EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AB0005

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 25 ta’ Jannar 2012 dwar proposta għal Direttiva dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti ta’ investiment u dwar proposta għal Regolament dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment (CON/2012/5)

OJ C 105, 11.4.2012, p. 1–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 105/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ Jannar 2012

dwar proposta għal Direttiva dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti ta’ investiment u dwar proposta għal Regolament dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment

(CON/2012/5)

2012/C 105/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fl-20 ta’Settembru 2011 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti ta’ investiment u li temenda Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju (1) (minn hawn ’il quddiem id-‘direttiva proposta’). Fit-30 ta’ Novembru 2011, il-BĊE rċieva talba mingħand il-Kunsill għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment (2) (minn hawn ’il quddiem ir-“regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni dwar id-direttiva u r-regolament proposti hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea peress illi d-direttiva proposta u r-regolament propost fihom dispożizzjonijiet li jeffettwaw il-kompiti bażiċi tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), i.e. li tiġi definita u implimentata l-politika monetarja tal-Unjoni, li tiġi promossa l-ħidma mingħajr xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas u li jsir kontribut għat-tmexxija mingħajr xkiel ta’ politiki mħaddmin mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza u ċarezza, il-BĊE iddeċieda li joħroġ opinjoni waħda dwar dawn iż-żewġ proposti leġiżlattivi. B’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.   L-għanijiet tar-regolament propost u tad-direttiva proposta

Fl-20 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat id-direttiva proposta u r-regolament propost, li għandhom jissostitwixxu d-Direttivi 2006/48/KE (3) u 2006/49/KE (4). Il-proposti jirrappreżentaw pass importanti lejn it-tisħiħ tar-regolamentazzjoni tas-settur bankarju u tad-ditti tal-investiment u l-ħolqien ta’ sistema finanzjarja aktar b’saħħitha u sikura fl-Unjoni. Il-BĊE jilqa’ l-impenn b’saħħtu tal-Unjoni biex timplimenta standards istituzzjonali u ftehim fil-qasam tar-regolamentazzjoni finanzjarja Il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ l-implimentazzjoni f’waqtha u effettiva tal-istandards ta’ Basel dwar il-kapital u l-likwidità (5). Għal dan il-għan, il-BĊE jinnota l-irwol ewlieni li ħadet il-Kummissjoni fit-twettiq tal-impenn tal-G20 ‘biex tadotta u timplimenta dawn l-istandards bis-sħiħ fiż-żmien miftiehem li huwa konsistenti mal-irkupru ekonomiku u l-istabbiltà finanzjarja’ (6) billi tkun fost tal-ewwel biex tipproponi l-implimentazzjoni tal-qafas Basel III (7) u tal-ftehim tal-Grupp ta’ Gvernaturi u Kapijiet tas-Superviżjoni (GHOS) (8) fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-miżuri proposti ser iżidu sostanzjalment ir-reżiljenza sistemika, jikkontribwixxu għall-funzjonament bla xkiel tas-sistema finanzjarja u jiżguraw qafas stabbli u sostenibbli għall-forniment ta’ servizzi finanzjarji fl-Unjoni.

2.   Riforma tal-leġiżlazzjoni bankarja tal-Unjoni

Il-BĊE jilqa’ l-approċċ innovattiv meħud mill-Kummissjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-regolament propost, li jinkorpora l-parti l-kbira tal-Annessi tekniċi għal Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u jillimita l-għażliet u d-diskrezzjoni tal-Istat Membru. Il-qafas propost ser iwassal għal żieda fiċ-ċertezza legali, filwaqt illi jnaqqas ir-riskji tad-duplikazzjoni fil-livell ta’ Stat Membru. Il-kriżi finanzjarja wriet ukoll il-ħtieġa għal azzjoni rapida u effiċjenti. Huwa importanti li jiġi żgurat il-livell xieraq ta’ flessibbiltà għall-iżvilupp tar-regolamentazzjoni bankarja tal-Unjoni. Fir-rigward ta’reviżjonijiet futuri tar-regolament propost u kif indikat f’opinjonijiet preċedenti (9), il-BĊE jirrakkomanda li jiġi żgurat illi jkunu biss il-prinċipji qafas li jinsabu fir-regolament propost u li jirriflettu l-għażliet politiċi bażiċi u kwistjonijiet sostantivi li jibqgħu suġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Regoli tekniċi, inkluż dawk fir-regolament propost, għandhom ikunu adottati bħala atti ddelegati jew ta’ implimentazzjoni skont Artikoli 290 u 291 tat-Trattat, li b’hekk ser joħroġ bħala l-korp ewlieni ta’ regolamenti li japplikaw għal istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni.

3.   Ktieb wieħed tar-regoli Ewropej fis-settur finanzjarju

3.1

Kif ġie ddikjarat f’opinjonijiet preċedenti (10), il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ l-iżvilupp ta’ ktieb wieħed tar-regoli Ewropej għall-istituzzjonijiet finanzjarji (11) kollha peress illi jippromwovi l-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq waħdieni fi ħdan l-Unjoni u jiffaċilita integrazzjoni finanzjarja akbar fl-Ewropa. Ktieb wieħed tar-regoli Ewropej jiżgura illi istituzzjonijiet finanzjarji li joffru servizzi finanzjarji fis-suq wieħed jikkonformaw ma’ sett wieħed ta’ regoli prudenzjali. Dan itaffi l-opportunitajiet ta’ arbitraġġ regolatorju u t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni. Barra minn dan, regoli armonizzati jtejbu t-trasparenza u jnaqqsu l-ispejjeż regolatorji u ta’ konformità.

3.2

Il-ktieb wieħed tar-regoli Ewropej jeħtieġ: (a) identifikazzjoni ċara u xierqa tal-oqsma relevanti għall-atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni; (b) involviment xieraq tal-Awtoritajiet Supervizorji Ewropej (ASEi), biex b’hekk tintuża l-kompetenza tal-awtoritajiet fl-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi; (ċ) approċċ konsistenti u kkoordinat fis-setturi finanzjarji kollha; (d) kriterji koerenti mal-leġiżlazzjoni finanzjarja kollha tal-Unjoni għal rikors għal atti ddelegati jew ta’ implimentazzjoni, bl-iżvilupp minn qabel jew mingħajru ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jew ta’ implimentazzjoni mill-ASEi. (12) Fis-settur bankarju, l-involviment sistematiku tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni tal-Unjoni permezz tal-iżvilupp ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi, speċjalment meta tkun meħtieġa analiżi teknika minn qabel, jiżgura qafas regolatorju flessibbli fil-livell tal-Unjoni li ser isaħħaħ is-suq waħdieni fis-servizzi finanzjarji fi ħdan l-Unjoni.

4.   L-irwol konsultattiv tal-BĊE fir-rigward ta' abbozz ta' atti ddelegati u ta' implimentazzjoni

4.1

Minħabba l-importanza tal-atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni bħala komponent sostanzjali tal-ktieb wieħed tar-regoli Ewropej, il-BĊE jagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-eżerċizzju tal-irwol konsultattiv tiegħu stess taħt l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat.

4.2

L-abbozzi ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jikkwalifikaw bħala ‘atti proposti tal-Unjoni’ skont it-tifsira tal-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat. Kemm l-atti ddelegati kif ukoll dawk ta' implimentazzjoni jikkostitwixxu atti legali tal-Unjoni. B’mod sinifikanti, il-parti l-kbira tal-verżjonijiet lingwistiċi tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat jirreferu għal ‘abbozzi’ ta’ atti legali tal-Unjoni li fuqhom il-BĊE huwa meħtieġ li jiġi kkonsultat (13). Għaldaqstant, l-iskop tad-dmir li jiġi kkonsultat il-BĊE ma jistax jiġi limitat biss għal dawk l-abbozzi ta’ atti bbażati fuq proposta tal-Kummissjoni.

4.3

F’Każ C-11/00  (14), il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat illi l-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE huwa intiż 'essenzjalment sabiex jiżgura illi l-leġiżlatura tadotta l-att biss meta tkun instemgħet l-istituzzjoni, li, permezz tal-funzjonijiet speċifiċi li teżerċita fil-qafas Komunitarju tal-qasam konċernat u permezz tal-livell għoli ta’ kompetenza li għandha, hija f’pożizzjoni partikolarment tajba sabiex ikollha rwol utli fil-proċess leġislattiv li hemm maħsub’.

4.4

F’dan l-isfond, sabiex jiġu msarrfa l-benefiċċji sħaħ tat-tħaddim mill-BĊE tar-rwol konsultattiv tiegħu, il-BĊE għandu jiġi kkonsultat fiż-żmien dovut dwar abbozzi ta’ atti tal-Unjoni, inkluż abbozzi ta’ atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni, li jaqgħu fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu. Barra minn dan, wara li jkun ikkunsidra l-importanza ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi bħala parti mill-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, il-BĊE ser jeżerċita l-irwol konsultattiv tiegħu fuq kwistjonijiet fil-kompetenza tal-BĊE filwaqt li jqis bl-akbar mod possibbli l-iskedi ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ dawn l-atti u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-adozzjoni mingħajr xkiel tal-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni.

Osservazzjonijiet speċifiċi

5.   Superviżjoni makroprudenzjali u skop għal regoli aktar stretti.

5.1

Ir-regolament propost jistabbilixxi l-istandards prudenzjali li ser ikollhom applikazzjoni diretta fl-Unjoni. Kif iddikjarat aktar ‘il fuq, il-BĊE jappoġġja bis-sħiħ l-approċċ tal-Kummissjoni, li effettivament jistabbilixxi ktieb wieħed tar-regoli Ewropej għall-istituzzjonijiet finanzjarji. Barra minn dan, il-BĊE jappoġġja bis-sħiħ l-għan li jiġu indirizzati skoperturi għar-riskju immirati li jikkonċernaw, inter alia, ċerti setturi, reġjuni jew Stati Membri permezz ta’ atti ddelegati li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex timponi rekwiżiti prudenzjali aktar stretti, fejn huwa meħtieġ biex tindirizza bidliet fl-intensità tar-riskji mikro jew makroprudenzjali li jirriżultaw minn żviluppi fis-suq (15). Madankollu, l-atti ddelegati li tista’ tadotta l-Kummissjoni jistgħu jestendu għal rekwiżiti prudenzjali fuq skoperturi kbar u rekwiżiti għall-iżvelar, peress illi r-rekwiżiti ta’ leverage u likwidità effettivament isiru parti mill-qafas regolatorju tal-Unjoni applikabbli. Il-BĊE jinnota, madankollu, illi skeda ta’ żmien ta’ sitt xhur jew anqas għall-impożizzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti biex jindirizzaw riskji bħal dawn mhux ser ikunu suffiċjenti f'ħafna każijiet u ser jeħtieġu skeda ta' żmien ħafna itwal, eż sentejn jew aktar, biex ikunu effettivi u jiksbu l-għan mixtieq (16).

5.2

Barra minn dan, il-BĊE iqis illi huwa importanti illi r-regolament propost jagħmilha possibbli għall-Istati Membri li japplikaw rekwiżiti prudenzjali aktar stretti fejn jirriżultaw riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja. Il-ħtieġa għal arranġament bħal dan huwa ġustifikat, inter alia, mill-fatt illi ċ-ċikli ekonomiċi u finanzjarji mhumiex kompletament armonizzati fil-firxa tal-Istati Membri, u l-Istati Membri jistgħu jaffaċċjaw tipi differenti ta' riskju sistemiku. Barra minn dan, hemm ukoll differenzi sinifikanti fil-karatteristiċi strutturali tas-setturi finanzjarji fil-firxa tal-Istati Membri. Awtoritajiet b’mandat makroprudenzjali jistgħu għalhekk ikollhom bżonn jissikkaw il-proporzjonijiet kwantitattivi u l-limiti ta’ ċerti strumenti ta’ politika prudenzjali li jinsabu fir-regolament propost biex ir-rekwiżiti prudenzjali jiġu aġġustati aħjar għas-sitwazzjoni ċiklika speċifika tagħhom u biex riskji sistemiċi assoċjati jiġu indirizzati b'mod effettiv (17).

5.3

F’dan l-isfond, ċerti dispożizzjonijiet fir-regolament propost jippermettu ftit aġġustament tar-rekwiżiti prudenzjali fil-livell nazzjonali. L-ewwel hija l-introduzzjoni ta’ qafas għal riżerva ta’ kapital kontroċikliku (18). It-tieni hija l-proposta għall-estensjoni tal-ambitu tal-proċess ta’ reviżjoni superviżorja sabiex awtoritajiet nazzjonali jitħallew japplikaw regoli prudenzjali aktar stretti għal ċerti istituzzjonijiet (19). Il-BĊE jinnota, madankollu, illi din l-estensjoni proposta tikkonsisti primarjament minn għodda makroprudenzjali maħsuba biex tindirizza riskji li joriġinaw minn istituzzjonijiet individwali jew gruppi ta’ istituzzjonijiet u mhux biex tintuża bħala għodda ta’ politika makroprudenzjali li tindirizza riskji sistemiċi. It-tielet, ir-regolament propost jintroduċi l-possibbiltà għal awtoritajiet nazzjoanli li jaġġustaw il-piżijiet tar-riskju jew jistabbilixxu kriterji aktar stretti, eż proporzjon self-għal-valur, għal skoperturi ggarantiti b’fond immobbli residenzjali jew kummerċjali jew il-karatteristiċi tar-riskju ta’ dak is-segment speċifiku tas-suq jiġġustifikaw dan fi Stat Membru partikolari (20).

5.4

Il-BĊE jappoġġja l-qafas fuq imsemmi, li jħalli lil awtoritajiet nazzjonali jaġġustaw ċerti rekwiżiti prudenzjali u jqis illi għandu jkun estiż sabiex awtoritajiet nazzjonali jitħallew jimponu rekwiżiti prudenzjali aktar stretti għal finijiet makroprudenzjali fil-livell nazzjonali. Dan huwa neċessarju sabiex jiġi indirizzat tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja li joriġina mill-karatteristiċi strutturali ta’ sistema finanzjarja nazzjonali jew riskji sistemiċi b’mod komprensiv u effettiv. Għaldaqstant, l-iskop tal-qfas propost jista’ jkun estiż sabiex ikopri rekwiżiti aktar stretti għal: (a) kapital; (b) limiti fuq skoperturi kbar; (ċ) rekwiżiti għal likwidità u proporzjon ta’ leverage, meta jkunu mdaħħlin fil-qafas regolatorju tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, awtoritajiet nazzjonali għandhom jitħallew jimponu rekwiżiti aktar stretti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, p.e. li jissikkaw il-proporzjonijiet kwantitattivi u l-limiti għal elementi (a), (b) u (ċ), wara notifika tal-miżuri proposti lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS); madankollu, rekwiżiti bħal dawn għandhom ikunu applikati b’konformità sħiħa mal-aspetti l-oħrajn tad-dispożizzjonijiet tar-regolament propost li kieku jibqa’ ma jinbidilx.

5.5

Bil-ħsieb li tinżamm it-trasparenza u tiġi żgurata l-konsistenza ta’ miżuri adottati fi ħdan l-Unjoni, il-BĊE jirrakkomanda illi l-possibbiltà tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti minn awtoritajiet nazzjonali tkun suġġetta għal salvagwardji. F’dan ir-rigward, il-BERS jista’ jilgħab rwol ta’ koordinazzjoni importanti fil-valutazzjoni tat-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja u konsegwenzi possibbli mhux maħsubin minn qabel u l–firxa ta’ effetti minn miżuri bħal dawn fuq Stati Membri oħrajn. Barra minn dan, l-ABE u l-BERS għandhom jippubblikaw aġġornamenti regolari fuq il-websajts rispettivi tagħhom tal-miżuri adottati minn Stati Membri li huma aktar stretti minn dawk fir-regolament propost. Fl-aħħar, fejn it-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja li skatta l-applikazzjoni ta’ miżuri prudenzjali aktar stretti ma jibqax jeżisti, il-proporzjonijiet u l-limiti kwantitattivi għandhom imorru lura għal-livell ta’ armonizzazzjoni stabbilit mir-regolament propost.

5.6

Fuq kollox, il-possibbiltà tal-applikazzjoni ta’ miżuri prudenzjali aktar stretti minn Stati Membri speċifiċi tista' ssaħħaħ kemm l-istabbiltà finanzjarja kif ukoll l-integrazzjoni finanzjarja fl-Unjoni. Konkretament, billi jtaffu ir-riskji sistemiċi u jipproteġu s-suq waħdieni mill-akkumulazzjoni ta’ riskji sistemiċi eċċessivi b’mod ikkoordinat, l-awtoritajiet jistgħu jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-funzjonament bla xkiel tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni u jippromwovu l-forniment sostenibbli ta’ servizzi finanzjarji fis-suq waħdieni fiż-żmien medju sa twil.

6.   Fondi proprji

6.1

Il-BĊE jappoġġja bis-saħħa it-tisħiħ propost tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għal fondi proprji regolatorji kif ukoll l-armonizzazzjoni ulterjuri tat-tnaqqis. Ir-rekwiżiti għall-fondi proprji jirrappreżentaw għareb fir-riforma tal-kapital miftehma internazzjonalment. Għaldaqstant, minn perspettiva ta’ stabbiltà finanzjarja, huwa essenzjali illi r-rekwiżiti għal fondi proprji fir-regolament propost jiżguraw illi s-settur bankarju tal-Unjoni ser iżomm kapital tal-ogħla kwalità b’mod partikolari fir-rigward ta’ kapital ta’ grad 1 tal-ekwità komuni, li ser jirriżulta fi grad ogħla ta’ assorbiment ta’ telf. Il-kriżi wasslet biex ir-riforma ġdida tal-kapital tpoġġi emfażi partikolari fuq kapital ta’ grad 1 tal-ekwità komuni. L-għan huwa li jiġi żgurat li istituzzjonijiet ta’ kreditu Ewropej iżommu kapital ta’ grad 1 tal-ekwità komuni li huwa għoli fil-kwalità daqs il-pari internazzjonali tagħhom u ukoll li tiġi żgurata l-konformità sħiħa mal-ftehim Basel III kif approvat mill-GHOS (21). F’dan ir-rigward, il-kwistjonijiet li ġejjin għandhom ikunu emfasizzati.

6.2

Il-BĊE jappoġġja l-lista ta’ kundizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti sabiex jikkwalifikaw bħala elementi ta’ grad 1 tal-ekwità komuni f’termini ta’ permanenza, assorbiment ta’ telf u flessibbiltà tal-ħlasijiet. B’konformità mal-ftehim Basel III, l-‘istrumenti tal-kapital’ imsemmijin fir-regolament propost għandhom jikkonsistu biss minn ishma f’kumpaniji kif definiti taħt il-liġijiet nazzjonali rispettivi fl-Istati Membri (bl-eċċezzjoni ta’ strumenti tal-kapital maħruġin minn mutuals, soċjetajiet kooperattivi u istituzzjonijiet simili (22)) u għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta’ grad 1 tal-ekwità komuni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha definiti fir-regolament propost (23). Il-BĊE jirrakkomanda wkoll illi l-Kummissjoni, permezz tal-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni, tapprova l-lista ta’ forom tal-ishma eliġibbli bħala kapital ta’ grad 1 tal-ekwità komuni stabbilita mill-ABE sabiex tagħti effett vinkolanti lil-lista. Barra minn dan, abbozzi ta’ standards tekniċi jispeċifikaw ulterjorment li l-kundizzjonijiet t’hawn fuq għandhom ikunu żviluppati. Il-konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet għandha tkun żgurata minn awtoritajiet kompetenti b’kooperazzjoni mal-ABE fuq bażi kontinwa. Dawn is-salvagwardji għandhom jikkontribwixxu biex tiġi żgurata aktar il-konsistenza fl-Unjoni u jitnaqqas l-ambitu għall-inġinerija finanzjarja.

6.3

Fir-rigward ta’ investimenti sinifikanti f’impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni jew kumpaniji b’parteċipazzjoni assigurattiva, il-ftehim Basel III jeħtieġ illi, lil hinn minn ċertu limitu, dawn l-investimenti jitnaqqsu mill-kapital ta’ grad 1 tal-ekwità komuni, jiġifieri l-approċċ tat-tnaqqis korrispondenti (24). Il-ftehim Basel III iqis illi dawn l-entitajiet huma barra mill-iskop tal-konsolidazzjoni regolatorja u għandu l-għan li jevita l-għadd doppju ta' kapital regolatorju. Ir-regolament propost iżomm il-possibbiltà, diġà eżistenti fid-Direttiva 2006/48/KE, għal awtoritajiet kompetenti li jawtorizzaw l-applikazzjoni tal-metodi stabbiliti fid-Direttiva 2002/87/KE (25) bħala alternattiva għat-‘tnaqqis’ (26).

6.4

Il-BĊE ġeneralment huwa tal-fehma illi fondi proprji regolatorji fi ħdan grupp bankarju għandhom jintużaw biss biex ikopru telf li jirriżulta minn riskji bankarji. Għaldaqstant, il-BĊE jappoġġja l-indirizzar tal-kwistjoni tal-użu doppju ta’ fondi proprji regolatorji kemm fil-livell ta’ grupp bankarju, jiġifieri l-konsolidazzjoni tas-sussidjarji kollha li huma istituzzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji (27), kif ukoll fil-livell ta’ konglomerat finanzjarju, jiġifieri li s-sussidjarji tal-assigurazzjoni jiġu inklużi wkoll fl-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja. F’dan il-kuntest, l-applikazzjoni tal-metodi stabbiliti f’Anness I ta’ Direttiva 2002/87/KE m’għandha f'ebda ħin tirriżulta f’fondi proprji regolatorji li huma ogħla għal gruppi ta’ istituzzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fir-regolament propost (28) meta mqabbel ma’ dawk li jkunu l-fondi proprji regolatorji jekk ikun applikat l-approċċ tat-tnaqqis.

6.5

Meta jitqies il-ftehim Basel III u ukoll, kif xieraq, il-prinċipji internazzjonali tal-Forum Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji, il-BĊE jirrakkomanda li tiġi żgurata konsistenza kross-settorjali sħiħa bejn dawn it-testi (29), li titlob l-allinjament tar-regolament propost mad-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ Direttivi 2009/138/KE (30) u 2002/87/KE (31). Barra minn dan, fil-waqt illi l-BĊE jappoġġja l-iżvilupp mill-Kumitat Konġunt tal-ASEi ta’ abbozz ta’ standards tekniċi fir-rigward tal-metodi stabbiliti f’Direttiva 2002/87/KE, huwa jirrakkomanda, għall-finijiet ta’ ċarezza legali u biex jiġu evitati inkonsistenzi kross-settorjali fil-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, li l-għoti ta’ din is-setgħa tiddaħħal biss fid-Direttiva 2002/87/KE (32).

6.6

F’Jannar 2011, il-GHOS ippubblikaw il-ftehim tagħhom illi l-istrumenti addizzjonali ta’ grad 1 u grad 2 ta’ istituzzjoni għandhom ikunu kapaċi jinkitbu kollha u b’mod permanenti jew jiġu kkonvertiti kollha f’kapital ta’ grad 1 tal-ekwità komuni meta l-istituzzjoni ma tibqax vijabbli (33). Ir-regolament propost jikkonferma l-intenzjoni tal-leġiżlatur li jinkorpora dan il-ftehim bis-sħiħ (34). Il-BĊE jifhem illi l-Kummissjoni ser tinkorpora dan ir-rekwiżit għal strumenti kemm ta’ grad 1 kif ukoll ta’ grad 2 flimkien mal-proposta li se ssir dwar ir-riżoluzzjoni bankarja u l-ġestjoni ta' kriżi fis-settur bankarju.

7.   Bafers kapitali

7.1

Il-BĊE jilqa' l-għażla tad-direttiva proposta għall-introduzzjoni tal-qafas għal bafers kapitali peress illi dan l-approċċ ser iħalli lill-awtoritajiet jindirizzaw riskji sistemiċi b’mod effettiv u flessibbli fl-Istati Membri. Il-BĊE iqis, b’mod partikolari, li l-bafers kapitali kontroċikliċi huma element ewlieni tal-għodda makroprudenzjali (35) u jappoġġja bis-sħiħ l-introduzzjoni ta’ element kontroċikliku espliċitu fir-regolamentazzjoni finanzjarja.

7.2

Bafer kapitali kontroċikliku jista’ jtejjeb sostanzjalment ir-reżiljenza tas-settur bankarju u jista’ għalhekk jikkontribwixxi għall-forniment mingħajr xkiel ta’ servizzi finanzjarji matul iċ-ċiklu tan-negozju. F’dan ir-rigward, il-BĊE jemfasizza illi deċiżjoni fir-rigward ta’ bafer kapitali kontroċikliku minn awtoritajiet nazzjonali għandu jkun suġġett għal rekwiżiti ta’ reċiproċità mingħajr rabtiet sa 2.5% tal-assi peżati għar-riskju, fil-waqt illi r-reċiproċità volontarja għandha tapplika ‘il fuq minn dan il-limitu. Barra minn dan, il-BĊE jappoġġja l-proposta illi awtoritajiet nazzjonali jkollhom l-abbiltà li jistabbilixxu bafer kapitali kontroċikliku li jqis kwalunkwe fattur finanzjarju u ekonomiku varjabbli meqjus relevanti għall-valutazzjoni ta' tkabbir eċċessiv fil-kreditu u l-akkumulazzjoni ta’ riskji sistemiċi. Madankollu, dawn il-fatturi varjabbli m’għandhomx ikunu ta’ natura strutturali peress illi l-bafer kapitali kontroċikliku m’għandux jimmira li jindirizza riskji strutturali fis-sistema finanzjarja. Għaldaqstant, il-BĊE jipproponi illi l-inklużjoni ta’ fatturi varjabbli ta’ natura non-ċiklika fil-mekkaniżmu ta’ bafer kapitali kontroċikliku jiġi rtirat mid-diretttiva proposta (36).

8.   Likwidità

8.1

Il-BĊE jilqa’ l-impenn inekwivoku tal-Kummissjoni li tintroduċi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kemm rekwiżit għall-kopertura tal-likwidità (LCR) kif ukoll proporzjon ta’ finanzjamrent stabbli nett (NSFR), skont il-ftehim Basel III (37). L-introduzzjoni ta’ qafas tar-riskju għal-likwidità fil-leġiżlazzjoni proposta għandha tissarraf f’benefiċċji mikro- u makro-prudenzjali sostanzjali. Ir-rekwiżiti tal-likwidità għandhom iżidu r-riżervi ta’ likwidità ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u jbaxxu t-trasformazzjoni tar-riskju tal-maturità, inaqqsu l-interkonnessjoni eċċessiva fis-sistema finanzjarja u jtaffu r-riskju sistemiku għal-likwidità. Barra minn dan, regoli armonizzati dwar ir-riskju għal-likwidità għandhom jgħinu biex jinkisbu kundizzjonijiet ekwi bi prattiċi sodi għall-ġestjoni tar-riskju ta’ likwidità u jkollhom effett ġenerali ta’ tkabbir tal-ġid fuq l-ekonomija Ewropea.

8.2

Fir-rigward tal-qafas tal-likwidità propost, il-BĊE jixtieq jemfasizza l-punti li ġejjin.

8.2.1

Fir-rigward tar-rapportar dwar l-assi likwidi, hemm numru ta’ sovrappożizzjonijiet bejn l-elementi ppreżentati fir-regolament propost li jirrigwardaw ‘Rappurtar dwar assi likwidi’ (38) u l-elementi suġġetti għal rappurtar supplimentari ta’ assi likwidi (39). Bl-istess mod, il-BĊE jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ lista waħda u trasparenti tal-elementi li għandhom ikunu rrapportati. Fir-rigward tat-trattament ta’ ishma jew unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv (CIUs) bħala assi likwidi, huwa importanti li l-ammont relattiv ta’ dawn l-istrumenti fil-LCR jiġi llimitat, minbarra li jiġi stabbilit limitu assolut ta’ EUR 250 miljun, sabiex jiġu llimitati r-riskji ta’ konċentrazzjoni f’istituzzjonijiet żgħar (40).

8.2.2

Il-banek ċentrali għandhom ikunu involuti fl-iffissar tal-punt sa fejn ir-rizervi tal-banek ċentrali jistgħu jgħoddu għall-ħażna ta’ assi likwidi fi żmenijiet ta’ kriżi (41).

8.2.3

Minħabba l-interazzjoni sinifikanti mistennija bejn ir-rekwiżiti tal-likwidità u l-operazzjonijiet tal-politika monetarja, il-BĊE jirrakkomanda li jiġi kkonsultat mill-ABE fl-iżvilupp ta’ definizzjoni uniformi ta’ assi ta’ kwalità għolja kif ukoll dwar il-valutazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 dwar kif għandu jiġi żgurat illi l-istituzzjonijiet jużaw sorsi stabbli ta’ finanzjament (42). Minkejja l-effetti pożittivi tal-regolamentazzjoni tal-likwidità fuq l-implimentazzjoni tal-politika monetarja, jiġifieri aktar bafers ta’ likwidità u finanzjament aktar stabbli ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jnaqqsu s-sehem ta' istituzzjonijiet ta' kreditu persistenti f’operazzjonijiet tal-banek ċentrali, jistgħu jirrizultaw ukoll effetti negattivi potenzjali, eż billi jitbaxxew il-likwidità medja tal-kollateral u l-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti u jkun hemm impatt fuq l-implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-politika monetarja.

8.2.4

L-iżvilupp ta’ qafas xieraq għall-konformità għal-LCR, jiġifieri regoli dwar l-użu tal-ħażna ta’ assi likwidi f’xenarju ta’ kriżi u kif awtoritajiet kompetenti għandhom jirreaġixxu f’każ ta’ ksur, huwa ta’ importanza partikolari. Minħabba r-relevanza tal-LCR mill-perspettiva kemm tas-superviżjoni mikro- kif ukoll dik makro-prudenzjali, il-BĊE iqis illi l-ABE, f’kooperazzjoni mal-BERS, għandha tkun involuta fil-forumazzjoni ta’ gwida dwar il-possibilità ta’ rilaxx u akkumulazzjoni sussegwenti tal-bafer ta’ likwidità fi żmenijiet ta’ kriżi (43).

8.3

L-introduzzjoni tan-NFSR (44) għandha tiżgura illi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom finanzjament stabbli biex iwettqu l-obbligi tagħhom. Waħda mill-problemi ewlenin illi affaċċjaw l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi kienet il-ħtieġa ta' finanzjament urġenti illi rriżultat minn grad ogħli ta' diskrepanza fil-maturità. Dan implika l-ħtieġa ta’ dipendenza kontinwa fuq ir-roll-over ta’ obbligazzjonijiet fuq żmien qasir fis-swieq tal-flus bl-ingrossa, li jirriżulta fi problemi ta’ finanzjament li nxterrdu għas-swieq finanzjarji. F’dan ir-rigward, il-BĊE jissuġġerixxi bidliet fl-abbozzar sabiex tiġi evitata kull ambigwità possibbli fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit. Fil-waqt illi jiġi rikonoxxut illi d-disinn tan-NFSR jista’ jiġġustifika xi irfinar, il-perijodu ta’ osservazzjoni twil li jdum sal-1 ta’ Jannar 2018 huwa mistenni li jipprovdi ż-żmien neċessarju biex il-proporzjon jiġi kkalibrat aktar sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ possibbilità ta’ konsegwenzi mhux intiżi.

9.   Leverage

Il-kriżi finanzjarja wriet biċ-ċar il-ħtieġa li leverage eċċessiv jiġi llimitat fi ħdan is-settur finanzjarju. Il-BĊE għaldaqstant jilqa’ ħafna l-impenn tal-Kummissjoni biex tintroduċi proporzjon ta’ leverage mhux ibbażat fuq ir-riskju bħala rekwiżit vinkolanti, suġġett għal reviżjoni xierqa u kalibrar billi jsir l-akbar użu possibbli tal-perjodu ta’ reviżjoni miftiehem (45). F’dan l-isfond, il-BĊE jissuġġerixxi li fir-regolament propost jiġi ċċarat l-impenn tal-leġiżlatur li jdaħħal dan ir-rekwiżit. (46)

10.   Rappurtar superviżorju

L-oqfsa ta’ rappurtar superviżorju għar-rappurtar finanzjarju (FINREP) u għar-rappurtar komuni (COREP) ġew żviluppati l-aħħar mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (47). Dawn l-oqfsa huma preżentement ibbażati fuq linji gwida u mudelli għar-rapportar li mhumiex vinkolanti. F’dan il-kuntest, il-BĊE jirrakkomanda li: (a) fir-regolament propost jiġi ċċarat il-qafas għar-rappurtar tal-COREP; (b) tiddaħħal bażi legal ċara għal FINREP; u (ċ) li jiġi speċifikat aktar l-ambitu tal-abbozzi tal-istandards tekniċi li għandhom jiġu żviluppati mill-ABE f’dan il-qasam (48). B’mod partikolari, huwa propost illi l-ABE u l-BERS għandhom jikkooperaw biex jiddefinixxu l-firxa ta’ informazzjoni finanzjarja neċessarja għall-finijiet ta’ sorveljanza makro-prudenzjali. Bil-ħsieb li tinġabar l-informazzjoni neċessarja għat-twettiq tal-kompiti ta’ sorveljanza makro-prudenzjali fir-rigward tar-rekwiżiti tar-rappurtar marbutn ma’ skoperturi kbar, rappurtar ta’ likwidità u proporzjon tal-leverage  (49), il-BĊE jissuġġerixxi wkoll li jiddaħħal rappurtar ta’ kull tliet xhur bħala minimu u li l-BERS jiġi involut fl-iżvilupp tal-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni.

11.   Tisħiħ tal-arranġamenti dwar il-qsim ta’ informazzjoni

11.1

Fil-waqt illi r-riforma riċenti tas-superviżjoni finanzjarja Ewropea diġa pprovdiet tisħiħ fir-rigward tal-arranġamenti dwar il-qsim ta’ informazzjoni (50), il-kriżi finanzjarja emfasizzat l-importanza li jiġu żgurati arranġamenti xierqa dwar il-qsim ta' informazzjoni bejn awtoritajiet pubbliċi u b’mod partikolari bejn banek ċentrali, inkluż il-BĊE, u awtoritajiet superviżorji. Il-BĊE jissuġġerixxi li l-bidliet imdaħħlin bir-riforma superviżorja jiġu riflessi fid-direttiva proposta u li jittejjeb aktar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-banek ċentrali tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE, meta din l-informazzjoni tkun relevanti għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom (51). Il-BĊE jirrakkomanda wkoll illi l-Kumissjoni, bl-assistenza tal-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet relevanti (inkluż il-BĊE, il-BERS u l-ABE) iwettqu, fi żmien sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-diretiva proposta, reviżjoni sħiħa tal-effettività ta’ dawn l-arranġamenti u, fejn xieraq, jifformulaw proposti biex jissaħħaħ aktar dan il-qafas fil-livell tal-Unjoni, billi b’mod partikolari jitqiesu wkoll is-sinerġiji relatati mal-informazzjoni bejn il-funzjonijiet ta’ bank ċentrali u dawk ta’ superviżjoni prudenti, kemm fi żmenijiet normali kif ukoll fi żmenijiet ta’ kriżi (52).

11.2

Il-BĊE jirrakkomanda wkoll valutazzjoni fil-fond mill-Kummissjoni, ibbażata fuq rapport tal-ABE, tal-applikazzjoni tad-direttiva u r-regolament proposti fir-rigward ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni u tal-Istat Membru ma’ pajjiżi terzi. Fil-waqt li jqis lezzjonijiet meħudin mill-kriżi finanzjarja, din ir-reviżjoni għandha tidentifika lakuni u tivvaluta oqsma li jeħtieġu aktar tisħiħ fil-kooperazzjoni, il-qsim ta’ informazzjoni u ftehim dwar ir-reċiproċità, inkluż l-infurzar ta’ rwoli superviżorji f’pajjiżi terzi. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi wkoll il-ħtieġa li jittejbu aktar ftehim ta’ kooperazzjoni bejn Stati Membri u l-ABE fuq naħa u istituzzjonijiet jew korpi finanzjarji internazzjonali bħall-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) jew il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja fuq in-naħa l-oħra.

Aktar speċifikament, il-BĊE jirrakkomanda wkoll reviżjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva proposta li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet tal-aċċess għal fergħat ta’ istituzzjonijiet stabbiliti f’pajjiżi terzi sabiex fi ħdan l-Istati Membri tittejjeb l-armonizzazzjoni ta’ regoli dwar it-twaqqif ta’ fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Unjoni u tiġi żgurata l-konsistenza kross-settorjali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji (53).

12.   Kwistjonijiet oħra

Kwistjonijiet varji oħra relatati ma’: (a) kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni u s-sorveljanza ta’ kontrapartijiet ċentrali; (b) setgħat superviżorji; (ċ) kwistjonijiet ta’ governanza; (d) regoli u terminoloġija applikabbli għal istituzzjonijiet għall-valutazzjoni ta’ kreditu esterni (ECAIs); (e) titolizzazzjoni, huma wkoll indirizzati fl-Anness għall-opinjoni u jirriżultaw f’emendi proposti speċifiċi.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi d-direttiva u r-regolament proposti jiġu emendati, qed jiġu stabbiliti għal dan il-għan fl-Anness proposti speċifiċi ta’ abbozzar flimkien ma’ test ta’ spjegazzjoni għal dan il-għan.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Jannar 2012.

Il-Viċi President tal-BĊE

Vitor CONSTÂNCIO


(1)  KUMM(2011) 453 finali.

(2)  KUMM(2011) 452 finali.

(3)  Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u s-segwitu tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

(4)  Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201).

(5)  Ara punt 29 tad-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja fis-Summit ta’ Seoul tal-G20 tal-11 u t-12 ta’ Novembru 2010 li jgħid illi: ‘Il-qafas il-ġdid ser ikun tradott fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħna, u ser ikun implimentat sa mill-1 ta’ Jannar 2013 u mdaħħal kollu sal-1 ta' Jannar 2019.'

(6)  Punt 29 tad-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja tas-Summit ta’ Seoul tal-G20 tal-11 u t-12 ta’ Novembru 2010.

(7)  Ara ‘Basel III: Qafas regolatorju globali għal banek u sistemi bankarji aktar reżiljenti’, Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, Diċembru 2010, verżjoni riveduta Ġunju 2011 (minn hawn ‘il quddiem il-‘ftehim Basel III’).

(8)  Ara l-istqarrijiet għall-istampa tal-GHOS tas-26 ta’ Lulju u t-12 ta’ Settembru 2010, disponibbli fuq il-websajt tal-BIS fuq www.bis.org.

(9)  Ara, pereżempju, paragrafu 2 tal-Opinjoni BĊE CON/2009/17 tal-5 ta’ Marzu 2009 fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE fir-rigward ta’ banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, skoperturi kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet. L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma ppubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(10)  Ara, pereżempju, paragrafu 3 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2011/42 tal-4 ta’ Mejju 2011 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ĠU C 159, 28.5.2011, p. 10).

(11)  Ara paragrafu 20 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009.

(12)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), jemenda Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p.12), Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), jemenda Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p.48), u Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), jemenda Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p.84) Ir-Regolamenti li jistabbilixxu l-ASEi jintroduċu proċedura għall-iżvilupp mill-ASEi ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni qabel l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni taħt il-forma ta’ atti ddelegati jew ta’ implimentazzjoni rispettivament.

(13)  Artikolu 282(5) tat-Trattat jirreferi għal abbozzi ta’ atti tal-Unjoni fil-verzjonijiet lingwistiċi li ġejjin: Bulgaru (‘проект на акт на Съюза’); Spanjol (‘proyecto de acto de la Unión’); Daniż (‘udkast’); Ġermaniż (‘Entwurf für Rechtsakte der Union’); Estonjan (‘ettepanekute’); Grieg (‘προτεινόμενη πράξη της Ένωσης’); Franċiż (‘projet d'acte de l'Union’); Taljan (‘progetto di atto dell'Unione’); Latvjan (‘projektiem’); Litwan (‘Sąjungos aktų projektų’); Olandiż (‘ontwerp van een handeling van de Unie’); Portugiż (‘projectos de acto da União’); Rumen (‘proiect de act al Uniunii’); Slovakk (‘navrhovaných aktoch Únie’); Sloven (‘osnutki aktov Unije’); Finlandiż (‘esityksistä’); Żvediż (‘utkast’). Il-verżjoni Irlandiża taqra ‘gniomh Aontais arna bheartu’, li tikkorrispondi għall-kunċett ta’ atti tal-Unjoni ‘ppjanati’.

(14)  Deċiżjoni tal-10 ta’ Lulju 2003 f’Każ C-11/00, Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej v Bank Ċentrali Ewropew ([2003] ECR 2003, p. I-7147, b’mod partikolari l-paragrafi 110 u 111).

(15)  Artikolu 443 tar-regolament propost.

(16)  Ara l-premessa 87 tar-regolament propost.

(17)  Ara r-rapport ta’ progress konġunt tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali lill-G20 dwar l-għodod u oqfsa tal-politika makroprudenzjali tas-27 ta’ Ottubru 2011, disponibbli fuq il-websajt tal-FSB fuq www.financialstabilityboard.org.

(18)  Ara Titolu VII, Kapitolu 4 tad-direttiva proposta.

(19)  Artikolu 95 tad-direttiva proposta.

(20)  Artikolu 119(2) tar-regolament propost.

(21)  Ara l-istqarrijiet għall-istampa tal-GHOS tas-26 ta’ Lulju u t-12 ta’ Settembru 2010.

(22)  Ara Artikolu 27 tar-regolament propost.

(23)  Ara Artikolu 26(1) tar-regolament propost.

(24)  Ara paragrafu 84 tal-ftehim Basel III.

(25)  Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).

(26)  Ara Artikolu 46 tar-regolament propost.

(27)  Skont Artikolu 16 tar-regolament propost.

(28)  Skont Artikolu 16 tar-regolament propost.

(29)  Ara paragrafu 6.1 ta’ Opinjoni CON/2011/42.

(30)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)

(31)  Paragun bejn dawn it-testi juri numru ta’ differenzi li jirrigwardaw it-trattament ta’ parteċipazzjonijiet kross-settorjali fuq livell individwali u ta’ grupp. Pereżempju, skont Direttiva 2009/138/KE, l-azzjonijiet ta’ impriża tar-riassigurazzjoni f’istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jitnaqqsu fuq livell individwali irrispettivament minn jekk l-impriża tar-riassigurazzjoni u l-istituzzjonijiet humiex parti mill-istess konglomerat finanzjarju. B’kuntrast, ir-regolament propost jipprovdi għal rinunzja, jiġifieri awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li ma jnaqqsux l-investimenti ta’ istituzzjoni f’istituzzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji jew impriżi tal-assigurazzjoni oħra fuq livell individwali fejn: l-entitajiet huma parti mill-istess konglomerat finanzjarju; jew fejn mhumiex parti minn konglomerat finanzjarju imma jintuża wieħed mit-tliet metodi stabbiliti f’Anness I ta’ Direttiva 2002/87/KE. Fir-rigward tal-iskop tas-superviżjoni ta’ grupp, istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji huma inklużi fl-iskop ta’ superviżjoni ta’ grupp taħt Direttiva 2009/138/KE. Bil-kontra, l-iskop tas-superviżjoni taħt ir-regolament propost huwa limitat għal istituzzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji li huma sussidjarji ta’ istituzzjoni, jew jekk applikabbli il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta (Artikolu 16 tar-regolament propost).

(32)  Ara Artikolu 139 tad-direttiva proposta li jemenda l-Artikolu 21 ta’ Direttiva 2002/87/KE. Dan ser jeħtieġ it-tħassir ta’ Artikolu 46(4) tar-regolament propost.

(33)  Ara premessa 27 tar-regolament propost u l-istqarrija għall-istampa tal-GHOS tat-13 ta’ Jannar 2011.

(34)  Ara premessa 27 tar-regolament propost.

(35)  Il-bafer kapitali kontroċikliku għandu jiġi attivat f’perijodi ta’ tkabbir eċċessiv fil-kreditu assoċjat mal-akkumulazzjoni ta’ riskji sistemiċi u rilaxxjat f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

(36)  Ara Artikolu 126(3)(ċ) u Artikolu 126(4) tad-direttiva proposta.

(37)  Ara premessa 75 u 76 tar-regolament propost.

(38)  Artikolu 404 tar-regolament propost.

(39)  Anness III tar-regolament propost.

(40)  Artikolu 404(5) tar-regolament propost.

(41)  Ara b’mod partikolari Artikoli 403 u 404 ta’ Anness III għar-regolament propost.

(42)  Ara Artikolu 481 tar-regolament propost.

(43)  Ara Artikolu 402 tar-regolament propost.

(44)  Ara premessa 76 u Artikolu 481(3) tar-regolament propost.

(45)  Ara premessa 64 u 70 tar-regolament propost.

(46)  Ara Artikolu 482 tar-regolament propost.

(47)  Ara l-kompendju ta’ standards u linji gwida tal-Kumitat ta’ Superviżuri Bankarji Ewropej, p. 448-473.

(48)  Ara Artikolu 94 tar-regolament propost.

(49)  Artikoli 383, 403 u 417 tar-regolament propost.

(50)  Ara Regolament (UE) Nru 1093/2010, Regolament (UE) Nru 1092/2012, Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi dwar il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162).

(51)  Ara, per eżempju, il-paragrafi 13 sa 15 ta’ Opinjoni CON/2009/17, paragrafu 2.2 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2010/23 tat-18 ta’ Marzu 2010 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 1998/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ĠU C 87, 1.4.2010, p. 1) u paragrafu 5 ta’ Opinjoni CON/2011/42.

(52)  Ara paragrafu 15 ta’ Opinjoni CON/2019/17.

(53)  Ara pereżempju l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KUMM(2011) 656 finali).


ANNESS

Proposti ta’ abbozzar għad-direttiva proposta

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessa 3 tad-direttiva proposta

“(3)

Ir-rekwiżiti prudenzjali ġenerali stabiliti fir-Regolament [inserted by OP] huma ssupplimentati minn arranġamenti individwali li jkunu deċiżi mill-awtoritajiet kompetenti bħala riżultat tar-rieżami superviżorju kontinwu tagħhom ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu u kull ditta tal-investiment individwali. Il-firxa ta’ dawn l-arranġamenti superviżorji għandha tkun stabilita f’din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom rigward liema arranġamenti għandhom ikunu imposti. Rigward l-arranġamenti individwali li jirrigwardaw il-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-prinċipji stabiliti fil-linji gwida dwar il-likwidità ppubblikati mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej [footnote].”

“(3)

Ir-rekwiżiti prudenzjali ġenerali stabbiliti fir-Regolament [inserted by OP] huma ssupplimentati minn arranġamenti individwali li jkunu deċiżi mill-awtoritajiet kompetenti bħala riżultat tar-rieżami superviżorju kontinwu tagħhom ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu u kull ditta tal-investiment individwali. Il-firxa ta’ dawn l-arranġamenti superviżorji għandha tkun stabbilita f’din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom rigward liema arranġamenti għandhom ikunu imposti. .”

Spjegazzjoni

L-ASEi jieħdu post il-kumitati ta’ Lamfalussy Livell 3 u jassumu l-kompiti u r–responsabbiltajiet kollha ta’ dawk il-kumitati inkluż it-tkomplija ta’ xogħol u proġetti li għaddejjin, eż. premessa 10 u Artikolu 8(1)(1) ta’ Regolament (UE) Nru 1093/2010. Għaldaqstant, ir-referenza għal dawn il-linji gwida fil-premessa għandha titħassar.

Emenda 2

Artikolu 2(4) tad-direttiva proposta (ġdid)

L-ebda test

“4.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tiddefinixxi aktar il-kriterji għall-inklużjoni ta’ istituzzjoni fil-lista fil-paragrafu 3 u għat-tipi ta’ każijiet li jistgħu jkunu koperti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali kif imsemmi f’Artikolu 3(2).

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

Spjegazzjoni

Preżentement, mhuwiex possibbli li jiġu determinati l-kriterji li permezz tagħhom jiġu magħżula l-entitajiet elenkati fl-Artikolu 2(3) tad-direttiva proposta. Sabiex jitnaqqsu l-għażliet u diskrezzjoni nazzjonali, il-BĊE jipproponi illi l-ABE tiżviluppa kriterji oġġettivi li magħhom jista’ jiġi vvalutat f’emendi futuri lid-direttiva proposta jekk il-lista f'Artikolu 2(3)(3) sa (22) għandhiex tiġi emendata. Suġġeriment wieħed huwa li l-istess proċedura tiġi applikata lit-tipi ta’ każijiet koperti minn Artikolu 3(2) tad-direttiva proposta. Din l-emenda għandha tinqara flimkien ma’ Artikolu 136(a) tad-direttiva proposta, li tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tagħmel emendi tekniċi lil-lista f'Artikolu 2 tad-direttiva proposta.

Emenda 3

Artikolu 7 tad-direttiva proposta

“Artikolu 7

Il-kooperazzjoni mal-ABE

Fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-konverġenza fir-rigward tal-għodod superviżorji u l-prattiki superviżorji fl-applikazzjoni tal-liġi, ir-regolamenti u r-rekwiżiti amministrattivi adottati skont din id-Direttiva. Għal dak il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-ABE;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-ABE f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;

(c)

il-mandati nazzjonali kkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti ma jimpedixxux it-twettiq tad-dmirijiethom bħala membri tal-ABE jew taħt din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP].”

“Artikolu 7

Il-kooperazzjoni mal-ABE u fi ħdan is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (ESFS)

Fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-konverġenza fir-rigward tal-għodod superviżorji u l-prattiki superviżorji fl-applikazzjoni tal-liġi, ir-regolamenti u r-rekwiżiti amministrattivi adottati skont din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP]. Għal dak il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

awtoritajiet kompetenti, bħala partijiet għall-ESFS, jikkooperaw b’fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b’mod partikolari meta jkunu qed jiżguraw il-fluss ta’ informazzjoni xierqa u affidabbli bejniethom u partijiet oħra għall-ESFS skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti jipparteċipaw und gegebenenfalls an den Aufsichtskollegien beteiligen;

(c)

l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-ABE f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u mat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġin mill-BERS skont Artikolu 16 ta’ Regolament (UE) Nru 1092/2010;

(d)

awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib mal-BERS;

(e)

il-mandati nazzjonali kkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti ma jimpedixxux it-twettiq ta’ d-dmirijiethom bħala membri tal-ABE, tal-BERS fejn xieraq jew taħt din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP].”

Spjegazzjoni

Għall-finijiet taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, l-emendi ser jiżguraw illi d-direttiva proposta tirrifletti l-prinċipji ta’ kooperazzjoni stabbiliti f’Regolament (UE) Nru 1092/2010  (2), Regolament (UE) Nru 1096/2010 u fir-Regolamenti li jistabbilixxu l-ASEi. Il-BĊE jirrakkomanda illi jiġu introdotti emendi simili f’direttivi relevanti oħrajn tas-settur finanzarju skont kif xieraq.

Emenda 4

Artikolu 8 tad-direttiva proposta

“Artikolu 8

Id-dimensjoni Ewropea tas-superviżjoni

L-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru għandhom, fl-eżerċitar tad-dmirijiet ġenerali tagħhom, debitament jikkunsidraw l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabilità tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kollha kkonċernati u, b’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien relevanti.”

“Artikolu 8

Id-dimensjoni Ewropea tas-superviżjoni

L-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru għandhom, fl-eżerċitar tad-dmirijiet ġenerali tagħhom, debitament jikkunsidraw l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l- istabbilità tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kollha kkonċernati u, b’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien relevanti, waqt li jqisu l-ħtieġa li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern u li jsaħħu l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji Ewropej.

Spjegazzjoni

L-emenda proposta timmira li tiċċara aktar l-għanijiet li għandhom jitwettqu minn awtoritajiet kompetenti fir-rigward tad-dimensjoni Ewropea tal-attivitajiet tagħhom. Premessa 42 tad-direttiva proposta għandha wkoll tiġi emendata bl-istess mod.

Emenda 5

Artikoli 49 sa 51 tad-direttiva proposta.

“TITOLU VII

SUPERVIŻJONI PRUDENZJALI

KAPITOLU 1

Prinċipji tas-superviżjoni prudenzjali

TAQSIMA I

Kompetenza tal-istat membru domiċiljarji u dak ospitanti

Artikolu 49

Kompetenza tal-kontroll tal-Istat Membru domiċiljari

1.   Is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjoni, inkluża dik tal-attivitajiet imwettqa minnha skont l-Artikoli 33 u 34, għandha tkun ir-responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari, mingħajr ħsara għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jagħtu r-responsabilità lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni s-superviżjoni fuq bażi konsolidata

Artikolu 50

Kompetenza tal-Istat Membru ospitanti

Il-provvedimenti meħuda mill-Istat Membru ospitanti ma jistgħux jistipulaw trattament diskriminatorju jew restrittiv li jkun ibbażat fuq il-fatt li istituzzjoni tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 51

Kollaborazzjoni rigward is-superviżjoni

[…]”

“TITOLU VII

SUPERVIŻJONI PRUDENZJALI

KAPITOLU 1

Prinċipji tas-superviżjoni prudenzjali

TAQSIMA I

-istat membru tad-domiċilju u dak ospitanti

Artikolu 49

Kompetenza tal-kontroll tal-Istat Membru tad-domiċilju

1.   Is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjoni, inkluża dik tal-attivitajiet imwettqa minnha skont l-Artikoli 33 u 34, għandha tkun ir-responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari, mingħajr ħsara għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jagħtu r-responsabilità lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni s-superviżjoni fuq bażi konsolidata

Artikolu 50

Kooperazzjoni bejn l-Istat tad-domiċilju u dak ospitanti

[…]”

Spjegazzjoni

Artikolu 50 tad-direttiva proposta jirreplika t-tielet paragrafu ta’ Artikolu 41 tad-Direttiva 2006/48/KE. Dan it-tielet paragrafu jirreferi għat-tieni paragrafu ta’ Artikolu 41, li jindirizza s-superviżjoni tal-likwidità ta’ fergħat u l-miżuri li jistgħu jittieħdu minn Stati Membri ospitanti u li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-politika monetarja tagħhom  (3) . Dan it-tielet paragrafu, li huwa skadut peress illi kien jirreferi għall-miżuri fuq imsemmija, għandu wkoll jitneħħa kif sar għall-ewwel u t-tieni paragrafi tal-istess Artikolu ta’ Direttiva 2006/48/KE  (4).

L-emenda proposta hija intiża biex ittejjeb iċ-ċarezza legali fir-rigward tal-irwoli tal-awtoritajiet tad-domiċilju u ospitanti fit-titoli tal-fuq imsemmija dispożizzjonijiet. L-ewwel, Artikolu 49(1) jistabbilixxi l-prinċipju tal-kompetenza tal-Istat Membru tad-domiċilju. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva proposta li jagħtu r-responsabbiltà lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Għalhekk, ir-referenza għall-kompetenza tal-Istat Membru ospitanti fit-titolu tal-Artikolu 50 tagħti gwida ħażina peress illi dan l-aspett huwa diġà indirizzat fl-artikolu preċedenti. It-tieni, Artikolu 50 mhuwiex meħtieġ peress illi l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat innifsu.

Emenda 6

Artikolu 54(2) tad-direttiva proposta

“2.   Il-paragrafu 1 m’għandux iwaqqaf lill-awtoritajiet kompetenti tad-diversi Stati Membri milli jiskambjaw informazzjoni jew jittrażmettu informazzjoni lill-ABE skont din id-Direttiva, ir-Regolament [inserted by OP] id-Direttivi l-oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u mal-Artikoli 31 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Dik l-informazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1.”

“2.   Il-paragrafu 1 m’għandux iwaqqaf lill-awtoritajiet kompetenti tad-diversi Stati Membri milli jiskambjaw informazzjoni jew jittrażmettu informazzjoni lill-ABE skont din id-Direttiva, ir-Regolament [inserted by OP] id-Direttivi l-oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u mal-Artikoli 31, 35 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Dik l-informazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta tiċċara illi l-awtoritajiet kompetenti u l-ABE jistgħu jittrażmettu lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa sabiex il-BERS iwettaq il-kompiti tiegħu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Il-BĊE jirrakkomanda li jiddaħħlu emendi simili f’direttivi rilevanti oħrajn tas-settur finanzjarju, skont kif xieraq.

Emenda 7

Artikolu 59 tad-direttiva proposta

“Artikolu 59

It-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar aspetti monetarji, sistemiċi u ta’ pagament

1.   Xejn f'dan il-Kapitolu ma għandu jipprevjeni lil awtorità kompetenti milli tittrażmetti informazzjoni lil dawn li ġejjin għall-finijiet tal-kompiti tagħhom:

[…]

4.   F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 109(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jikkomunikaw, mingħajr dewmien […].”

“Artikolu 59

It-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar aspetti monetarji, sistemiċi u ta’ pagament

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex ineħħu x-xkiel li jżommu lil awtoritàjiet kompetenti milli jittrażmettu informazzjoni lil dawn li ġejjin għall-finijiet tal-kompiti rispettivi tagħhom:

[…]

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li F’ sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 109(1), - awtoritajiet kompetenti li jikkomunikaw, mingħajr dewmien […].”

Spjegazzjoni

Il-kriżi finanzjarja kkonfermat illi huwa mill-aktar importanti li jiġu żgurati arranġamenti xierqa dwar il-qsim ta' informazzjoni bejn awtoritajiet pubbliċi u b’mod partikolari bejn banek ċentrali, inkluż il-BĊE, u awtoritajiet superviżorji. Għalhekk, il-BĊE jissuġġerixxi li jittejbu aktar il-metodi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet superviżorji u banek ċentrali tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE, fir-rigward tal-informazzjoni relevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji tagħhom, speċjalment f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (ara wkoll Emenda 12).

Emenda 8

Artikolu 64 tad-direttiva proposta

“Artikolu 64

Aufsichtsbefugnisse

Għall-finijiet tal-Artikolu 99 u l-applikazzjoni tar-Regolament [inserted by OP], l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom tal-anqas is-setgħat li ġejjin:

[…].”

“Artikolu 64

Aufsichtsbefugnisse

Għall-finijiet tal-Artikolu 99 u l-applikazzjoni tar-Regolament [inserted by OP], l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom tal-anqas is-setgħat li ġejjin:

[…]

(k)

Li jneħħu membru wieħed jew aktar tal-korp maniġerjali, fejn huma ma jissodisfawx ir-rekwiżiti imposti taħt Artikolu 87.

Spjegazzjoni

L-emenda proposta hija intiża biex tiżgura illi l-liġijiet nazzjonali jintitolaw lil awtoritajiet kompetenti biex jieħdu miżuri xierqa, inkluż it-tneħħija ta’ membri tal-korp maniġerjali u ta' diretturi ewlenin li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti definiti f’Artikolu 87 tad-direttiva proposta, b’konformità ma’ standards internazzjonali  (5).

Emenda 9

Artikolu 67(1) tad-direttiva proposta

“1.   Dan l-Artikolu għandu jkun applikabbli f'dawn iċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin:

[…].”

“1.   Dan l-Artikolu għandu jkun applikabbli f'dawn iċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin:

[…]

(n)

istituzzjoni tkun instabet responsabbli għal ksur serju tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu [footnote]”.

Spjegazzjoni

Awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom il-possibbiltà li jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni skont Artikolu 18(1) tad-direttiva proposta, fejn tkun ikkommettiet ksur serju tar-regoli tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Emenda 10

Artikolu 75(5) tad-direttiva proposta

“5.   […]

L-uffiċċju tal-immaniġjar tar-riskju għandu jkun jista’ jirrapporta direttament lill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu meta jkun meħtieġ, indipendentement mill-maniġment superjuri.

Il-kap tal-uffiċċju tal-immaniġjar tar-riskju għandu jkun uffiċjal eżekuttiv superjuri indipendenti b’responsabilità distinta għall-uffiċċju tal-immaniġjar tar-riskju.

[…].”

“5.   […]

L-uffiċċju tal-immaniġjar tar-riskju għandu jkun jista’ jirrapporta direttament lill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu meta jkun meħtieġ, indipendentement mill-maniġment superjuri u jqajjem tħassib u jwissi lil dan il-korp, fejn xieraq, f’każ ta’ żviluppi speċifiċi tar-riskju li jeffettwaw jew jistgħu jeffettwaw l-istituzzjoni, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-korp maniġerjali fil-funzjonijiet kemm superviżorji kif ukoll/jew maniġerjali skont din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP].

Il-kap tal-uffiċċju tal-immaniġjar tar-riskju għandu jkun uffiċjal eżekuttiv superjuri indipendenti b’responsabilità distinta għall-uffiċċju tal-immaniġjar tar-riskju.

[…].”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jirrakkomanda din l-emenda proposta sabiex jispeċifika aktar illi l-funzjoni tal-immaniġjar tar-riskju tinkludi l-kompitu li jitqajjem tħassib u li l-korp maniġerjali fil-kapaċità superviżorja tiegħu jiġi mwissi f'każ ta' żviluppi li jirrigwardaw l-iskoperturi għar-riskju ta' istituzzjoni.

Emenda 11

Artikolu 87 tad-direttiva proposta

“Artikolu 87

Korp maniġerjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-membri kollha tal-korp maniġerjali ta’ kwalunkwe istituzzjoni għandhom dejjem ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed u jiddedikaw ħin biżżejjed biex iwettqu dmirijiethom. Il-membri tal-korp maniġerjali għandhom, b’mod partikolari, jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

[…]

(b)

Il-korp maniġerjali għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati biex ikun jista’ jifhem l-attivitajiet tal-istituzzjoni ta' kreditu, inklużi r-riskji ewlenin.

[…]

5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika li ġej:

[…]

(b)

il-kunċett tal-għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati tal-korp maniġerjali kif imsemmi fil-paragrafu 1(b);

[…].”

“Artikolu 87

Korp maniġerjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-membri kollha tal-korp maniġerjali ta’ kwalunkwe istituzzjoni għandhom dejjem ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed u jiddedikaw ħin biżżejjed biex iwettqu dmirijiethom. Il-membri tal-korp maniġerjali għandhom, b’mod partikolari, jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

[…]

(b)

Il-korp maniġerjali għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza individwalment u kollettivament adegwati biex ikun jista’ jifhem l-attivitajiet tal-istituzzjoni ta' kreditu, inklużi r-riskji ewlenin.

[…]

5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika li ġej:

[…]

(b)

il-kunċett tal-għarfien, ħiliet u esperjenza individwali u kollettivi adegwati tal-korp maniġerjali kif imsemmi fil-paragrafu 1(b);

[…].”

Spjegazzjoni

L-emenda hija intiża sabiex tiżgura illi mhux biss il-korp maniġerjali kollettivament, imma wkoll kull membru individwali tal-korp maniġerjali jkollu l-għarfien adegwat u l-ħiliet meħtieġa (ara paragrafu 5.1 tal Green Paper tal-Kummissjoni dwar it-tmexxija korporattiva fl-istituzzjonijiet finanzjarji u l-politiki ta’ rimunerazzjoni  (6) ). F'dan ir-rigward, huwa propost illi l-ABE għandha tkun ukoll fdata bil-kompitu li tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat il-kunċett ta’ għarfien individwali, ħiliet u esperjenza adegwati ta’ membri tal-korp maniġerjali.

Emenda 12

Artikolu 109(1) tad-direttiva proposta

“1.   Meta tinħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza, inkluża sitwazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew sitwazzjoni ta’ żviluppi avversi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabilità tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn entitajiet ta’ grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 52, is-superviżur konsolidanti, soġġett għall-Kapitolu 1, it-Taqsima 2, u fejn applikabbli l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE, għandu jwissi mill-aktar fis prattikabbli, lill-ABE, lill-BERS u lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 59(4) u fl-Artikolu 60 u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dawk l-obbligi għandhom ikunu applikabbli għall-awtoritajiet kompetenti jekk l-awtorità msemmija fl-Artikolu 59(4) issir konxja ta’ sitwazzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu, din għandha twissi mill-aktar fis prattikabbli lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 107, u lill-ABE.

Fejn possibbli, l-awtorità kompetenti u l-awtorità msemmija fl-Artikolu 59(4) għandhom jużaw kanali ta’ komunikazzjoni definiti eżistenti.”

“1.   Meta tinħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza, inkluża sitwazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew sitwazzjoni ta’ żviluppi avversi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabilità tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn entitajiet ta’ grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 52, is-superviżur konsolidanti, soġġett għall-Kapitolu 1, it-Taqsima 2, u fejn applikabbli l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE, għandu jwissi mill-aktar fis prattikabbli, lill-ABE, lill-BERS, lill-banek ċentrali ulill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 60 u għandu jikkomunika l-informazzjoni kollha relevanti sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Jekk bank ċentrali jew il-BERS issir konxjau ta’ sitwazzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu, huwa għanu jwissi mill-aktar fis prattikabbli lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 107, u lill-ABE.

Fejn possibbli, l-awtoritjiet kompetenti, il-banek ċentrali u l-BERS għandhom jużaw kanali ta’ komunikazzjoni definiti eżistenti.”

Spjegazzjoni

Kif indikat f’Emendi 4 u 5 ta’ Opinjoni CON/2009/17, l-emendi proposti għandhom l-għan li jiċċaraw il-kunċett ta’ “awtoritajiet” f’dan l-Artikolu. B’mod partikolari, huwa importanti illi jiġi ċċarat illi l-awtoritajiet msemmijin f’Artikolu 59(4) jikkorrispondu għall-banek ċentrali u għall-BERS u mhux għall-awtoritajiet kompetenti. Kross-referenzi fit-test kollu għal dan il-kunċett ta’ “awtoritajiet” għandhom ikunu evitati sabiex jiġi ffaċilitat il-qari tad-direttiva proposta u twassal għal aktar ċertezza legali.

L-emendi l-oħra proposti għandhom l-għan li jiċċaraw in-natura tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa, konformi mal-Artikolu 59 tad-direttiva proposta. B’mod partikolari, informazzjoni trażmessa m’għandhiex tkun iddefinita biss bħala informazzjoni “essenzjali”, imma għandha tinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni “relevanti” għat-twettiq tal-kompiti tal-banek ċentrali u tal-BERS  (7).

Emenda 13

Artikolu 126(4) tad-direttiva proposta

“4.   Il-varjabbli msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3 jistgħu jinkludu […].”

“   ”

Spjegazzjoni

Qed issir referenza għal paragrafu 7 tal-opinjoni. L-emenda proposta (it-tħassir ta’ paragrafu 4 tal-Artikolu 126 tad-direttiva proposta) ser telimina l-element strutturali mill-bafer kapitali kontroċikliku, u tallinja d-direttiva proposta mal-karatteristiċi tal-operat tal-ftehim Basel III. F’dan il-kuntest, Artikolu 126(8)(h) tad-direttiva proposta għandu jitħassar l-istess bħar-referenza għal “varjabbli strutturali”, fi premessa 58 tad-direttiva proposta kif ukoll it-tieni u t-tielet sentenzi ta' premessa 60 tad-direttiva proposta.

Emenda 14

Artikolu 149(6) tad-direttiva proposta

“6.   L-Istati Membri jistgħu jimponu perjodu tranżizzjonali iqsar minn dak speċifikat fil-paragrafu 1 fejn dak ikun iġġustifikat mit-tkabbir eċċessiv fil-kreditu fi kwalunkwe żmien matul dak il-perjodu. Fejn Stat Membru jagħmel dan, il-perjodu iqsar għandu jkun applikabbli biss għall-finijiet tal-kalkolu tal-Bafer Kapitali Kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni mill-istituzzjonijiet li jkunu awtorizzati fl-Istat Membru li għalihom l-awtorità maħtura tkun responsabbli.”

“6.   L-Istati Membri jistgħu jimponu perjodu tranżizzjonali iqsar minn dak speċifikat fil-paragrafu 1 għall-implimentazzjoni tal-bafer kapitali ta’ konservazzjoni u l-bafer kapitali kontroċikliku fejn dak ikun iġġustifikat mit-tkabbir eċċessiv fil-kreditu fi kwalunkwe żmien matul dak il-perjodu. Fejn Stat Membru jagħmel dan, il-perjodu iqsar . stabbilit għall-bafer kapitali kontroċikliku jista’ jkun rikonoxxut minn Stati Membri oħra għall-finijiet tal-kalkolu mill-istituzzjonijiet awtorizzati fid-domiċilju tar-rekwiżit speċifiku tal-istituzzjoni tal-bafer kapitali kontroċikliku.

Spjegazzjoni

L-Istati Membri li jesperjenzaw tkabbir fil-kreditu eċċessiv matul il-perjodu tranżitorju kif speċifikat f’Artikolu 149(1) tad-direttiva proposta jistgħu jikkunsidraw li jaċċeleraw l-akkumulazzjoni tal-bafer kapitali ta’ konservazzjoni u tal-bafer kapitali kontroċikliku  (8). Sabiex jevitaw l-arbitraġġ regolatorju, Stati membri oħra għandhom jitħallew jirrikonoxxu l-applikazzjoni bikrija tal-bafer kapitali kontroċikliku.

Emenda 15

Artikolu 150(5) tad-direttiva proposta (ġdid)

L-ebda test

“5.   Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ASEi, lis-SEBĊ, lill-BERS u lil partijiet relevanti oħra biex jirrieżaminaw l-effettività tal-arranġamenti dwar l-iskambju ta’ informazzjoni taħt din id-Direttiva, b’mod partikolari taħt Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima 2 u tifformola proposti, kif xieraq, biex tkompli tiżviluppa dawn id-dispożizzjonijiet u/jew arranġamenti, b’mod partikolari billi tikkunsidra s-sinerġiji sinifikanti relatati mal-informazzjoni bejn il-funżjonijiet superviżorji prudenzjali u dawk ta’ bank ċentrali, kemm fi żmenijiet normali kif ukoll fi żmenijiet ta’ kriżi.”

Spjegazzjoni

Ara l-paragrafu 11 tal-opinjoni.

Emenda 16

Artikolu 150(6) tad-direttiva proposta (ġdid)

L-ebda test

“6.   Sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-ABE għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva u fir-Regolament [inserted by OP], dwar il-kooperazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi. Dak ir-rieżami għandu jidentifika kwalunkwe lakuni u jivvaluta l-oqsma li jirrikjedu aktar żvilupp fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni, qsim ta’ informazzjoni u reċiproċità, inkluż l-infurzar ta’ kompiti superviżorji f’pajjiżi terzi.

L-ABE għandha tivvaluta wkoll il-ħtieġa li jiġu żviluppati aktar il-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn Stati Membri u l-ABE fuq naħa u istituzzjonijiet jew korpi finanzjarji internazzjonali bħall-FMI jew il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja fuq in-naħa l-oħra.

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-valutazzjoni li tinsab fir-rapport tal-ABE sabiex tiddetermina jekk humiex meħtieġa proposti leġiżlattivi.”

Spjegazzjoni

Sabiex jiġu żgurati l-kooperazzjoni u l-qsim ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri mal-awtoritajiet minn pajjiżi terzi, biex jiġi żgurat l-infurzar ta’ regoli superviżorji f’dawn il-pajjiżi u filwaqt li jitqies ukoll ir-rapport magħmul taħt Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, huwa neċessarju illi l-ABE teżamina bir-reqqa din il-kwistjoni u tirrapporta dwarha sal-31 ta’ Diċembru 2014. Dan ir-rapport għandu jkopri wkoll l-aspetti marbutin mal-arranġamenti dwar il-kooperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjoni. Abbażi tal-kwistjonijiet identifikati minn dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk proposta leġiżlattiva hijiex neċessarja sabiex jittejjeb dan il-qafas.

Emenda 17

Artikolu 150(7) tad-direttiva proposta (ġdid)

L-ebda test

“7.   Malli tirċievi l-mandat mingħand il-Kummissjoni, l-ABE għandha tesplora jekk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li jiddikjaraw illi jwettqu l-attivitajiet tagħhom skont il-prinċipji tal-ibbankjar Iżlamiku humiex koperti b’mod adegwat mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u dan ir-Regolament [inserted by OP].

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina r-rapport imħejji mill-ABE u jekk xieraq tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”

Spjegazzjoni

Minħabba ż-żieda riċenti fin-numru ta’ entitajiet fis-settur finanzjarju fl-Ewropa li jwettqu l-attivitajiet tagħhom skont il-prinċipji tal-ibbankjar Iżlamiku, il-BĊE jirrakkomanda illi l-ABE tiġi fdata bil-kompitu li twettaq rieżami sħiħ ta’ dan it-tip ta’ attività finanzjarja u li teżamina l-ħtieġa għal aġġustamenti adegwati tal-qafas bankarju tal-Unjoni.


Proposti ta’ abbozzar tar-regolament propost

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (9)

Emenda 1

Preambolu tar-regolament propost (ċitazzjoni ġdida)

“Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,”

“Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,”

Spjegazzjoni

Skont l-Artikolu 296 tat-Trattat, li jipprovdi li atti legali għandhom jirreferu għal kull opinjoni meħtieġa mit-Trattati, l-emenda proposta hija meħtieġa sabiex tirrifletti l-fatt li l-att tal-Unjoni huwa adottat skont l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat li jipprovdu għall-obbligu li l-BĊE jiġi kkonsultat dwar kull att tal-Unjoni propost li jidħol fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu.

Emenda 2

Premessa 16a tar-regolament propost (ġdida)

L-ebda test

“(16a)

Ir-rapport mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-Unjoni Ewropea ppresedut minn Jacques de Larosière, qal li s-superviżjoni mikroprudenzjali ma tistax tissalvagwardja effettivament l-istabbiltà finanzjarja mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni adegwatament l-iżviluppi fil-makrolivell, filwaqt li sorveljanza makroprudenzjali ma jkollhiex sens sakemm ma jkollhiex b’xi mod impatt fuq is-superviżjoni fil-mikrolivell.

Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-ABE u l-BERS hija essenzjali biex tagħti effettività sħiħa lill-funzjonament tal-BERS u l-azzjoni li tittieħed wara t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha. B’mod partikolari, l-ABE għandha tkun tista’ tittrażmetti lill-BERS l-informazzjoni rilevanti kollha miġbura mill-awtoritajiet kompetenti skont l-obbligi tar-rappurtar stabbiliti f’dan ir-Regolament.”

Spjegazzjoni

Il-premessa proposta tindirizza l-importanza ta’ sorveljanza makroprudenzjali ġewwa l-Unjoni u tikkjarifika li informazzjoni suġġetta għar-rekwiżiti ta’ rrappurtar għandha skopijiet kemm mikro- kif ukoll makroprudenzjali. Premessa identika tista’ tiġi introdotta fid-direttiva proposta.

Emenda 3

Premessa 56a tar-regolament propost (ġdida)

L-ebda test

“(56a)

Lezzjoni importanti li rriżultat mill-kriżi hija l-bżonn li tissaħħaħ b’mod sinjifikanti l-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf tal-kapital regolatorju. B’dan il-għan, il-ftehim Basel III jeħtieġ fir-rigward ta’ kumpaniji b’ishma konġunti li, ‘biex strument jiġi inkluż fil-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, għandu jissodisfa l-kriterji kollha definiti fil-ftehim u l-kriterji għandhom jiġu sodisfatti biss b’ishma komuni’. Ir-Regolament jimplimenta dawn il-kriterji stretti sabiex ‘ikunu koperti l-istrumenti tal-fondi proprji tal-ogħla kwalità għal banek attivi fuq livell internazzjonali li jkunu kumpaniji b’ishma konġunti’.”

Spjegazzjoni

Il-proposta għandha l-għan li tenfasizza d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim Basel III fir-rigward tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-ishma bħala strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (ara wkoll l-Emendi 6, 7, 8 u 9).

Emenda 4

Premessa 68 tar-regolament propost

“(68)

Proporzjon ta’ ingranaġġ huwa strument regolatorju u superviżorju ġdid għall-Unjoni. F’konformità mal-ftehimiet internazzjonali, huwa għandu jkun introdott l-ewwel bħala aspett addizzjonali li jista’ jkun applikat fuq istituzzjonijiet individwali skont id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet superviżorji. L-obbligi tar-rapportar għall-istituzzjonijiet sejrin jippermettu analiżi u kalibrar adattati bil-għan li ssir il-migrazzjoni għal miżura vinkolanti fl-2018.”

“(68)

Proporzjon ta’ leverage huwa strument regolatorju u superviżorju ġdid għall-Unjoni, Ff’konformità mal-ftehim Basel III. Hhuwa għandu jkun introdott l-ewwel bħala aspett addizzjonali li jista’ jkun applikat fuq istituzzjonijiet individwali skont id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet superviżorji. L-obbligi tar-rapportar għall-istituzzjonijiet sejrin jippermettu analiżi u kalibrar sabiex- tiġi żgurata l-applikazzjoni obbligatorja tal-proporzjon ta’ leverage mill-2018.

Spjegazzjoni

Din l-emenda tikkjarifika li l-proporzjon ta’ leverage ser japplika mill-1 ta’ Jannar 2018.

Emenda 5

Artikolu 4 tar-regolament propost (definizzjonijiet ġodda)

L-ebda test

“ ‘Istituzzjoni Esterna għall-Valutazzjoni tal-Kreditu’ ECAI) tfisser aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li hija rreġistrata jew iċċertifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jew bank ċentrali li joħroġ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu li huma eżenti mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.”

“ ‘ECAI nominata’ tfisser ECAI nominata minn istituzzjoni.”

Spjegazzjoni

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-emenda proposta tiddefinixxi “ECAI” u “ECAI nominata” u żżidhom mal-lista ta’ definizzjonijiet tar-regolament u d-direttiva proposti. Billi r-Regolament (KE) Nru 1060/2009  (10) jiddefinixxi l-ECAIs bħala l-aġenziji tal-klassifikazzjoni ta’ kreditu kollha li ġew irreġistrati jew iċċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jew banek ċentrali li joħorġu klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma eżenti mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, ma hemm l-ebda bżonn li jiġu ddefiniti “eliġibbli” u/jew “ECAIs rikonoxxuti” fir-regolament u d-direttiva proposti. Għall-istess raġuni, id-dispożizzjonijiet l-oħrajn li jirreferu għal dan il-kliem għandhom jiġu emendati kif jixraq. Għal raġunijiet ta’ konsistenza tul is-setturi kollha, il-BĊE jirrakkomanda wkoll li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet jikkorrespondu ma’ dawk fil-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq  (11) li qed jiġu diskussi li jirrigwardaw l-ECAIs. Dan applika wkoll għar-regoli li jikkonċernaw l-immappjar tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI u l-possibbiltà li jiġi involut il-Kumitat Konġunt tal-ASE  (12).

Emenda 6

Artikolu 24(4) tar-regolament propost

“4.   L-ABE għandha tistabilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom ta’ strument kapitali f’kull Stat Membru li jikkwalifika bħala strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni. L-ABE għandha tistabilixxi u tippubblika din il-lista sal-1 ta’ Jannar 2013.”

“4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA bit-tipi ta’ ishma li jikkunsidraw li huma eliġibbli bħala strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont il-liġi nazzjonali tagħhom. L-ABE għandha tivvaluta dawn it-tipi ta’ ishma fuq bażi kontinwa u tiżviluppa abbozz ta’ lista tat-tipi ta’ ishma f’kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont il-paragrafu 5

Fuq talba tal-Istat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, l-ABE tista’ tiddeċiedi li titlob opinjonijiet legali sabiex tiżgura l-eliġibbiltà tat-tipi ta’ ishma nnotifikati mill-Istati Membri skont il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 26.

Spjegazzjoni

L-ABE għandha tkun kompetenti biex tivvaluta t-tipi ta’ ishma meqjusin eliġibbli bħala strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni fuq il-bażi tal-informazzjoni rċevuta mill-awtoritajiet kompetenti u skont ir-regoli definiti fir-regolament propost, partikolarment l-Artikolu 26(1) tar-regolament propost. Għal dan l-iskop, l-ABE tista’ titlob ukoll opinjonijiet legali esterni biex tivvaluta l-eliġibbiltà ta’ ċerti tipi ta’ ishma nnotifikati mill-Istati Membri

Emenda 7

Artikolu 24(5) u (6) tar-regolament propost (ġodda)

L-ebda test

“5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jelenkaw it-tipi ta’ ishma li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 26.

L-ABE għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Qegħda tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   It-tipi ta’ ishma inklużi fl-att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5 biss għandhom jiġu kkunsidrati eliġibbli bħala strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmoniterjaw il-konformità mal-kundizzjonijiet għal kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni definit fil-Kapitolu 2 fuq bażi kontinwa.”

Spjegazzjoni

L-ABE għandha tkun kompetenti biex tivvaluta t-tipi ta’ ishma eliġibbli bħala strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni fuq il-bażi tal-informazzjoni rċevuta mill-awtoritajiet kompetenti u skont ir-regoli definiti fir-regolament propost, partikolarment l-Artikolu 26(1). Il-BĊE qed jipproponi li l-abbozz tal-lista stabbilit mill-ABE jiġi kkonvertit f’att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

Emenda 8

Artikolu 26(1) tar-regolament propost

“1.   L-istrumenti kapitali għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni biss jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

[…].”

“1.   L-istrumenti kapitali maħruġin minn istituzzjonijiet li m’humiex dawk imsemmijin fl-Artikolu 27 għandhom jikkonsistu minn ishma ta’ impriżi msemmijin fil-lista fl-Artikolu 24(4) u jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni biss jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

[…].”

Spjegazzjoni

Ir-regolament propost jirreferi għal “strumenti kapitali” bħala komponenti ta’ entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni. Il-ftehim ta’ Basel III jirreferi għal “ishma komuni” bħala forma predominanti ta’ kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni. Il-BĊE jirrakkomanda li jiġi ċċarat li l-istrumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jikkonsistu biss minn ishma li jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 26(1) tar-regolament propost.

Emenda 9

Artikolu 26(3) tar-regolament propost

“3.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dawn li ġejjin:

(a)

il-forom u n-natura applikabbli ta’ finanzjament indirett tal-istrumenti kapitali;

(b)

it-tifsira tal-entrati distribwibbli għall-finijiet tal-istabiliment tal-ammont disponibbli li għandu jiġi distribwit lid-detenturi tal-istrumenti ta’ fondi proprji ta’ istituzzjoni.”

“3.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dawn li ġejjin:

(a)

il-forom u n-natura applikabbli ta’ finanzjament indirett tal-istrumenti kapitali;

(b)

-tifsira tal-entrati distribwibbli għall-finijiet tal-istabiliment tal-ammont disponibbli li għandu jiġi distribwit lid-detenturi tal-istrumenti ta’ fondi proprji ta’ istituzzjoni;

(c)

it-tifsira ta’ distribuzzjonijiet preferenzjali;;

(d)

id-definizzjoni u l-implikazzjonijiet li “jiġu assorbiti l-ewwel u proporzjonatament l-ikbar sehem mit-telf hekk kif jiġi”;

(e)

in-natura ta’ limitu jew restrizzjoni oħra fuq il-livell massimu ta’ entrati distribwibbli.

Spjegazzjoni

Il-BĊE jikkunsidra li l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji fl-oqsma msemmija hawn fuq biex tiġi mtejba l-applikazzjoni armonizzata tal-kriterji għall-eliġibbiltà ta’ ishma bħala entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni fl-Istati Membri kollha.

Emenda 10

Artikolu 46 tar-regolament propost

“Artikolu 46

Eżenzjonijiet oħra minn, u alternattivi għal, tnaqqis fejn tkun applikata l-konsolidazzjoni

1.   Bħala alternattiva għat-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet ta’ istituzzjoni fl-istrumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni li fihom l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet sabiex japplikaw metodi 1, 2 jew 3 tal-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE. L-istituzzjoni għandha tapplika l-metodu magħżul b’mod konsistenti maż-żmien. Istituzzjoni tista’ tapplika l-metodu 1 (konsolidazzjoni kontabilistika) biss jekk tkun irċeviet il-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti tali kunsens biss jekk tkun issodisfata li l-livell tal-immaniġjar integrat u kontroll intern rigward l-entitajiet li se jkunu inklużi fil-firxa tal-konsolidazzjoni skont il-metodu 1 ikun adegwat.

[…]

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li ma jnaqqsux parteċipazzjoni ta’ entrata msemmija fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 33(1) fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-parteċipazzjoni tkun f’entità relevanti li tkun inkluża fl-istess superviżjoni supplimentari bħall-istituzzjoni skont id-Direttiva 2001/87/KE;

(b)

meta l-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 25 ikollha parteċipazzjoni f’tali istituzzjoni oħra, jew fl-istituzzjoni ta’ kreditu ċentrali jew reġjonali tagħha, u l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

[…].”

“Artikolu 46

Eżenzjonijiet oħra minn, u alternattivi għal, tnaqqis fejn tkun applikata l-konsolidazzjoni

1.   Bħala alternattiva għat-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet ta’ istituzzjoni fl-istrumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni li fihom l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet sabiex japplikaw metodi 1, 2 jew 3 tal-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE. iżda l-applikazzjoni ta’ dawn il-metodi m’għandhiex tirriżulta f’fondi proprji ogħla fil-konfront tal-approċċ ta’ tnaqqis fil-livell tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16. L-istituzzjoni għandha tapplika l-metodu magħżul b’mod konsistenti maż-żmien. Istituzzjoni tista’ tapplika l-metodu 1 (konsolidazzjoni kontabilistika) biss jekk tkun irċeviet il-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti tali kunsens biss jekk tkun issodisfata li l-livell tal-immaniġjar integrat u kontroll intern rigward l-entitajiet li se jkunu inklużi fil-firxa tal-konsolidazzjoni skont il-metodu 1 ikun adegwat.

[…]

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li ma jnaqqsux parteċipazzjoni ta’ entrata msemmija fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 33(1) fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-parteċipazzjoni tkun f’entità relevanti li tkun inkluża fl-istess superviżjoni supplimentari bħall-istituzzjoni skont id-Direttiva 2001/87/KE;

(b)

meta l-alternattiva għat-tnaqqis ma tirriżultax f’fondi proprji ogħla fil-konfront tal-approċċ ta’ tnaqqis fil-livell tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16;

(c)

meta l-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 25 ikollha parteċipazzjoni f’tali istituzzjoni oħra, jew fl-istituzzjoni ta’ kreditu ċentrali jew reġjonali tagħha, u l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

[…].”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jifhem li l-eliminazzjoni tal-użu doppju ta’ fondi proprji regolatorji fil-livell settorjali (billi jitnaqqsu investimenti sinifikanti f’impriżi tal-assigurazzjoni) u d-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali fil-livell tal-konglomerat finanzjarju (bl-użu ta’ wieħed mit-tliet metodi kif stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva 2002/87/KE) mhumiex reċiprokament esklużivi. Bħala konsegwenza, kull alternattiva għall-approċċ ta’ tnaqqis kif miftiehem mill-GHOS m’għandhiex tirriżulta f’fondi proprji regolatorji ogħla fil-livell tal-grupp ta’ istituzzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-regolament propost.

Emenda 11

Artikolu 95 tar-regolament propost

“Artikolu 95

Rappurtar dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji

1.   L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskji ta’ pożizzjoni għandhom jirrappurtaw dawn ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji mill-inqas kull 3 xhur.

Dan ir-rappurtar għandu jinkludi informazzjoni finanzjarja mfassla skont il-qafas kontabilistiku li għalih l-istituzzjoni tkun soġġetta skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u d-Direttiva 86/635/KEE sal-limitu meħtieġ biex sabiex tinkiseb stampa komprensiva tal-profil tar-riskju tal-attivitajiet ta’ istituzzjoni.

Ir-rappurtar mill-istituzzjonijiet dwar l-obbligi stabiliti f’87 għandu jsir mill-inqas darbtejn fis-sena.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkomunikaw ir-riżultati u kull komponent ta’ data meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati uniformi, il-frekwenzi u d-dati ta’ rappurtar u s-soluzzjonijiet tal-informatika li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għal dan ir-rappurtar. Il-formati ta’ rappurtar għandhom ikunu proporzjonati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

“Artikolu 95

Rappurtar dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji u informazzjoni finanzjarja

1.   Ir-rappurtar minn istituzzjonijiet fuq l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 87 għandu jsir tal-inqas fuq bażitrimestrali.

1a.   Dan ir-rappurtar għandu jinkludi wkoll informazzjoni finanzjarja mfassla skont il-qafas kontabilistiku li għalih l-istituzzjoni tkun soġġetta skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u d-Direttiva 86/635/KEE sal-limitu meħtieġ li:

(a)

L-ABE tikkunsidra din l-informazzjoni meħtieġa sabiex tinkiseb stampa komprensiva tal-profil tar-riskju tal-attivitajiet ta’ istituzzjoni;

(b)

L-ABE, f’kooperazzjoni mal-BERS, tikkunsidra din l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq ta’ kompiti ta’ sorveljanza makroprudenzjali skont ir- Regolament (UE) Nru 1092/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkomunikaw ir-riżultati u kull komponent ta’ data meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti fil-ħin.

2.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika definizzjonijiet, kriterji ta’ klassifikazzjoni, il-formati uniformi, il-frekwenzi u d-dati ta’ rappurtar u s-soluzzjonijiet tal-informatika li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għal dan ir-rappurtar. Il-formati ta’ rappurtar u l-frekwenza għandhom ikunu proporzjonati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet. L-ABE għandha tikkonsulta lill-BERS fuq l-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni relatati mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1a(b).

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tikkjarifika l-bażi legali kurrenti għall-adozzjoni tal-formati ta’ rappurtar COREP u tintroduċi bażi legali għall-formati ta’ rappurtar FINREP  (13). Barra minn hekk, il-BĊE jirrakkomanda li r-rappurtar iseħħ fuq bażi trimestrali, fi żmien xahrejn wara t-trimestru inkwistjoni biex jiġi żgurat fluss aħjar tal-informazzjoni. Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-informazzjoni pprovduta għall-finijiet tas-sorveljanza makroprudenzjali għandha ssegwi definizzjonijiet u kriterji ta’ klassifikazzjoni komuni. L-ABE u l-BERS għandhom jikkooperaw għad-definizzjoni tal-ambitu tal-informazzjoni finanzjarja meħtieġa għall-finijiet ta’ sorveljanza makroprudenzjali. Ikun importanti li jiġi żgurat li l-formati u l-frekwenzi tar-rappurtar ikunu aġġustati skont id-daqs tal-istituzzjonijiet. Sabiex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa biex isiru l-kompiti ta’ sorveljanza makroprudenzjali fir-rigward tar-rekwiżiti tar-rappurtar għal skoperturi kbar, rappurtar ta’ likwidità u proporzjon ta’ leverage  (14), il-BĊE jissuġġerixxi li jiġi introdott tal-inqas rappurtar trimestrali u li jiġi involut il-BERS fl-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni. Fl-aħħar nett, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni jistgħu jinkludu rekwiżiti speċifiċi f’termini ta’ frekwenza ta’ rappurtar skont in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet.

Emenda 12

Artikolu 130 tar-regolament propost

Taqsima 3

Ir-rikonoxximent u l-immappjar tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu

Subtaqsima 1

Ir-rikonoxximent tal-ECAIs

Artikolu 130

ECAIs

1.   Valutazzjoni tal-kreditu esterna tista’ tintuża biex tistabilixxi l-piż tar-riskju ta’ skopertura skont dan il-Kapitolu biss jekk tkun inħarġet minn ECAI eliġibbli jew tkun ġiet approvata minn ECAI eliġibbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

2.   ECAI eliġibbli huma l-aġenziji kollha ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li jkunu ġew irreġistrati jew iċċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u l-banek ċentrali li joħorġu klassifikazzjonijiet ta’ kreditu li jkunu eżenti mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

3.   L-ABE għandha tippubblika lista tal-ECAIs eliġibbli.”

Taqsima 3

Użu ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu u l-immappjar tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu

Subtaqsima 1

ECAIs

Artikolu 130

Użu ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu mill-ECAIs

1.   Valutazzjoni tal-kreditu esterna tista’ tintuża biex tistabilixxi l-piż tar-riskju ta’ skopertura skont dan il-Kapitolu biss jekk tkun inħarġet jew approvata minn ECAI eliġibbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

2.   

3.   -ABE għandha tippubblika l-lista tal- ECAIs skont l-Artikolu 2(4) u 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fuq il-websajt tagħha.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta għandha l-għan li tallinja r-regolament propost mal-proċedura li qiegħda bħalissa fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 meta l-ESMA u l-Kummissjoni rispettivament jiddeterminaw il-listi tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-banek ċentrali li huma eżenti mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 (ara wkoll l-Emendi 5, 14 u 15).

Emenda 13

Artikoli 238(6) tar-regolament propost

“6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu lill-ABE infurmata dwar każijiet speċifiċi, imsemmija fil-paragrafu 2, fejn it-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju mhuwiex ġustifikat permezz ta’ trasferiment proporzjonat tar-riskju ta’ kreditu lil partijiet terzi, u l-użu li l-istituzzjonijiet jagħmlu tal-paragrafu 4. L-ABE għandha timmonitorja l-medda ta’ prattiki f’dan il-qasam u, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida.”

“6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu lill-ABE infurmata dwar każijiet speċifiċi, imsemmija fil-paragrafu 2, fejn it-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju mhuwiex ġustifikat permezz ta’ trasferiment proporzjonat tar-riskju ta’ kreditu lil partijiet terzi, u l-użu li l-istituzzjonijiet jagħmlu tal-paragrafu 4. L-ABE għandha timmonitorja l-medda ta’ prattiki f’dan il-qasam u, għandha fid-dawl tal-aħjar prattiċi osservati, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni .”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jikkunsidra li, sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi fil-qasam tat-titolizzazzjoni u żieda fit-trasparenza u ċ-ċarezza tar-regoli applikabbli, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, iktar milli linji gwida, fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju ta’ kreditu sinifikanti, biex ikun possibbli tnaqqis fl-ammonti ta’ skopertura ta’ riskju peżat. It-titjib tat-trasparenza u ċ-ċarezza tar-regoli f’dan l-qasam jikkontribwixxi mhux biss biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-fruntieri u l-parteċipanti fis-suq, imma wkoll biex jiġu ffissati l-kundizzjonijiet għar-rivitalizzazzjoni tas-swieq tat-titolizzazzjoni. Qed tiġi proposta emenda simili għall-Artikolu 239(6) tar-regolament propost.

Emenda 14

Artikolu 262 tar-regolament propost

“Artikolu 262

Rikonoxximent tal-ECAIs

1.   L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI sabiex jiddeterminaw il-piż ta’ riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni biss meta l-valutazzjoni ta’ kreditu tkun inħarġet minn ECAI jew ġiet approvata minn ECAI eliġibbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

2.   L-ECAIs eliġibbli huma kollha aġenziji ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu li ġew reġistrati jew ċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u l-banek ċentrali li joħorġu klassifikazzjonijiet ta’ kreditu li huma eżenti mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

3.   L-ABE għandha tippubblika lista ta’ ECAIs eliġibbli.”

“Artikolu 262

Użu ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu mill-ECAIs

   -istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-valutazzjonijiet ta’ kreditu sabiex jiddeterminaw il-piż ta’ riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni biss meta l-valutazzjoni ta’ kreditu tkun inħarġet jew ġiet approvata minn ECAI skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

   

   ”

Spjegazzjoni

Ara l-Emendi 5, 12 u 15.

Emenda 15

Artikolu 263 tar-regolament propost

“Artikolu 263

Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs

Għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont it-Taqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw valutazzjoni ta’ kreditu ta’ ECAI eliġibbli fil-każ biss li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

[…]

(b)

il-valutazzjoni ta’ kreditu, il-proċeduri, is-suppożizzjonijiet tal-metodoloġiji u l-elementi ewlenin li huma l-bażi tal-valutazzjonijiet għandhom ikunu ġew ippubblikati mill-ECAI. Barra minn hekk, l-analiżi tat-telf u l-fluss tal-flus kif ukoll is-sensittività tal-klassifikazzjonijiet għal bidliet fis-suppożizzjonijiet ta’ klassifikazzjonisottostanti, inkluża l-prestazzjoni tal-assi tal-pula, għandhom jiġu ppubblikati mill-ECAI. L-informazzjoni li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' għadd limitat ta’ entitajiet biss ma għandhiex tiġi kkunsidrata li ġiet ippubblikata. Il-valutazzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu inklużi fil-matriċi ta’ transizzjoni tal-ECAI;

[…].”

“Artikolu 263

Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs

Għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont it-Taqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw valutazzjoni ta’ kreditu ta’ ECAI fil-każ biss li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

[…]

(b)

l-analiżi tat-telf u l-fluss tal-flus kif ukoll is-sensittività tal-klassifikazzjonijiet għal bidliet fis-suppożizzjonijiet ta’ klassifikazzjonisottostanti, inkluża l-prestazzjoni tal-assi tal-pula, għandhom jiġu ppubblikati mill-ECAI, kif ukoll il-valutazzjonijiet tal-kreditu, il-proċeduri, il-metodoloġiji u l-assunzjonijiet u l-elementi ewlenin fil-bażi tal-valutazzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. L-informazzjoni li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' għadd limitat ta’ entitajiet biss ma għandhiex tiġi kkunsidrata li ġiet ippubblikata. Il-valutazzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu inklużi fil-matriċi ta’ tranżizzjoni tal-ECAI;

[…].”

Spjegazzjoni

L-emendi għandhom l-għan li jiċċaraw li r-rekwiżiti fir-regolament propost huma supplimentari għal dawk ipprovduti diġà fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

Emenda 16

Artikolu 295(2)(b) tar-regolament propost

“(b)

l-awtorità kompetenti tas-CCP imsemmija fil-punt (a) ppubblikat dokument li jikkonferma li s-CCP tikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet kollha għall-kontropartijiet ċentrali ppubblikati mill-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu u l-Kumitat Tekniku tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli;”

“(b)

l-awtoritàajiet kompetenti għas-superviżjoni u s-sorveljanza tas-CCP imsemmija fil-punt (a) ppubblikataw dokument li jikkonferma li s-CCP tikkonforma mal-istandards internazzjonali applikabbli għall-CCPs ppubblikati mill-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu u l-Kumitat Tekniku tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli;”

Spjegazzjoni

Dan l-artikolu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-“awtorità kompetenti” tikkonferma li l-kontroparti ċentrali (CCP) tikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet kollha għas-CCPs ippubblikati mill-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (CPSS-IOSCO). L-“awtorità kompetenti” waħidha tista’ ma tindirizzax b’mod adegwat il-kompetenzi konġunti tar-regolaturi u superviżuri tat-titoli. Għalhekk, għandha ssir referenza għall-“awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni u s-sorveljanza tas-CCP” skont l-Opinjoni CON/2011/  (15) Dan ikun ukoll skont l-abbozz ta’ prinċipji tas-CPSS-IOSCO għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju (FMIs) li jipprovdu li “l-awtoritajiet rilevanti, b’mod konformi mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom għal regolament, superviżjoni u sorveljanza tal-FMI, huma mistennija li jagħmlu l-valutazzjonijiet tagħhom stess tal-FMI”  (16). Barra minn hekk, ir-referenza għal rakkomandazzjonijiet CPSS-IOSCO għas-CCPs dalwaqt tispiċċa mingħajr sinifikat, għaliex ir-rakkomandazzjonijiet ser jiġu ssostitwiti bil-prinċipji għall-FMIs. L-użu ta’ terminu iktar ġenerali ikun, għalhekk, iktar xieraq biex jiġu evitati malintiżi u wieħed ikun lest għall-iżviluppi li ġejjin.

Emenda 17

Artikolu 296(5)(b) tar-regolament propost

“(b)

liġijiet, regolamenti, regoli u arranġamenti kontrattwali relevanti applikabbli jew vinkolanti għall-istituzzjoni jew is-CCP jiżguraw li f’każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru ta’ kklerjar, it-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-istituzzjoni relatati ma’ dawk il-kuntratti u tranżazzjonijiet u tal-kollateral korrispondenti għal membru ta’ kklerjar ieħor fi żmien il-perjodu marġinali ta’ riskju relevanti.”

“(b)

liġijiet, regolamenti, regoli u arranġamenti kontrattwali relevanti applikabbli jew vinkolanti għall-istituzzjoni jew is-CCP jiffaċilitaw li f’każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru li qed jikklerja , it-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-istituzzjoni relatati ma’ dawk il-kuntratti u tranżazzjonijiet u tal-kollateral korrispondenti għal membru ieħor li qed jikklerja fi żmien il-perjodu marġinali ta’ riskju relevanti.”

Spjegazzjoni

Ir-regolament propost jipprovdi li imposti kapitali iktar baxxi għal parteċipanti diretti jiġu applikati biss lill-portafolli tal-klijent meta jkunu t-tnejn segregati għal kollox mill-portafolli tal-membru li qed jikklerja tal-klijent u jkun żgurat li l-pożizzjonijiet jistgħu jiġu “ttrasferiti” lil membru li qed jikklerja ieħor fil-każ tal-inadempjenza tal-membru li qed jikklerja tal-klijent. F’ċirkostanzi oħrajn, il-klijenti jkollhom jaffaċċjaw imposti kapitali ferm ogħla assoċjati ma’ tranżazzjonijiet purament bilaterali. Fil-prattika, filwaqt li l-ewwel kundizzjoni tista’ tiġi sodisfatta (u ser tiġi inkoraġġita mill-prinċipju fuq is-segregazzjoni proposta mis-CPSS/IOSCO  (17) li tiġi provduta l-assiġurazzjoni legali tal-portabbiltà fiċ-ċirkostanzi kollha tista’ tkun ħaġa diffiċli jekk mhux impossibbli li titwettaq. Madankollu, is-CCPs jippruvaw diġà u ta’ spiss jiffaċilitaw il-portabbiltà, li ser ikunu meħtieġa jagħmlu skont il-prinċipji proposti tas-CPSS/IOSCO. Għalhekk il-BĊE jissuġġerixxi li l-kelma “jiżguraw” tinbidel b’“jiffaċilitaw”, li għandha tipprovdi tnaqqis fil-ħtieġa kapitali quddiem miżuri meħudin mis-CCPs li jappoġġaw il-portabbiltà, imma li attwalment ma “jiżgurawhiex”. F’dan il-kuntest wieħed għandu jiftakar li s-segregazzjoni soda tal-pożizzjonijiet u tal-ġaranziji diġà hija ta’ benefiċċju mil-lat ta’ stabbiltà finanzarja billi tipproteġi lill-klijent mir-riskju ta’ kreditu fir-rigward tal-inadempjenza tal-membru li qed jikklerja tiegħu. Minħabba l-impenn tal-G20 biex jestendu l-ikklerjar ċentrali għall-prodotti derivattivi kollha barra l-borża standardizzati  (18) u li fil-prattika ħafna parteċipanti iżgħar ikollom jaċċedu biss għal dan l-ikklerjar indirettament, din l-emenda tkun ta’ benefiċċju għall-implimentazzjoni effettiva tal-impenn tal-G20 u għall-promozzjoni tal-istabbiltà finanzjarja.

Emenda 18

Artikolu 299(7) tar-regolament propost

“7.   L-ABE għandha tiżviluppa standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)

il-frekwenza u d-dati tal-kalkoli speċifikati fil-paragrafu 1;

(b)

il-frekwenza, id-dati u l-format uniformi tan-notifika speċifikata fil-paragrafu 4;

(ċ)

is-sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni li taġixxi bħala membru ta’ kklerjar tista’ teħtieġ frekwenzi aktar spissi ta’ kalkolu u rappurtar minn dawk stabbiliti skont il-punti a u b.

L-ABE għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.”

“7.   L-ABE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni u s-sorveljanza tas-CCPs, għandha tiżviluppa standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)

il-frekwenza u d-dati tal-kalkoli speċifikati fil-paragrafu 1;

(b)

il-frekwenza, id-dati u l-format uniformi tan-notifika speċifikata fil-paragrafu 4;

(c)

is-sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni li taġixxi bħala membru ta’ kklerjar tista’ teħtieġ frekwenzi aktar spissi ta’ kalkolu u rappurtar minn dawk stabbiliti skont il-punti a u b.

L-ABE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni u s-sorveljanza tas-CCPs, għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.”

Spjegazzjoni

Għall-istabbiltà finanzjarja huwa essenzjali livell adegwat ta’ rekwiżiti kapitali. Il-koordinazzjoni mill-qrib bejn regolaturi tat-titoli, superviżuri tal-banek u banek ċentrali bħala sorveljaturi hija meħtieġa biex ma jkunx hemm regoli li jidħlu f’xulxin jew li jinħolqu lakuni. Skont ir-rakkomandazzjonijiet tas-CPSS/IOSCO regolaturi, superviżuri u sorveljaturi jitpoġġew fuq l-istess livell. Għaldaqstant, l-iżvilupp ta’ kwalunkwe abbozz li jimplimenta abbozz ta’ standards u rekwiżiti tekniċi għas-CCPs minn awtorità tal-Unjoni għandu jitmexxa f’kooperazzjoni mal-membri tal-BERS.

Emenda 19

Artikolu 402 tar-regolament propost

“Artikolu 402

Konformità mar-rekwiżiti tal-likwidità

Meta istituzzjoni ta’ kreditu ma tilħaqx, jew ma tkunx mistennija li se tilħaq ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 401(1), hija għandha tinforma immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti u għandha tissottometti mingħajr dewmien pjan għall-istabbiliment mill-ġdid tal-konformità mal-Artikolu 401 lill-awtorità kompetenti. Sakemm terġa' tiġi stabbilita tali konformità, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tirrapporta l-elementi kuljum sat-tmiem ta’ kull jum ta' negozju sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax frekwenza aktar baxxa u perjodu ta’ żmien itwal. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali awtorizzazzjonijiet biss fuq il-bażi tas-sitwazzjoni individwali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu. Huma għandhom jimmonitorjawum l-implimentazzjoni tal-pjan tar-restawr u għandhom jesiġu restawr aktar mgħaġġel jekk dan ikun xieraq.”

“Artikolu 402

Konformità mar-rekwiżiti tal-likwidità

Meta istituzzjoni ma tilħaqx, jew ma tkunx mistennija li se tilħaq ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 401(1), hija għandha tinforma immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti u għandha tissottometti mingħajr dewmien pjan għall-istabbiliment mill-ġdid tal-konformità mal-Artikolu 401 lill-awtorità kompetenti. Sakemm terġa' tiġi stabbilita tali konformità, l-istituzzjoni għandha tirrapporta l-elementi kuljum sat-tmiem ta’ kull jum ta' negozju sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax frekwenza aktar baxxa u perjodu ta’ żmien itwal. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali awtorizzazzjonijiet biss fuq il-bażi tas-sitwazzjoni individwali ta’ istituzzjoni . Huma għandhom jimmonitorjawum l-implimentazzjoni tal-pjan tar-restawr u għandhom jesiġu restawr aktar mgħaġġel jekk dan ikun xieraq.

L-ABE, f’kooperazzjoni mal-BERS, għandha tagħti gwida fuq il-konformità mar-rekwiżiti tal-likwidità, inklużi prinċipji għal-użu possibbli tal-ħażna ta’ assi likwidi f’xenarju ta’ kriżi u kif għandha tiġi indirizzata l-inadempjenza.

Spjegazzjoni

Qafas ta’ konformità adegwat għar-rekwiżit tal-kopertura ta’ likwidità għandu jippermetti lill-istituzzjonijiet li jeżawrixxu l-ħażna tal-assi likwidi f’xenarju ta’ kriżi. Qafas bħal dan mhux biss huwa importanti ħafna għal-finijiet mikroprudenzjali imma anki minn perspettiva tas-suq u ta’ sistema usa’. Jekk ir-rekwiżit tal-kopertura ta’ likwidità jsir restrizzjoni vinkolanti f’kull ħin, ir-rekwiżit jista’ jżid l-effett proċikliku u jagħmel agħar l-impatt tax-xokkijiet ta’ likwidità billi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma jkunux jistgħu jużaw l-assi likwidi tagħhom biex jirrispondu għax-xokk. Dan jista’ jwassal għal “fire sales” [skontijiet eżagerati], trekkin ta’ likwidità u r-restrizzjoni tal-kreditu.

L-Artikolu 402 tar-regolament propost jintroduċi qafas bażiku għall-konformità mar-rekwiżiti tal-likwidità, billi l-awtoritajiet kompetenti jingħataw id-diskrezzjoni biex jiġi żgurat li l-pool ta’ assi likwidi jintuża u jerġa’ jiġi għal li kien b’mod adegwat. Fil-fehma tal-BĊE, l-ABE, f’kooperazzjoni mal-BERS, għandha tkun involuta fil-formulazzjoni tal-gwida fuq ir-rilaxx possibbli u l-intensifikazzjoni tal-pool ta’ assi likwidi fi żminijiet ta’ stress.

Skont il-premessi 74 u 75 tar-regolament propost, il-BĊE jifhem li din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-impriżi ta’ investiment u għalhekk jirrakkomanda li r-referenza għal “istituzzjoni ta’ kreditu” tiġi ssostitwita bil-kunċett ta’ “istituzzjonijiet” fl-Artikolu kollu kemm hu.

Emenda 20

Artikolu 404(1) tar-regolament propost

“1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw dawn li ġejjin bħala assi likwidi sakemm ma jkunux esklużi mill-paragrafu 2 u biss jekk l-assi likwidi jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3:

(a)

flus u depożiti f’banek ċentrali sakemm dawn id-depożiti jkunu jistgħu jinġibdu lura fi żminijiet ta’ stress;

(b)

assi trasferibbli li huma ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin ħafna;

(c)

assi trasferibbli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew li jkunu garantiti mill-gvern ċentrali ta’ Stat Membru jew ta' pajjiż terz jekk l-istituzzjoni ġġarrab riskju ta’ likwidità f’dak l-Istat Membru jew pajjiż terz li hija tkopri billi żżomm dawn l-assi likwidi;

(d)

assi trasferibbli li huma ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin.

[…].”

“1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw dawn li ġejjin bħala assi likwidi sakemm ma jkunux esklużi mill-paragrafu 2 u biss jekk l-assi likwidi jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3:

(a)

flus;

(b)

depożiti f’banek ċentrali sakemm dawn id-depożiti jkunu jistgħu jinġibdu lura fi żminijiet ta’ stress;

(c)

assi trasferibbli li huma ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin ħafna;

(d)

assi trasferibbli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew li jkunu garantiti mill-gvern ċentrali ta’ Stat Membru jew ta' pajjiż terz jekk l-istituzzjoni ġġarrab riskju ta’ likwidità f’dak l-Istat Membru jew pajjiż terz li hija tkopri billi żżomm dawn l-assi likwidi;

(e)

assi trasferibbli li huma ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin.

Fir-rigward ta’ depożiti miżmumin ma’ banek ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 404(1)(b), il-qorti kompetenti u l-bank ċentrali għandhom jaraw li jilħqu ftehim komuni fir-rigward ta’ sa fejn dawn id-depożiti jistgħu jiġu rtirati fi żminijiet ta’ stress.

[…].”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta hija mmirata biex tiċċara li l-banek ċentrali għandhom ikunu involuti fid-determinazzjoni tat-tipi ta’ assi miżmumin mill-banek ċentrali li għandhom jiġu kkunsidrati bħala assi likwidi. Dan jikkonforma mal-ftehim ta’ Basel III, li jinnota li awtoritajiet superviżorji kompetenti għandhom jiddiskuti u jiftiehmu mal-bank ċentrali rilevanti sa fejn riżervi ta’ bank ċentrali għandhom jgħoddu għall-ħażna ta’ assi likwidi. Fi kliem ieħor, għandhom jiddeterminaw sa fejn ir-riżervi tal-bank ċentrali jistgħu jinġibdu fi żminijiet ta’ stress  (19).

Filwaqt li l-Artikolu 404 tar-regolament propost jirriferi għal “depożiti f’banek ċentrali sakemm dawn id-depożiti jkunu jistgħu jinġibdu lura fi żminijiet ta’ stress”, l-Anness III tar-regolament propost jirriferi għal “riżervi tal-bank ċentrali, sakemm dawn ir-riżervi jkunu jistgħu jinġibdu fi żminijiet ta’ stress”. Billi dawn huma kunċetti ekwivalenti, it-terminoloġija tista’ tiġi armonizzata (ara wkoll l-Emenda 30).

Fir-rigward ta’ depożiti miżmumin fl-Eurosistema, il-BĊE huwa tal-fehma li depożiti ta’ matul il-lejl, jiġifieri fondi depożitati fil-faċilità ta’ depożitu u l-ishma tal-kont kurrenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu wara li jitnaqqas ir-rekwiżit tar-riżerva medja matul il-perijodu ta’ 30 jum għandhom jgħoddu bħala assi likwidi.

Emenda 21

Artikolu 404(5) tar-regolament propost

“5.   L-ishma jew unitajiet fis-CIUs jistgħu jiġu ttrattati bħala assi likwidi sa ammont assolut ta’ EUR 250 miljun bil-kundizzjoni li jintlaħqu r-rekwiżiti fl-Artikolu 127(3) u li s-CIU, minbarra d-derivati għall-mitigazzjoni tar-rata tal-imgħax jew tar-riskju tal-kreditu, tinvesti biss f’assi likwidi.”

“5.   L-ishma jew unitajiet fis-CIUs jistgħu jiġu ttrattati bħala assi likwidi sa ammont assolut ta’ EUR 250 miljun bil-kundizzjoni li s-sehem tagħhom fir-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità totali ma jaqbiżx il-limitu ddeterminat skont il-paragrafu 5a, li jintlaħqu r-rekwiżiti fl-Artikolu 127(3) u li s-CIU, minbarra d-derivati għall-mitigazzjoni tar-rata tal-imgħax jew tar-riskju tal-kreditu, tinvesti biss f’assi likwidi.”

Spjegazzjoni

Fir-rigward tat-trattament ta’ ishma jew unitajiet fis-CIUs bħala assi likwidi, il-BĊE huwa kkonċernat dwar kemm huwa xieraq li jiġi ffissat biss limitu assolut ta’ EUR 250 miljun, billi dan jista’ jippermetti istituzzjonijiet iżgħar li jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ kopertura ta’ likwidità b’dawn l-istrumenti biss. Minflok, biex tiġi limitata l-konċentrazzjoni tar-riskju, jista’ jiġi introdott limitu ta’, eż. 10% tar-rekwiżit ta’ kopertura ta’ likwidità totali. Il-BĊE huwa tal-fehma li l-ABE għandha tivvaluta iktar u tikkalibra adegwatament dan il-limitu bħala parti mill-analiżi komplessiva tagħha fuq id-definizzjoni tal-assi likwidi

Barra minn hekk, it-trattament ta’ ishma jew unitajiet f’CIUs bħala assi likwidi fir-regolament propost huwa inkonsistenti, tal-inqas għall-Eurosistema bir-rekwiżit tal-Artikolu 404(3)(b) tar-regolament propost li l-assi likwidi għandhom ikunu garanziji eliġibbli fi żminijiet normali għall-bżonnijiet ta’ likwidità intraday u faċilitajiet ta’ likwidità ta’ matul il-lejl ta’ bank ċentrali fi Stat Membru. Fil-fatt. ishma jew unitajiet f’CIUs mhumiex garanzija eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, irrispettivament mit-tip ta’ assi sottostanti fejn jinvestu s-CIUs. Barra minn dan, ishma jew unitajiet f’CIUs mhumiex inklużi fil-lista dettaljata ta’ assi likwidi fil-ftehim ta’ Basel III.

Emenda 22

Artikolu 404(5a) tar-regolament propost (ġdid)

L-ebda test

“5a.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-limitu msemmi fil-paragrafu 5.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Qegħda tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (EU) Nru 1093/2010.”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jissuġġerixxi li l-ABE tistabbilixxi, permezz ta’ abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, il-limitu msemmi fl-Artikolu 404(5) tar-regolament propost għad-determinazzjoni tas-sehem massimu tal-ishma/unitajiet tas-CIUs fl-LCR totali.

Emenda 23

Artikolu 443 tar-regolament propost

“Artikolu 443

Rekwiżiti prudenzjali

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 445, sabiex timponi rekwiżiti prudenzjali aktar stretti, għal perjodu ta’ żmien aktar limitat, għall-iskoperturi kollha jew għall-iskoperturi għal settur wieħed jew aktar, reġjuni jew Stati Membri, fejn dan huwa neċessarju sabiex jiġu indirizzati l-bidliet fl-intensità tar-riskji mikroprudenzjali u makroprudenzjali li jirriżultaw minn żviluppi fis-suq li jinbtu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari wara r-rakkomandazzjoni jew l-opinjoni tal-BERS, dwar

[…].”

“Artikolu 443

Rekwiżiti prudenzjali

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 445, sabiex timponi rekwiżiti prudenzjali aktar stretti, għal perjodu ta’ żmien aktar limitat, għall-iskoperturi kollha jew għall-iskoperturi għal settur wieħed jew aktar, reġjuni jew Stati Membri, fejn dan huwa neċessarju sabiex jiġu indirizzati l-bidliet fl-intensità tar-riskji mikroprudenzjali u makroprudenzjali li jirriżultaw minn żviluppi fis-suq li jinbtu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari wara r-rakkomandazzjoni jew l-opinjoni tal-BERS, dwar

[…]

(l)

ir-rekwiżiti għal skoperturi kbar, stabbiliti fl-Artikolu 381 u l-Artikoli 384 sa 392;

(m)

ir-rekwiżiti ta’ żvelar, stabbiliti fl-Artikoli 419 sa 420 u l-Artikoli 422 sa 436;

(n)

ir-rekwiżiti ta’ likwidità u l-proporzjon ta’ leverage [meta jkunu mdaħħlin fil-qafas regolatorju tal-Unjoni].

Din id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tkun soġġetta għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 446.

2.   Il-BERS jista’ jirrakkomanda estensjoni tal-lista tar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1.

Spjegazzjoni

L-ambitu tal-atti delegati li l-Kummissjoni tista’ tadotta għandu jestendi biex ikopri rekwiżiti prudenzjali fuq skoperturi kbar u rekwiżiti ta’ żvelar kif ukoll, ladarba jsiru parti mill-qafas regolatorju tal-Unjoni applikabbli, rekwiżiti ta’ ingranaġġ u likwidità.

Il-BĊE jissuġġerixxi wkoll li l-BERS jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni fir-rigward tal-estensjoni tal-lista ta’ rekwiżiti prudenzjali.

Emenda 24

Taqsima Disgħa a tar-regolament propost (ġdid)

L-ebda test

“TAQSIMA DISGĦAa

APPLIKAZZJONI TA’ REKWIŻITI PRUDENZJALI IKTAR STRETTI MINN AWTORITAJIET NAZZJONALI

Artikolu 443a

Applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali iktar stretti mill-awtoritajiet nazzjonali

1.   Awtoritajiet nazzjonali, jew fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-BERS bis-saħħa tar-Regolament (EU) Nru 1092/2010, jistgħu jimponu rekwiżiti prudenzjali iktar stretti fuq istituzzjonijiet fejn riskji makroprudenzjali huma identifikati bħala li jippreżentaw theddida għall-istabbiltà finanzjarja fil-livell nazzjonali fl-oqsma li ġejjin:

(a)

il-livell ta’ fondi proprji, stabbilit fl-Artikolu 87(1) Artikolu 87(1);

(b)

ir-rekwiżiti għal skoperturi kbar, stabbiliti fl-Artikolu 381 u l-Artikoli 384 sa 392;

(c)

ir-rekwiżiti ta’ likwidità u l-proporzjon tal-ingranaġġ [meta jiġu introdotti fil-qafas regolatorju tal-Unjoni].

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-BERS bil-proposta tagħhom għall-impożizzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali iktar stretti skont il-paragrafu 1(a) sa (c) mhux iktar tard minn jumejn tax-xogħol mid-data tal-proposta tagħhom fid-dawl tar-riskji makroprudenzjali identifikati għall-istabbiltà finanzjarja. Skont ir-Regolament (EU) Nru 1092/2010 u wara li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità, il-BERS għandu jkollu rwol ta’ koordinazzjoni billi jivvaluta, fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-inqas tliet Stati Membri, it-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja u l-konsegwenzi u effetti sekondarji possibbli mhux maħsuba fuq Stati Membri oħrajn li jistgħu jrriżultaw mill-impożizzjoni ta’ rekwiżiti iktar stretti.

3.   Ir-rekwiżiti prudenzjali iktar stretti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu applikati biss bl-issikkar tal-proporzjonijiet u limiti kwantitattivi għall-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, u f’konformità sħiħa mal-aspetti oħrajn tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

4.   IL-BERS u l-ABE għandhom jippubblikaw ir-rekwiżiti prudenzjali iktar stretti adottati mill-awtoritajiet nazzjonali fuq il-websajts rispettivi tagħhom.

5.   Fejn il-BERS jiddetermina li r-riskji makroprudenzjali identifikati għall-istabbiltà finanzjarja, kif ivvalutati skont il-paragrafu 2, li wasslu għal rekwiżiti prudenzjali iktar stretti ma jibqgħux jeżistu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iħassru r-rekwiżiti iktar stretti u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet oriġinali ta’ dan ir-Regolament. Jekk dan ma jiġrix, il-BERS għandu joħroġ rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni kontra l-Istat Membru kkonċernat meta l-Istat Membru kkonċernat ma jaġixxix b’mod xieraq minn perspettiva ta’ riskju sistemiku.

6.   Il-BERS jista’, skont ir-Regolament (EU) Nru 1092/2010, jirrakkomanda l-estensjoni tal-lista ta’ rekwiżiti prudenzjali speċifikati fil-paragrafu 1.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda hija mmirata biex tiddefinixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet li skont dawn l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu japplikaw rekwiżiti prudenzjali iktar stretti meta jinqalgħu riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri u għall-ispeċifikazzjoni tar-rwol tal-BERS f’dan il-kuntest (għal iktar dettalji dwar ir-raġuni għal din id-dispożizzjoni, ara l-paragrafi 5.4 sa 5.6 tal-Opinjoni).

Il-BĊE jissuġġerixxi wkoll li l-BERS jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-estensjoni tal-lista ta’ rekwiżiti prudenzjali.

Emenda 25

Artikolu 444(3) tar-regolament propost

“3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015. Madanakollu, att delegat adottat skont dan l-Artikolu ma għandux japplika qabel l-1 ta’ Jannar 2015.”

“3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014. Madanakollu, att delegat adottat skont dan l-Artikolu ma għandux japplika qabel l-1 ta’ Jannar 2015.”

Spjegazzjoni

Sabiex ikun hemm konsistenza mal-impenn tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tar-rekwiżit tal-kopertura ta’ likwidità sal-1 ta’ Jannar 2015, l-att iddelegat li jispeċifika r-rekwiżit fid-dettall għandu jiġi adottat, mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

Emenda 26

Artikolu 473(1)(c) tar-regolament propost (ġdid)

L-ebda test

(c)

dawk l-unitajiet prijoritarji jikkwalifikaw għal grad 1 ta’ kwalità ta’ kreditu 1.

Spjegazzjoni

L-Artikolu 124 tar-regolament propost jipprovdi li ċerti kategoriji ta’ bonds koperti huma eliġibbli għal trattament preferenzjali meta jissodisfaw ċerti rekwiżiti. Waħda minn dawn il-kategoriji hija bonds koperti garantiti minn unitajiet ta’ prijorità maħruġin mill-Fonds Communs de Créances (FCCs) jew minn entitajiet ta’ titolizzazzjoni ekwivalenti rregolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru li jittitolizzaw skoperturi ta’ proprjetà residenzjali. Wieħed mir-rekwiżiti pprovdut mill-Artikolu 124 għal din il-kategorija ta’ bonds skoperti huwa li unitajiet ta’ prijorità maħruġin mill-FCCs jew minn entitajiet ta’ titolizzazzjoni ekwivalenti ma jaqbżux 10% tal-ammont nominali tal-ħruġ pendenti.

L-Artikolu 473(1) tar-regolament propost jipprovdi li, sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-limitu ta’ 10% għal unitajiet ta’ prijorità maħruġin mill-FCCs jew minn entitajiet ta’ titolizzazzjoni ekwivalenti stabbiliti mill-Artikolu 124(1)(d) u (e) ma japplikawx taħt ċerti kundizzjonijiet. Għalhekk, sal-31 ta’ Diċembru 2014, ma huwa impost l-ebda limitu fir-rigward tal-perċentwali ta’ unitajiet prijoritarji maħruġin minn FCCs jew minn entitajiet ta’ titolizzazzjoni ekwivalenti stabbiliti fl-Artikolu 124(1)(d) u (e) tar-regolament propost.

Kif intqal fl-Opinjoni CON/2010/65  (20), il-BĊE huwa tal-fehma li l-għan tar-regolaturi fil-futur viċin għandu jkun li jitneħħa l-limitu ta’ waiver ta’ 10% għall-FCCs jew entitajiet ta’ titolizzazzjoni ekwivalenti stabbilit fl-Artikolu 124(1) (d) u (e) u biex jiġi żviluppat sett rigoruż ta’ kriterji għall-assi biex jiġi inkluż fil-pool ta’ bonds ta’ kopertura li: (a) ma jiddipendux fuq klassifikazzjonijiet esterni; (b) huma b’saħħithom biżżejjed biex inisslu kunfidenza fis-suq fil-bonds koperti, filwaqt li istituzzjonijiet finanzjarji jingħataw biżżejjed żmien biex jaġġustaw il-mudell ta’ negozju rispettiv tagħhom; (c) jippermettu t-titolizzazzjoni biss ġewwa grupp; (d) jeħtieġu minn awtoritajiet superviżorji approċċ “ta' trasparenza” għall-assi li huma sottostanti t-titolizzazzjoni. Il-BĊE jilqa’ passi regolatorji li jitaffu milli l-leġiżlazzjoni tkun tiddependi fuq klassifikazzjonijiet esterni. Madankollu, il-BĊE qed jipproponi li tinżamm referenza għall-kwalità ta’ kreditu l-iktar favorevoli meħtieġ għal dawn l-unitajiet sakemm id-deroga li hemm fl-Artikolu 473(1) tkun tapplika sabiex ikun hemm il-kredibbiltà u t-trasparenza fir-rigward tas-suq tal-bonds koperti.

Emenda 27

Artikolu 473(2) tar-regolament propost

“2.   Sal-1 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-korrettezza tad-deroga stipulata fil-paragrafu 1 u, jekk rilevanti, l-adegwatezza tal-estensjoni ta’ trattament simili għal kwalunkwe forma oħra ta’ bond kopert. Fid-dawl ta’ dik l-analiżi, il-Kummissjoni tista’, jekk dan ikun xieraq, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 445 sabiex tagħmel dik id-deroga permanenti jew tagħmel proposti leġiżlattivi sabiex testendiha għal forom oħra ta’ bonds koperti.”

“2.   Sal-1 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-korrettezza tad-deroga stipulata fil-paragrafu 1 . Fid-dawl ta’ dik l-analiżi, il-Kummissjoni tista’, jekk dan ikun xieraq, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 445 sabiex tagħmel dik id-deroga permanenti jew tħassarha.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-Emenda 26.

Emenda 28

Artikolu 481 tar-regolament propost

“Artikolu 481

Rekwiżiti tal-likwidità

1.   […]

Fir-rapport tagħha, l-ABE għandha tanalizza b’mod partikolari l-adegwatezza tal-kalibrazzjoni ta’ dawn li ġejjin: […]

2.   L-ABE għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2013, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar definizzjonijiet uniformi xierqa ta’ kwalità għolja u għolja ħafna tal-likwidità u l-kreditu tal-assi trasferibbli għall-finijiet tal-Artikolu 404. […]

3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2015, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar jekk ikunx xieraq li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jużaw sorsi stabbli ta’ ffinanzjar […]

Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport, u jekk xieraq anki proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2016.”

“Artikolu 481

Rekwiżiti tal-likwidità

1.   […]

Fir-rapport tagħha, l-ABE għandha, wara li tikkonsulta lill-BĊE, tanalizza b’mod partikolari l-adegwatezza tal-kalibrazzjoni ta’ dawn li ġejjin: […]

(d)

il-limitu xieraq bħala perċentwali tar-rekwiżit tal-kopertura ta’ likwidità għal ishma jew unitajiet fis-CIUs għall-finijiet tal-Artikolu 404(5).

2.   L-ABE għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2013, tirrapporta, wara li tikkonsulta lill-BĊE, lill-Kummissjoni dwar definizzjonijiet uniformi xierqa ta’ kwalità għolja u għolja ħafna tal-likwidità u l-kreditu tal-assi trasferibbli għall-finijiet tal-Artikolu 404 […]

3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2015, l-ABE għandha, wara li tikkonsulta lill-BĊE, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar kif ikunx xieraq li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jużaw sorsi stabbli ta’ ffinanzjar […]

Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport, u anki proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2016.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta dwar il-konsultazzjoni tal-BĊE għandha l-għan li tikkjarifika li l-BĊE għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-rapporti minħabba l-kompetenza u l-esperjenza teknika tiegħu fil-qasam. L-interazzjoni bejn r-regolamentazzjoni tal-likwidità u l-operazzjonijiet tal-politika monetarja hija mistennija li tkun sinjifikanti u kumplessa u għalhekk hija importanti biex jiġi żgurat li r-regolamentazzjoni ma twassalx għal konsegwenzi mhux maħsuba fir-rigward tar-rikors lejn finanzjament ta’ bank ċentrali u swieq finanzjarji relatati. Kif ġie nnutat fl-Emenda 24, l-ABE tista’ tipprepara abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fuq il-kalibrazzjoni tal-limitu għall-investimenti f’ishma jew unitajiet fis-CIUs bħala perċentwal tar-rekwiżit ta’ kopertura ta’ likwidità totali.

L-emendi proposti dwar l-implimentazzjoni tal-NSFR huma mmirati biex tiġi eliminata kull ambigwità, anki jekk il-kontenut eżatt tal-NSFR għadu mhux iddeterminat, fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit. Il-ftehim Basel III jipprovdi li l-NSRF ser jaqleb għal standard minimu sal-1 ta’ Jannar 2018, wara perijodu ta’ osservazzjoni li jinkludi klawżola ta’ reviżjoni biex tiġi indirizzata kull konsegwenza mhux maħsuba.

Emenda 29

Artikolu 482(1) tar-regolament propost

“1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-impatt u l-effettività tal-proporzjon ta’ ingranaġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fejn ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva dwar l-introduzzjoni ta’ livell wieħed jew aktar għall-proporzjon ta’ ingranaġġ li l-istituzzjonijiet jkunu meħtieġa jilħqu, fejn tiġi ssuġġerita kalibrazzjoni adegwata għal dawk il-livelli u kwalunkwe aġġustament xieraq fil-kejl kapitali u l-kejl tal-iskopertura totali kif definit fl-Artikolu 416.”

“1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-impatt u l-effettività tal-proporzjon ta’ ingranaġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. , Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva dwar l-introduzzjoni ta’ livell wieħed jew aktar għall-proporzjon ta’ ingranaġġ li l-istituzzjonijiet għandhom jikunu meħtieġa jilħqu, fejn tiġi ssuġġerita kalibrazzjoni adegwata għal dawk il-livelli u kwalunkwe aġġustament xieraq fil-kejl kapitali u l-kejl tal-iskopertura totali kif definit fl-Artikolu 416.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta għandha l-għan li tneħħi kull tħassib fir-rigward tal-impenn biex jiddaħħal proporzjon ta’ leverage, bla ħsara għal kalibrazzjoni xierqa wara l-perjodu ta’ osservazzjoni.

Emenda 30

Anness III tar-regolament propost

ANNESS III

Elementi soġġetti għal rappurtar supplimentari ta’ assi likwidi […].”

Spjegazzjoni

Biex tiġi evitata kull ambigwità u għas-simplifikazzjoni tar-rappurtar ta’ assi likwidi mill-istituzzjonijiet, il-BĊE jirrakkomanda li jitħassar l-Anness III u l-kontenut tiegħu jingħaqad, bl-aġġustamenti u l-emendi xierqa, mal-lista ta’ assi likwidi msemmija fl-Artikolu 404(1) tar-regolament propost. Ir-referenzi għall-Anness III f’dispożizzjonijiet oħrajn tar-regolament propost għandhom, b’hekk, jitħassru. Fil-każ li l-Anness III jibqa’ parti mir-regolament propost, it-tifsira ta’ entrati suġġetti għal rappurtar “supplimentari” fl-intestatura għandha tiġi ċċarata biex jiġu evitati kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(2)  Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

(3)  Ara f’dan ir-rigward paragrafu 11 ta’ Opinjoni CON/2009/17 u Emenda 3 tiegħu

(4)  Ara f’dan ir-rigward id-dispożizzjonijiet tranżitorji ta’ Artikolu 145 tad-direttiva proposta.

(5)  Ara, per eżempju, Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, Core Principles Methodology, Ottubru 2006, p. 38.

(6)  KUMM(2010) 284 finali.

(7)  Ara wkoll Emenda 5 ta’ Opinjoni CON/2009/17.

(8)  Paragrafi 133 u 150 tal-ftehim Basel III.

(9)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(10)  Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).

(11)  COM (2011) 8 finali.

(12)  Ara l-paragrafu 6.4 tal-Opinjoni CON/2011/42.

(13)  Galvi ta’ COREP u FINREP, fis-seħħ fid-data tar-rappurtar, kif prodotti fil-linji gwida ABE ppubblikati fil-websajt tal-ABE http://www.eba.europa.eu jew, kif ikun opportun, fil-forma ta’ abbozz ta’ standards tekniċi żviluppati mill-ABE u adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 74(2) tad-Direttiva 2006/48/KE.

(14)  Artikoli 383, 403 u 417 tar-regolament propost.

(15)  Opinjoni tal-BĊE CON/2011/1 tat-13 ta’ Jannar 2011 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU C 57, 23.2.2011, p. 1).

(16)  Ara l-paragrafu 1.27 tal-“Principles for Financial Market Infrastructures’, [Prinċipji għall-Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju]”, rapport konsultattiv, Marzu 2011, mill-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu u l-Kumitat Tekniku tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, disponibbli fuq il-websajt tal-IOSCO fi www.iosco.org.

(17)  Ara “Principles for Financial Market Infrastructures [Prinċipji għall-Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju]”, rapport konsultattiv, Marzu 2011, mill-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu u l-Kumitat Tekniku tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli.

(18)  Ara l-impenji tal-G20 ta’ Settembru 2009 u Ġunju 2010.

(19)  Paragrafu 40, nota ta’ qiegħ il-paġna 9 tal-ftehim Basel III.

(20)  Opinjoni tal-BĊE tas-6 ta’ Awwissu dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja ta’ politiki dwar ir-remunerazzjoni (ĠU C 223, 18.8.2010, p. 1).


Top