiħ fil-Ġabra Unika tar-Regoli.

L-istandards tekniċi adottati skont leġiżlazzjoni oħra tas-servizzi finanzjarji fl-Unjoni, bħar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jista’ jkun hemm bżonn jiġu allinjati mal-istandards tekniċi adottati skont ir-regolament propost. Dan jgħin sabiex inaqqas il-piż tar-rapportar fuq il-kontropartijiet, filwaqt li jiżgura li dawn ir-rapporti effettivament ikollhom id-dettalji rikjesti skont l-Artikolu 4 tar-regolament propost. Dan l-allinjament għandu jfittex li jiżgura l-immonitorjar tal-SFT, b’mod partikolari l-konsistenza tad-dettalji u l-formati tal-SFT irrapportati skont l-Artikolu 4(6) tar-regolament propost.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ Ġunju 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  KUMM(2014) 40 finali.

(2)  Ara “Strengthening Oversight and Regulation of Shadow Banking: Policy Framework for Addressing Shadow Banking Risks in Securities Lending and Repos” (It-Tisħiħ tas-Sorveljanza u r-Regolamentazzjoni tal-Attivitajiet Bankarji Paralleli: Il-Qafas Politiku għall-Indirizzar ta’ Riskji Bankarji Paralleli f’Self ta’ Titoli u Ftehim ta’ Riakkwist) (minn hawn ‘il quddiem “ir-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB”), id-29 ta’ Awwissu 2013, disponibbli fuq il-websajt tal-FSB fuq http://www.financialstabilityboard.org/

(3)  Ara r-Rakkomandazzjonijiet 2 u 3 tar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB.

(4)  L-Artikolu 2(2) tar-regolament propost jipprovdi biss eżenzjoni suġġettiva għall-membri tas-SEBĊ, il-korpi l-oħra tal-Istati Membri li jaqdu funzjonijiet simili, il-korpi l-oħra tal-Unjoni li huma impenjati fi jew jintervjenu fl-amministrazzjoni tad-dejn pubbliku u l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali. Kontropartijiet tat-tranżazzjonijiet tal-banek ċentrali tas-SEBĊ mhumiex eżenti b’mod ċar mill-obbligi ta’ rapportar u trasparenza skont l-Artikoli 4, 13, 14 u 15 tar-regolament propost.

(5)  Ara l-Artikolu 343 tat-Trattat u l-Artikolu 29 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) kif ukoll l-Artikoli 2, 5 u 22 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Ara l-Emenda 7 fl-Anness għal din l-Opinjoni. Ara l-paragrafu 7.2 tal-Opinjoni CON/2012/21 u l-Artikolu 1(6) sa (8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84). L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu

(7)  Ara l-Emenda 8 fl-Anness għal din l-Opinjoni. Din il-kjarifika tkun konsistenti mal-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivativi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1) u l-Artikolu 1(9) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

(8)  L-Artikolu 3(7) tar-regolament propost.

(9)  L-Artikolu 15 tar-regolament propost.

(10)  Ara r-Rakkomandazzjoni 7 tar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB.

(11)  Ara l-Emenda 10 fl-Anness għal din l-Opinjoni. Ara wkoll l-Emendi 2 sa 6, 11 u 16.

(12)  Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10, Vol. 003, p. 89-96).

(13)  Ara l-Emendi 10 u 19 fl-Anness għal din l-Opinjoni.

(14)  Ara r-Rakkomandazzjoni 7 tar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB.

(15)  L-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(16)  Ara l-Opinjoni CON/2011/1.

(17)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162).

(18)  Ara l-Emenda 11 fl-Anness għal din l-Opinjoni.

(19)  Ara r-Rakkomandazzjoni 2 tar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB.

(20)  Ara l-Emenda 12 fl-Anness għal din l-Opinjoni.

(21)  Ara r–Rakkomandazzjoni tal-ABE dwar l-użu tal-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) (ABE/REC/2014/01), 29 ta’ Jannar 2014, disponibbli fuq il-websajt tal-ABE fuq http://www.eba.europa.eu/, u d-dokument tal-Mistoqsijiet u t-Tweġibiet tal-AETS, “Implementation of the Regulation (EU) Nru 648/2012 on OTC derivatives, central counterparties and trade repositories (EMIR)” (“L-Implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (EMIR)” (AETS/2013/1527), 22 ta’ Ottubru 2013, p. 45, disponibbli fuq il-websajt tal- AETS fuq http://www.esma.europa.eu/

(22)  Ara “A Global Legal Entity Identifier for Financial Markets” (“Identifikaturi tal-Identità Ġuridika Globali għas-Swieq Finanzjarji”), 8 ta’ Ġunju 2012, disponibbli fuq il-websajt tal-FSB fuq http://www.financialstabilityboard.org/

(23)  Ara “LEI Regulatory Oversight Committee (ROC): 1st progress note on the Global LEI Initiative” (“Kumitat tas-Sorveljanza Regolatorja tal-LEI (ROC): l-ewwel nota ta’ progress dwar l-Inizjattiva Globali LEI”), 8 ta’ Marzu 2013, disponibbli fuq il-websajt tal- LEI ROC fuq http://www.leiroc.org/. Is-Sistema LEI Globali Interim kienet imnedija f’Jannar 2013, fejn il-LEI ROC aċċetta kull LEI imnedija qabel minn LOU ta’ qabel (Unità Operattiva Lokali) bħala kompatibbli globalment.

(24)  Ara l-Emenda 15 fl-Anness għal din l-Opinjoni.

(25)  Ara l-Emenda 13 fl-Anness għal din l-Opinjoni.

(26)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessa 9

“Bħala riżultat, l-informazzjoni dwar ir-riskji inerenti fi swieq ta’ finanzjament tat-titoli se tkun maħżuna ċentralment u ser tkun faċilment u direttament aċċessibbli, fost l-oħrajn, għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, il-BERS u l-banek ċentrali rilevanti tas-sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), għall-għan ta’ identifikazzjoni u monitoraġġ tar-riskji tal-istabbiltà finanzjarja preżentati minn attivitajiet bankarji paralleli ta’ entitajiet irregolati kif ukoll ta’ dawk li mhumiex. L-AETS għandha tqis dawn l-istandards eżistenti stabbilit bl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u li jirregola r-repożitorji tal-kummerċ għal kuntratti dderivati u l-iżvilupp tagħhom fil-ġejjieni meta tfassal jew tipproponi reviżjoni tal-istandards tekniċi regolatorji previsti f’dan ir-Regolament u għandha jkollha l-għan li tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, il-BERS u l-banek ċentrali rilevanti tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE, ikollhom aċċess dirett u immedjat għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.”

“Bħala riżultat, l-informazzjoni dwar ir-riskji inerenti fi swieq ta’ finanzjament tat-titoli se tkun maħżuna ċentralment u ser tkun faċilment u direttament aċċessibbli, fost l-oħrajn, għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, il-BERS u l-banek ċentrali rilevanti tas-sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), għall-għan ta’ identifikazzjoni u monitoraġġ tar-riskji tal-istabbiltà finanzjarja preżentati minn attivitajiet bankarji paralleli ta’ entitajiet irregolati kif ukoll ta’ dawk li mhumiex. L-AETS għandha tqis dawn l-istandards eżistenti stabbiliti bl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u li jirregola r-repożitorji tal-kummerċ għal kuntratti dderivati u l-iżvilupp tagħhom fil-ġejjieni meta tfassal jew tipproponi reviżjoni tal-istandards tekniċi regolatorji previsti f’dan ir-Regolament u għandha jkollha l-għan li tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, il-BERS u l-banek ċentrali rilevanti tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE, ikollhom aċċess dirett u immedjat għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, inkluż id-dmirijiet li jiddefinixxu u jimplimentaw il-politika monetarja u li jwettqu sorveljanza tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju.”

Spjegazzjoni

Id-dettalji tat-tranżazzjoni rrapportati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijet u, f’ċertu ċirkostanzi, lill-AETS huma vitali biex is-SEBĊ twettaq il-kompiti tagħha. L-użu tad-dettalji għal dak il-għan għandhom jiġu riflessi fit-test tar-regolament propost. Ara l-paragrafu 2.4 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 2

Premessa 17

“Ir-riipotekazzjoni tipprovdi likwidità u tippermetti lill-kontropartijiet jnaqqsu l-ispejjeż tal-finanzjament. Madankollu, din toħloq ktajjen tal-kollateral kumplessi bejn l-attività bankarja tradizzjonali u dik parallela, li joħolqu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. In-nuqqas ta’ trasparenza fuq safejn l-istrumenti finanzjarji pprovduti bħala kollateral ġew riipotekazzjonati u r-riskji rispettivi f’każ ta’ falliment jistgħu jdgħajfu l-kunfidenza f’kontropartijiet u jkabbru r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja.”

Ir-riipotekazzjoni L-użu mill-ġdid jipprovdi likwidità u jippermetti lill-kontropartijiet biex inaqqsu jnaqqsu l-ispejjeż tal-finanzjament. Madankollu, din toħloq ktajjen tal-kollateral kumplessi bejn l-attività bankarja tradizzjonali u dik parallela, li joħolqu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. In-nuqqas ta’ trasparenza fuq safejn l-istrumenti finanzjarji pprovduti bħala kollateral ġew riipotekazzjonati użati mill-ġdid u r-riskji rispettivi f’każ ta’ falliment jistgħu jdgħajfu l-kunfidenza f’kontropartijiet u jkabbru r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura konsistenza mal-introduzzjoni tat-terminu “użu mill-ġdid” fir-regolament propost. Ara l-Emenda 10 u l-paragrafu 2.3 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 3

Premessa 18

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar informazzjoni lejn il-kontropartijiet dwar riipotekazzjoni li m’għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni ta’ regoli settorjali adattata għall-atturi, strutturi u sitwazzjonijiet partikolari. Għalhekk, ir-regoli dwar ir-riipotekazzjoni stipulati f’dan ir-Regolament japplikaw, pereżempju, għal fondi u depożitarji biss sakemm ma jkunx hemm regoli aktar stretti dwar l-użu mill-ġdid previst fil-qafas għal fondi ta’ investiment li jikkostitwixxi lex specialis u li jieħdu l-preċedenza fuq ir-regoli li jinsabu f’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola li tirrestrinġi l-abbiltà ta’ kontropartijiet biex jipparteċipaw f’riipotekazzjoni ta’ strumenti finanzjarji li huma pprovduti bħala kollateral mill-kontropartijiet jew persuni differenti mill-kontropartijiet.”

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar informazzjoni lejn il-kontropartijiet dwar riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid li m’għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni ta’ regoli settorjali adattata għall-atturi, strutturi u sitwazzjonijiet partikolari. Għalhekk, ir-regoli dwar ir-riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid stipulati f’dan ir-Regolament japplikaw, pereżempju, għal fondi u depożitarji biss sakemm ma jkunx hemm regoli aktar stretti dwar l-użu mill-ġdid previst fil-qafas għal fondi ta’ investiment li jikkostitwixxi lex specialis u li jieħdu l-preċedenza fuq ir-regoli li jinsabu f’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola li tirrestrinġi l-abbiltà ta’ kontropartijiet biex jipparteċipaw f’riipotekazzjoni fl-użu mill-ġdid ta’ strumenti finanzjarji li huma pprovduti bħala kollateral mill-kontropartijiet jew persuni differenti mill-kontropartijiet. Id-definizzjoni tat-terminu ‘użu mill-ġdid’ skont dan ir-Regolament ifittex li jipprovdi allinjament mar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB. Id-definizzjoni ta’ użu mill-ġdid tinkludi l-kunċett ta’ riipotekazzjoni skont ir-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB, mingħajr preġudizzju għall-bżonn li dan it-terminu jiġi ddefinit għall-finijiet tal-inizjattivi leġiżlattivi futuri tal-UE.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura konsistenza mal-introduzzjoni tat-terminu “użu mill-ġdid” fir-regolament propost. Ara l-Emenda 10 u l-paragrafu 2.3 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 4

Premessa 24

“Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq sabiex tiġi żgurata t-trasparenza ta’ ċerti attivitajiet tas-suq bħal SFT, r-riipotekazzjoni u, fejn xieraq, strutturi oħra ta’ finanzjament u biex jippermettu l-monitoraġġ u l-identifikazzjoni tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja korrispondenti. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-obbjettivvi, segwiti f’konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”

“Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq sabiex tiġi żgurata t-trasparenza ta’ ċerti attivitajiet tas-suq bħal SFT, r-riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid u, fejn xieraq, strutturi oħra ta’ finanzjament u biex jippermettu l-monitoraġġ u l-identifikazzjoni tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja korrispondenti. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi, segwiti f’konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura konsistenza mal-introduzzjoni tat-terminu “użu mill-ġdid” fir-regolament propost. Ara l-Emenda 10 u l-paragrafu 2.3 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 5

Artikolu 1

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFT), strutturi oħra ta’ finanzjament u riipotekazzjoni.”

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFT), strutturi oħra ta’ finanzjament u riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura konsistenza mal-introduzzjoni tat-terminu “użu mill-ġdid” fir-regolament propost. Ara l-Emenda 10 u l-paragrafu 2.3 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 6

Artikolu 2(1)(d)

“(d)

kontroparti involuta f’riipotekazzjoni li hija stabbilita:

(1)

fl-Unjoni, inklużi l-fergħat tagħha kollha irrispettivament ta’ fejn ikunu jinsabu;

(2)

f’pajjiż terz, f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i)

Riipotekazzjoni li ssir waqt l-operazzjonijiet ta’ fergħa tal-UE;

(ii)

ir-riipotekazzjoni tikkonċerna l-istrumenti finanzjarji pprovduti bħala kollateral minn kontroparti stabbilita fl-Unjoni jew ta’ fergħa tal-UE ta’ kontroparti stabbilita f’pajjiż terz.”

“(d)

kontroparti involuta f’riipotekazzjoni fl-użu mill-ġdid li hija stabbilita:

(1)

fl-Unjoni, inklużi l-fergħat tagħha kollha irrispettivament ta’ fejn ikunu jinsabu;

(2)

f’pajjiż terz, f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i)

Riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid li jsir waqt l-operazzjonijiet ta’ fergħa tal-UE;

(ii)

ir-riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid jikkonċerna l-istrumenti finanzjarji pprovduti bħala kollateral minn kontroparti stabbilita fl-Unjoni jew ta’ fergħa tal-UE ta’ kontroparti stabbilita f’pajjiż terz.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura konsistenza mal-introduzzjoni tat-terminu “użu mill-ġdid” fir-regolament propost. Ara l-Emenda 10 u l-paragrafu 2.3 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 7

Artikolu 2(2a)

L-ebda test

Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal tranżazzjonijiet li tagħhom korpi mniżżla fil-paragrafu 2 huma kontroparti.”

Spjegazzjoni

L-eżenzjoni suġġettiva tal-membri tas-SEBĊ mill-applikazzjoni tar-regolament propost mhijiex suffiċjenti biex tiżgura li t-tranżazzjonijiet li tagħhom membri tas-SEBĊ huma kontroparti huma wkoll eżenti mill-obbligi ta’ rapportar u trasparenza. Għalhekk dan is-subparagrafu ġdid huwa neċessarju. Ara l-paragrafu 2.1 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 8

Artikolu 2(3)

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex temenda l-lista stabbilita fil-paragrafu 2 ta’dan l-Artikolu.”

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex temenda l-lista stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u b’mod partikolari biex testendi l-iskop tal-paragrafu 2 lill-banek ċentrali tal-pajjiżi terzi.

Għal dak il-għan, sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-regolament] il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina t-trattament tat-tranżazzjonijiet mill-banek ċentrali tal-pajjiżi terzi skont dan ir-Regolament, li għandu:

(a)

jidentifika d-dispożizzjonijiet applikabbli fil-pajjiżi terzi relevanti dwar id-divulgazzjoni regolatorja tat-tranżazzjonijiet tal-banek ċentrali, inkluż it-tranżazzjonijiet meħuda mill-membri tas-SEBĊ f’dawk il-pajjiżi terzi, u

(b)

jeżamina l-impatt potenzjali li r-rekwiżiti tad-divulgazzjoni regolatorja fl-Unjoni jista’ jkollhom fuq tranżazzjonijiet tal-bank ċentrali ta’ pajjiż terz.

Jekk ir-rapport jikkonkludi li l-eżenzjoni li tinsab fil-paragrafu 2 hija neċessarja fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fejn il-kontroparti huwa bank ċentrali ta’ pajjiż terz li qed iwettaq politika monetarja, operazzjonijiet ta’ kambju barrani u dawk ta’ stabbiltà finanzjarja, il-Kummissjoni trid tipprovdi li l-eżenzjoni tapplika għal dak il-bank ċentrali tal-pajjiż terz.”

Spjegazzjoni

Din il-proposta għall-abbozzar għandha l-għan li tiżgura konsistenza mal-Artikolu 1(9) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Ara paragrafu 2.2 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 9

Artikolu 3(6), it–tielet inċiż

“‘tranżazzjoni ta’ finanzjament tat-titoli (SFT)’ tfisser:

(…)

kwalunkwe tranżazzjoni li jkollha l-istess effett ekonomiku u li tippreżenta riskji simili, b’mod partikolari tranżazzjoni ta’ xiri-bejgħ lura jew bejgħ lura;”

“‘tranżazzjoni ta’ finanzjament tat-titoli (SFT)’ tfisser:

(…)

kwalunkwe tranżazzjoni li jkollha l-istess effett ekonomiku u li tippreżenta riskji simili, b’mod partikolari tranżazzjoni ta’ xiri-bejgħ lura jew xiri-bejgħ lura jew tranżazzjoni ta’ swap kollaterali;”

Spjegazzjoni

Id-definizzjoni ta’ SFT għandha tiġi estiża biex tkopri trasferimenti oħra ta’ kollateral bejn il-kontropartijiet. Dan jiffaċilita r-rapportar u l-immonitorjar ta’ dawn it-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 4 tar-regolament propost, li huwa importanti minn perspettiva makro-prudenzjali, billi dawn it-tranżazzjonijiet jistgħu jikkontribwixxu fl-akkumulazzjoni tar-riskju sistemiku.

Emenda 10

Artikolu 3(7)

“‘riipotekazzjoni’ tfisser l-użu minn kontroparti riċevitur ta’ strumenti finanzjarji rċevuti bħala kollateral f’isimha stess u għan-nom tagħha stess jew f’isem kontraparti oħra;”

“‘riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid’ tfisser l-użu minn kontroparti riċevitur ta’ strumenti finanzjarji rċevuti bħala kollateral f’isimha stess u għan-nom tagħha stess jew f’isem kontraparti oħra;”

Spjegazzjoni

Din il-proposta għall-abbozzar tfittex li tirrifletti li din id-definizzjoni wiesgħa hija konsistenti mat-terminuużu mill-ġdid” skont ir-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB. Ara l-paragrafu 2.3 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 11

Artikolu 4(7)

“Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tagħha, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji għat-tipi differenti ta’ SFT li għall-inqas għandu jispeċifika:

(a)

il-partijiet għall-SFT u, meta jkunu differenti, il-benefiċjarju tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minnu;

(b)

l-ammont prinċipali, il-munita, it-tip, il-kwalità u l-valur tal-kollateral, il-metodu użat għall-provvediment tal-kollateral, fejn huwa disponibbli għal riipotekazzjoni, jekk ġie riipotekat, kull sostitut tal-kollateral, ir-rata ta’ xiri mill-ġdid jew ħlas ta’ self, il-kontroparti, il-haircut, id-data ta’ valur, id-data tal-maturità u l-ewwel data eżerċitabbli.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

“Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tagħha, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji għat-tipi differenti ta’ SFT li għall-inqas għandu jispeċifika:

(a)

il-partijiet għall-SFT u, meta jkunu differenti, il-benefiċjarju tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minnu;

(b)

l-assi individwali li qed jintużaw bħala kollateral jew suġġetti għal tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self, inkluż, kif xieraq, assi individwali fejn it-tranżazzjonijiet huma kkollateralizzati minn ġabra ta’ assi. L-istandards tekniċi għandhom iqisu l-karattri speċifiċi tekniċi tagħhom tal-ġabra tal-assi sabiex jiffaċilitaw ir-rapportar.

(c)

l-ammont prinċipali, il-munita, it-tip, il-kwalità u l-valur tal- assi individwali użati bħala kollateral, il-metodu użat għall-provvediment tal-kollateral, fejn huwa disponibbli għal riipotekazzjoni għall-użu mill-ġdid, jekk ġie riipotekat użat mill-ġdid, kull sostitut tal-kollateral, ir-rata ta’ xiri mill-ġdid jew ħlas ta’ self, il-kontroparti, il-haircut, id-data ta’ valur, id-data tal-maturità u l-ewwel data eżerċitabbli, u segment tas-suq. L-istandards tekniċi għandhom iqisu l-karattri speċifiċi tekniċi tagħhom tal-ġabra tal-assi sabiex jiffaċilitaw ir-rapportar.

Fl-iżvilupp ta’ dawn l-istandards tekniċi, l-AETS għandha tieħu kont tal-iżviluppi u l-istandards miftiehma fuq livell internazzjonali.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

Sabiex jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ standardizzazzjoni u biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ din l-informazzjoni għall-kompiti tas-SEBĊ, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti b’mod ċar id-dettalji għat-tipi differenti ta’ SFT li jridu jiġu rrapportati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, filwaqt li jittieħed kont tal-iżviluppi u l-istandards internazzjonali miftiehma fuq livell internazzjonali. L-istandards tekniċi għandhom jiżguraw rapportar komprensiv tal-kollateral, inkluż dettalji ta’ assi individwali, fejn it-tranżazzjonijiet huma kkollateralizzati minn ġabra ta’ assi, bħal, per eżempju, fuq bażi ta’ portafoll jew permezz ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-kollateral bi tliet partijiet. L-istandards tekniċi għandhom jieħdu kont tal-karattri speċifiċi tekniċi ta’ din il-ġabra tal-assi u n-natura dinamika tagħhom, filwaqt li jaġġustaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar bl-istess mod. Ara l-paragrafu 2.4 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 12

Artikolu 4(8)

“Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tagħha, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format u l-frekwenza tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għat-tipi differenti ta’ SFT;

l-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

“Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tagħha, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format u l-frekwenza tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għat-tipi differenti ta’ SFT;

Fl-iżvilupp ta’ dawn l-istandards tekniċi, l-AETS għandha tieħu kont tal-iżviluppi u l-istandards miftiehma fuq livell internazzjonali. B’mod partikolari l-format tar-rapporti għandu jinkludi, inter alia, l-istandards internazzjonali li ġejjin jew standards ekwivalenti oħra żviluppati maż-żmien:

(a)

identifikaturi tal-identità ġuridika globali (LEIs) jew, fuq bażi interim, LEIs ta’ qabel;

(b)

numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISINs);

(c)

identifikatur uniku tal-kummerċ għal kull tranżazzjoni.

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u b’konsultazzjoni mal-parteċipanti fis-suq, trid tiddetermina l-kundizzjonijiet li fuqhom l-identifikaturi uniċi tal-kummerċ huma żviluppati, attribwiti u miżmuma, u fejn neċessarju jittieħed kont tal-iżviluppi internazzjonali.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

Sabiex jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ standardizzazzjoni u biex jiffaċilitaw l-użu ta’ din l-informazzjoni għal kompiti tas-SEBĊ, huwa neċessarju li jiġu speċifikati b’mod ċar numru ta’ aspetti tal-kontenut u l-format tar-rapporti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, billi jittieħed kont ta’ identifikaturi internazzjonali, bħal LEIs globali u ISINs sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu tranżazzjonijiet dettaljati bl-attribwiti neċessarja tad-dejta u f’formati adattati ta’ trażmissjoni. Barra dan, l-AETS għandha tingħata l-kompitu biex tiżviluppa identifikatur uniku tal-kummerċ f’livell Ewropew, fin-nuqqas tal-qafas miftiehem f’livell internazzjonali. Ara l-paragrafu 2.4 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 13

Artikolu 5(6)

“L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

“L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

L-istandards tekniċi jistgħu jispeċifikaw il-proċeduri li jridu jiġu applikati mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet sabiex tiġi vverifikata l-kompletezza u l-korrettezza tad-dettalji rrapportati lilhom skont l-Artikolu 4(1), fejn l-AETS tikkonsidra dawn il-proċeduri bħala neċessarji biex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

L-AETS għandu jkollha l-possibbiltà li tiddefinixxi l-proċeduri għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet biex tivverifika l-kompletezza u l-korrettezza tad-dejta rrapportata lilhom skont l-Artikolu 4(1) tar-regolament propost, jekk l-AETS tikkonsidraha bħala neċessarja u xierqa. Ara l-paragrafu 2.4 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 14

Artikolu 12(2)

“Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jiġbor u jżomm id-dettalji ta’ SFT u għandu jiżgura li l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) jkollhom aċċess dirett u immedjat għal dawn id-dettalji biex jippermettulhom li jwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom.”

“Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jiġbor u jżomm id-dettalji ta’ SFT u għandu jiżgura li l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, inkluż il-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) jkollhom aċċess dirett u immedjat għal dawn id-dettalji biex jippermettulhom li jwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom.”

Spjegazzjoni

L-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jinkludi l-“membri relevanti tas-SEBĊ”. Filwaqt li l-BĊE jiġi kopert minn dan it-terminu, għall-finijiet taċ-ċertezza legali, referenza espliċita għandha ssir għar-rwol tal-BĊE fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU).

Emenda 15

Artikolu 12(3)

“Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib tas-SEBĊ u filwaqt li tqis il-bżonnijiet tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

Il-frekwenza u d-dettalji dwar il-pożizzjonijiet aggregati msemmija fil-paragrafu 1 u d-dettalji tal-SFT msemmija fil-paragrafu 2;

(b)

l-istandards operattivi meħtieġa għall-aggregazzjoni u t-tqabbil tad-dejta minn repożitorju għall-ieħor.

(c)

Id-dettalji tal-informazzjoni li l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ikollhom aċċess għalihom.

Dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji għandu jkollhom l-għan li jiggarantixxu li l-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 ma tkun kapaċi tidentifika l-ebda parti tal-ebda SFT.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

“Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib tas-SEBĊ u filwaqt li tqis il-bżonnijiet tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

Il-frekwenza u d-dettalji dwar il-pożizzjonijiet aggregati msemmija fil-paragrafu 1 u d-dettalji tal-SFT msemmija fil-paragrafu 2;

(b)

l-istandards operattivi meħtieġa għall-kompilazzjoni, l-aggregazzjoni u t-tqabbil tad-dejta minn repożitorju għall-ieħor b’mod awtomatiku sħiħ;

(c)

id-dettalji tal-informazzjoni li l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ikollhom aċċess għalihom, billi jittieħed kont tal-bżonn li jkun hemm aċċess għal dejta granulari u kompleta fil-formats standardizzati.

Dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji għandu jkollhom l-għan li jiggarantixxu li l-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 ma tkun kapaċi tidentifika l-ebda parti tal-ebda SFT.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

Sabiex twettaq il-kompiti tas-SEBĊ u sabiex timmonitorja s-swieq finanzjarji u l-attivitajiet finanzjarji, is-SEBĊ trid tiġbor informazzjoni statistika ta’ kwalità għolja. Għalhekk, l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji iridu jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet lill-membri tas-SEBĊ hija kompleta, granulari, u aċċessibbli f’format standardizzat mir-repożitorji kollha tat-tranżazzjonijiet. Ara l-paragrafu 2.4 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 16

Artikolu 15

“Kapitolu V

It-trasparenza tar-riipotekazzjoni

Artikolu 15

Ir-riipotekazzjoni ta’ strumenti finanzjarji riċevuta bħala kollateral

1.

Il-kontropartijiet għandhom ikollhom id-dritt ta’ riipotekazzjoni fejn mill-inqas jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kontroparti li tforni ġiet debitament infurmata bil-miktub mill-kontroparti li tirċievi bir-riskji li jistgħu jkunu involuti fl-għoti ta’ kunsens kif imsemmi fil-punt (b) b’mod partikolari r-riskji potenzjali f’każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti li tirċievi;

(b)

Kontroparti li tipprovdi tat il-kunsens espress tagħha minn qabel bħala xhieda bl-iffirmar tal-kontroparti li tipprovdi għal ftehim bil-miktub jew mekkaniżmu alternattiv ekwivalenti.

2.

Il-kontropartijiet għandhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal riipotekazzjoni fejn mill-inqas jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ir-riipotekazzjoni titwettaq skont it-termini speċifikati fil-ftehim bil-miktub imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(b)

l-istrumenti finanzjarji rċevuti bħala kollateral huma trasferiti f’kont miftuħ f’isem kontroparti li tirċievi.

3.

Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni settorjali aktar stretta, b’mod partikolari tad-Direttiva 2011/61/UE u 2009/65/KE.”

“Kapitolu V

It-trasparenza tar-riipotekazzjoni tal-użu mill-ġdid

Artikolu 15

Ir-riipotekazzjoni L-użu mill-ġdid ta’ strumenti finanzjarji riċevuti bħala kollateral

1.

Il-kontropartijiet għandhom ikollhom id-dritt ta’ riipotekazzjoni użu mill-ġdid fejn mill-inqas jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kontroparti li tforni ġiet debitament infurmata bil-miktub mill-kontroparti li tirċievi bir-riskji li jistgħu jkunu involuti fl-għoti ta’ kunsens kif imsemmi fil-punt (b) b’mod partikolari r-riskji potenzjali f’każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti li tirċievi;

(b)

Kontroparti li tipprovdi tat il-kunsens espress tagħha minn qabel bħala xhieda bl-iffirmar tal-kontroparti li tipprovdi għal ftehim bil-miktub, jew għal mekkaniżmu alternattiv ekwivalenti jew għal arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2002/47/KE.

2.

Il-kontropartijiet għandhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal riipotekazzjoni użu mill-ġdid fejn mill-inqas jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ir-riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid jitwettaq skont it-termini speċifikati fil-ftehim bil-miktub imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(b)

l-istrumenti finanzjarji rċevuti bħala kollateral huma trasferiti f’kont miftuħ f’isem kontroparti li tirċievi.

3.

Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni settorjali aktar stretta, b’mod partikolari tad-Direttiva 2011/61/UE u 2009/65/KE.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura konsistenza mal-introduzzjoni tat-terminu “użu mill-ġdid” fir-regolament propost. Ara l-Emenda 10 u l-paragrafu 2.3 tal-Opinjoni.

Emenda 17

Artikolu 17(2)

“L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 16 u l-AETS għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-membri rilevanti tas-SEBĊ fejn rilevanti għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 4.”

“L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 16 u l-AETS għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-membri rilevanti tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, fejn rilevanti għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 4.”

Spjegazzjoni

L-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jinkludi l-“membri relevanti tas-SEBĊ”. Filwaqt li l-BĊE jiġi kopert minn dan it-terminu, għall-finijiet taċ-ċertezza legali, referenza espliċita għandha ssir għar-rwol tal-BĊE fi ħdan il-MSU.

Emenda 18

Artikolu 20(4)(d)

“l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw mill-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin u miżuri oħra f’każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(…)

(d)

l-irtirar jew is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni;”

“l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw mill-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin u miżuri oħra f’każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(…)

(d)

l-irtirar jew is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kontropartijiet, barra mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE;

(da)

l-irtirar tal-awtorizzazzjoni. Din is-setgħa tiġi suġġetta għall-kompetenza esklussiva tal-BĊE biex tirtira l-awtorizzazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013;”

Spjegazzjoni

Il-BĊE huwa esklussivament kompetenti biex jirtira l-awtorizzazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikoli 4(1)(a) u 14(5) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013. Għalhekk, ir-regolament propost irid jagħmilha ċara li l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti hija suġġetta għal kompetenza esklussiva tal-BĊE. Barra dan, sabiex jiżguraw il-funzjonament proprju u l-integrità tal-MSU, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jiġu fdati bis-setgħa li jissospendu l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-regolament propost.

Emenda 19

Artikolu 20(5)

“Il-ksur tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4 m’għandux jaffettwa l-validità tat-termini ta’ SFT jew il-possibbiltà tal-partijiet biex jinfurzaw it-termini ta’ SFT. Ksur tar-regoli definit skont l-Artikolu 4’ m’għandux iwassal għal kumpens ta’ drittijiet minn parti għal SFT.”

“Il-ksur tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4 jew l-Artikolu 15 m’għandux jaffettwa l-validità tat-termini ta’ SFT jew il-possibbiltà tal-partijiet biex jinfurzaw it-termini ta’ SFT. Ksur tar-regoli definit skont l-Artikolu 4 m’għandux iwassal għal kumpens ta’ drittijiet minn parti għal SFT.”

Spjegazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-obbligi ta’ trasparenza kuntrattwali skont ir-regolament propost ma joħolqux bi żvista riskji ta’ stabbiltà finanzjarja fil-ktajjen tal-kollateral, għandu jkun ċar illi l-ksur tal-obbligi ta’ trasparenza skont l-Artikolu 15 ma jaffettwax il-validità jew l-eżegwibbiltà tal-SFT. Ara l-paragrafu 2.3 ta’ din l-Opinjoni.


(1)  It-tipa skura fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi t-tħassir ta’ test.


Top