EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AB0006

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 28 ta’ Jannar 2011 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari ta’ entitajiet finanzjarji f’konglomerat finanzjarju (CON/2011/6)

OJ C 62, 26.2.2011, p. 1–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta’ Jannar 2011

dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari ta’ entitajiet finanzjarji f’konglomerat finanzjarju

(CON/2011/6)

2011/C 62/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-30 ta’ Settembru 2010 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni fuq proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari ta’ entitajiet finanzjarji f’konglomerat finanzjarju (1) (minn hawn ‘il quddiem id-“direttiva proposta”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjoni ġenerali

1.

Il-BĊE jilqa’ l-għan ewlieni tad-direttiva proposta, li huwa li tiżgura il-firxa xierqa ta’ superviżjoni supplimentari ta’ konglomerati finanzjarji, billi tagħlaq id-distakk li żviluppa bejn is-sistema ta superviżjoni supplimentari tal-Unjoni (2) u d-direttivi settorjali dwar is-servizzi bankarji u tal-assigurazzjoni.

Osservazzjonijiet speċifiċi

Trattament ta’ kumpaniji finanzjarji b’parteċipazzjoni mħallta

2.

Il-BĊE jilqa’ r-referenzi għal “kumpanija finanzjarja b’parteċipazzjoni mħallta” fid-dispożizzjonijiet tad-direttivi settorjali li jiddefinixxu l-ambitu tal-konsolidazzjoni tas-superviżjoni bankarja u s-superviżjoni ta’ grupp tal-assigurazzjoni (3). Dan jippermetti l-applikazzjoni ta’ superviżjoni settorjali kkonsolidata/ta’ grupp, minbarra s-superviżjoni supplimentari, ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni assigurattiva li, bħala riżultat ta’ espansjoni tal-attivitajiet tagħha għal settur finanzjarju ieħor, issir kumpanija finanzjarja b’parteċipazzjoni mħallta. Il-BĊE jikkunsidra illi intuwiti superviżorji relatati ma’ attivitajiet settorjali miksubin permezz ta’ supervizjoni kkonsolidata/ta’ grupp jistgħu tassew ikunu kkumplimentati utilment mill-fehim ta’ riskji kross-settorjali miksub permezz tas-superviżjoni supplimentari. Fl-istess ħin, għandhom jiġu żviluppati prattiċi superviżorji effiċjenti, li minn naħa ser jippermettu illi r-riskji rilevanti kollha jiġu nkorporati fis-superviżjoni, u, min-naħa l-oħra, ser jeliminaw koinċidenzi potenzjali fis-superviżjoni u jżommu kundizzjonijiet ekwi. Il-BĊE jirrakkomanda (4) illi l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASEi) jingħataw setgħat sabiex jadottaw, permezz tal-Kumitat Konġunt, linji gwida komuni f’dan ir-rigward.

Trattament ta’ kumpaniji għall-ġestjoni tal-assi

3.

Il-BĊE jilqa’ l-inklużjoni espliċita ta’ kumpaniji għall-ġestjoni tal-assi fit-testijiet tal-limitu għall-identifikazzjoni ta’ konglomerati finanzjarji (5). Il-BĊE jirrakkomanda (6) illi kumpaniji għall-ġestjoni tal-assi jiġu allokati lis-settur fi ħdan il-konglomerat finanzjarju li miegħu huma jkollhom l-eqreb konnessjoni, li jrid jiġi speċifikat aktar fil-linji gwida superviżorji. Mill-perspettiva ta’ valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju din is-soluzzjoni ser tkun superjuri għall-allokazzjoni lill-“iċken settur finanzjarju” previst mid-direttiva proposta. Barra minn dan, il-BĊE jirrakkomanda (7), bħala konsegwenza tal-inklużjoni espliċita ta’ kumpaniji għall-ġestjoni tal-assi fis-sistema ta’ superviżjoni supplimentari, l-involviment tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, flimkien mal-ASEi l-oħra, fl-iżvilupp ta’ linji gwida li jikkonċernaw is-superviżjoni supplimentari (8). F’dan ir-rigward, il-kliem użat għandu jkun simili għal dak fid-Direttiva 2010/78/UE (9) jiġifieri “l-ASEi rilevanti, permezz tal-Kumitat Konġunt”. L-involviment tal-ASEi kollha fl-iżvilupp ta’ dawn il-linji gwida għandu jiżgura illi l-iskoperta ta’ kwistjonijiet ta’ tixrid, konċentrazzjoni u kumplessità u ta’ kunflitti ta’ interess huma indirizzati b’mod effettiv fis-setturi kollha u fl-entitajiet irregolati kollha ta’ konglomerat finanzjarju. Bl-istess mod, fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll intern u proċessi ta’ ġestjoni ta’ riskju (10), id-Direttiva 2002/87/KE għandha titlob il-konsistenza tas-superviżjoni supplimentari mal-monitoraġġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-konformità mar-regoli prudenzjali stabbiliti taħt id-Direttiva UCITS (11). Din il-konsistenza hija diġa mitluba bejn is-superviżjoni supplimentari u l-prattiċi superviżorji taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Bankarju (12) u d-Direttiva dwar is-Solvenza II (13).

Formati ta’ rappurtar

4.

Il-BĊE jirrakkomanda (14) l-applikazzjoni ta’ formati, frekwenzi u dati ta’ rappurtar armonizzati, fuq bażi tal-implimentazzjoni ta’ standards tekniċi żviluppati mill-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt (15), għar-rappurtar ta’ rekwiżiti għall-adegwatezza tal-kapital ikkalkulati għall-entitajiet rilevanti ta’ konglomerat finanzjarju (16). Din l-armonizzazzjoni għandha ssegwi l-mudell diġa stabbilit fis-settur bankarju, fuq bażi ta’ emenda tal-2009 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Bankarju (17). Il-BĊE jifhem illi x-xogħol fuq l-armonizazzjoni tal-formati ta' rappurtar ser ikompli, inter alia b’konnessjoni mal-ħtiġijiet iġġenerati mill-implimentazzjoni tal-qafas tal-kapital Basel III fid-dritt tal-Unjoni. L-Ewrosistema għandha interess qawwi f’dan il-qasam fuq il-bażi tar-rwol tagħha fl-istabbiltà finanzjarja u ser isegwi l-progress ta’ dan ix-xogħol b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi tiġi emendata d-direttiva proposta, qed tiġi stabbilita għal dan il-għan proposta għall-abbozzar fl-Anness flimkien ma’ test ta’ spjegazzjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Jannar 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  COM(2010) 433 finali.

(2)  Preżentement magħmula minn Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1) u d-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 t’ Ottubru 1998 dwar is-sorveljanza supplimentari ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni (Ġurnal Uffiċjali Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 06 Volum 03 pġ. 151-162).

(3)  Ara l-emendi għal Artikolu 1 u Artikoli 2(2), 3(1) 4(2) u 10(2), u fl-Annessi I u II għad-Direttiva 98/78/KE mdaħħlin minn Artikolu 1 u Anness I tad-direttiva proposta; ara l-emendi għal Artikoli 4, 71, 72, 84, 105, 125 sa 127, 129 u 141 sa 143 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-bidu u l-eżerizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1), imdaħħlin minn Artikolu 3 tad-direttiva proposta.

(4)  Ara l-emenda 3 proposta fl-Anness għal din l-Opinjoni.

(5)  Ara l-Artikoli 2(5) u 3(2), it-tielet paragrafu, ta’ Direttiva 2002/87/KE, kif imdaħħlin minn Artikolu 2(1) u (2) tad-direttiva proposta.

(6)  Ara l-emenda 1 proposta fl-Anness għal din l-Opinjoni.

(7)  Ara l-emenda 2 proposta fl-Anness għal din l-Opinjoni.

(8)  Ara l-Artikoli 3(8), 7(5), 8(5), 9(6) u 11(5) ta’ Direttiva 2002/87/KE, kif imdaħħlin minn Artikoli 2(2), u (4) sa (7) tad-direttiva proposta.

(9)  Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120).

(10)  Ara l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/87/KE.

(11)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32). Il-monitoraġġ ta’ sorveljanza ta’ kumpaniji għall-ġestjoni tal-assi huwa msemmi fl-Artikolu 21(1) u fl-Artikolu 102(4)(a) tad-Direttiva UCITS; huwa jiffoka fuq l-assigurazzjoni tal-konformità ma’ regoli prudenzjali meħtieġa li jiġu introdotti minn Artikolu 12 fir-rigward ta’ kumpaniji għall-ġestjoni tal-assi u permezz ta’ regoli oħrajn stabbiliti minn Artikoli 17 u 18 fir-rigward tal-offerta ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-assi permezz ta’ fergħat u l-forniment ta’ servizzi transkonfini.

(12)  Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u t-tkomplija tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

(13)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u t-tkomplija tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II) (riformualzzjoni) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(14)  Ara l-emendi 4 u 6 proposti fl-Anness għal din l-Opinjoni.

(15)  Ara l-Artikolu 21a(2) tad-Direttiva 2002/87/KE, kif imdaħħal minn Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2010/78/EU.

(16)  Ara l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2002/87/KE.

(17)  Ara it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 74(2) tad-Direttiva 2006/48/KE, kif imdaħħal minn Artikolu 1(14) tad-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE fir-rigward ta’ banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, skoperturi kbar, arranġamenti ta’ sorveljanza, u l-ġestjoni tal-kriżijiet.(ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97).


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Artikolu 2(2)(a)

“(a)

It-tielet subparagrafu li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 2:

‘Il-kumpaniji għall-ġestjoni tal-assi fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 30 huma miżjudin mas-settur li għalih jappartjenu fi ħdan il-grupp; jekk ma jappartjenux esklussivament għal settur wieħed fi ħdan il-grupp, huma jiżdiedu mal-iċken settur finanzjarju ’ ”

“(a)

It-tielet subparagraf li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 2:

‘Il-kumpaniji għall-ġestjoni tal-assi fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 30 huma miżjudin mas-settur li għalih jappartjenu fi ħdan il-grupp; jekk ma jappartjenux esklussivament għal settur wieħed fi ħdan il-grupp, huma jiżdiedu mas-- settur finanzjarju li miegħu għandhom l-eqreb konnessjoni’ ”

Spjegazzjoni

Is-soluzzjoni preżenti li talloka kumpaniji għall-ġestjoni tal-assi lill-iċken settur fil-konglomerat finanzjarju mhijiex ibbażata biżżejjed fuq ir-riskju. Hija għandha tinbidel mill-kriterju tal-“eqreb konnessjoni”, li jrid jiġi speċifikat aktar permezz ta’ linji gwida komuni tal-ASE maħruġin taħt l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2002/87/KE (ara l-emenda 2).

Emenda 2

Artikolu 2(2)(f)

“(f)

Il-paragrafu 8 li ġej huwa miżjud:

‘8.   L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni immirati lejn il-konverġenza ta’ prattiċi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3, 3a, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu’ ”

“(f)

Il-paragrafu 8 li ġej huwa miżjud:

‘8.   L-ASEi rilevanti, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji gwida komuni immirati lejn il-konverġenza ta’ prattiċi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3, 3a, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu’ ”

Spjegazzjoni

Bħala riżultat tal-inklużjoni espliċita ta’ kumpaniji għall-ġestjoni tal-assi fit-testijiet tal-limitu għall-identifikazzjoni ta’ konglomerati finanzjarji, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tkun involuta, flimkien mal-ASEi l-oħra, fl-iżvilupp ta’ linji gwida li jippromwovu l-konverġenza ta’ prattiċi superviżorji li jikkonċernaw is-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerati finanzjarji. L-involviment tal-ASEi rilevanti kollha fl-iżvilupp ta’ linji gwida bħal dawn għandu jiżgura illi kwistjonijiet ta’ tixrid, konċentrazzjoni u kumplessità u ta’ kunflitti ta’ interess huma indirizzati b’mod effettiv fis-setturi kollha u fl-entitajiet irregolati kollha ta’ konglomerat finanzjarju. Il-kliem użat f’dan ir-rigward jiġifieri (“l-ASEi rilevanti, permezz tal-Kumitat Konġunt”) huwa simili għall-mudell stabbilit mid-Direttiva 2010/78/UE. Din l-emenda hija marbuta ma' emenda 5.

Emenda 3

Artikolu 2(2a) (ġdid)

(l-ebda test)

(2a)   Il-paragrafu 6 li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 5:

‘6.   L-ASEi, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn l-iżvilupp ta’ prattiċi superviżorji li jippermettu s-superviżjoni supplimentari ta’ kumpaniji ta’ investiment finanzjarju sabiex tikkumplimenta b’mod xieraq is-superviżjoni ta’ grupp taħt id-Direttiva 98/78/KE jew, kif xieraq, superviżjoni konsolidata taħt id-Direttiva 2006/48/KE, u li ser tippermetti li r-riskji rilevanti kollha jiġu inkorporati fis-superviżjoni, filwaqt li jiġu eliminati koinċidenzi potenzjali fis-superviżjoni u jinżammu kundizzjonijiet ekwi. ’ ”

Spjegazzjoni

Għandhom jiġu żviluppati prattiċi superviżorji effiċjenti sabiex jippermettu l-applikazzjoni parallela ta’ superviżjoni ta’ grupp settorjali kkonsolidata u superviżjoni supplimentari b’rabta ma' kumpanija finanzjarja b’parteċipazzjoni mħallta. L-ASEi rilevanti, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jingħataw setgħat biex jadottaw linji gwida komuni f’dan ir-rigward.

Emenda 4

Artikolu 2(2b) (ġdid)

(l-ebda test)

“(2b)   Il-subparagrafu 6 li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 6(2):

‘Mill-[1 ta’ Jannar 2013], l-Istati Membri ser jeħtieġu formati, frekwenzi u dati uniformi għar-rappurtar tal-kalkoli li għalihon issir referenza f’dan l-Artikolu, b’konformità mal-istandards tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 21a(1)(d).’ ”

Spjegazzjoni

Bħalma huwa l-każ tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Bankarju, ir-rappurtar tar-rekwiżiti tal-adegwatezza tal-kapital ikkalkulati taħt id-Direttiva 2002/87/KE għandhom isegwu formati, frekwenzi u dati ta’ rappurtar uniformi. Din l-emenda hija marbuta ma’ emenda 6.

Emenda 5

Artikolu 2(4) sa (7) u (10)

“(4)   Il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 7:

‘5.   L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza ta’ prattiċi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ superviżjoni supplimentari tal-konċentrazzjoni ta’ riskju kif stipulat fil-paragrafi 1 sa 4. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 għal parteċipazzjoni tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali tad-dritt tal-kumpaniji xxekkel l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2).’

(5)   Il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 8:

‘5.   L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza ta’ prattiċi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ superviżjoni supplimentari tat-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp kif stipulat fil-paragrafi 1 sa 4. Huma għandhom joħorġu linji komuni speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 għall-parteċipazzjoni tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali tad-dritt tal-kumpaniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2).’

(6)   Il-paragrafu 6 li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 9:

‘6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-istess linja fl-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll intern u ta’ proċessi ta’ ġestjoni ta’ riskju kif stipulat f’dan l-Artikolu bil-proċessi ta’ reviżjoni superviżorja kif stipulat fl-Artikolu 124 ta’ Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 36 ta’ Direttiva 2009/138/KE. Għal dan il-għan, l-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza ta’ prattiċi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ superviżjoni supplimentari ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll intern u ta’ proċessi ta’ ġestjoni ta’ riskju kif stipulat f’dan l-Artikolu, kif ukoll dwar il-konformità mal-proċessi ta’ reviżjoni superviżorja kif stipulat fl-Artikolu 124 ta’ Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 36 ta’ Direttiva 2009/138/KE. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjoni tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali tad-dritt tal-kumpaniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2).’

(7)   Il-paragrafi 4 u 5 li ġejjin huma miżjudin mal-Artikolu 11:

‘[…]

5.   L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni immirati lejn il-konsistenza ta’ ftehim għall-koordinazzjoni tas-sorveljanza skont l-Artikolu 131a ta’ Direttiva 2006/48/KE and l-Artikolu 248(4) ta’ Direttiva 2009/138/KE.’

[…]

(10)   L-Artikolu 21b li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 21b

Linji Gwida Komuni

L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu l-linji gwida komuni imsemmijin fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(6) u l-Artikolu 11(5) b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru …/… li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, wara kooperazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet ta’ Sorveljanza Ewropej.’ ”

“(4)   Il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 7:

‘5.   L-ASEi rilevanti, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza ta’ prattiċi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ superviżjoni supplimentari tal-konċentrazzjoni ta’ riskju kif stipulat fil-paragrafi 1 sa 4. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 għal parteċipazzjoni tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali tad-dritt tal-kumpaniji xxekkel l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2).’

(5)   Il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 8:

‘5.   L-ASEi rilevanti, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji ta’ gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza ta’ prattiċi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ superviżjoni supplimentari tat-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp kif stipulat fil-paragrafi 1 sa 4. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 għall-parteċipazzjoni tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali tad-dritt tal-kumpaniji xxekkel l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2).’

(6)   Il-paragrafu 6 li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 9:

‘6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-istess linja fl-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll intern u ta’ proċessi ta’ ġestjoni ta’ riskju kif stipulat f’dan l-Artikolu bil-proċessi ta’ reviżjoni superviżorjai kif stipulat fl-Artikolu 124 ta’ Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 36 ta’ Direttiva 2009/138/KE, u bil-monitoraġġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-konformità mar-regoli prudenzjali stabbiliti taħt l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/65/KE. Għal dan il-għan, l-ASEi rilevanti, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza ta’ prattiċi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ superviżjoni supplimentari ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll intern u ta’ proċessi ta’ ġestjoni ta’ riskju kif stipulat f’dan l-Artikolu, kif ukoll dwar il-konformità mal-proċessi ta’ reviżjoni superviżorja kif stipulat fl-Artikolu 124 ta’ Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 36 ta’ Direttiva 2009/138/KE, u bil-monitoraġġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-konformità mar-regoli prudenzjali stabbiliti taħt l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/65/KE. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjoni tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali tad-dritt tal-kumpaniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2).’

(7)   Il-paragrafi 4 u 5 li ġejjin huma miżjudin mal-Artikolu 11:

‘[…]

5.   L-ASEi rilevanti, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji gwida komuni immirati lejn il-konsistenza ta’ ftehim għall-koordinazzjoni tas-sorveljanza skont l-Artikolu 131a ta’ Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248(4) ta’ Direttiva 2009/138/KE.’

[…]

(10)   L-Artikolu 21b li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 21b

Linji Gwida Komuni

L-ASEi rilevanti, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu l-linji gwida komuni msemmijin fl-Artikolu 3(8), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(6) u l-Artikolu 11(5) b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru...1093/-2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea-(Awtorità Bankarja Ewropea), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru.. 1094/-2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea-(Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE, u fl-Artikolu 56 ta’ Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea-(Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE, wara kooperazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.’ ”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni taħt emenda 2, li magħha hija marbuta din l-emenda. Barra minn dan, fir-rigward tas-sorveljanza supplimentari ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll intern u proċessi ta’ ġestjoni ta’ riskju, l-emenda proposta għall-Artikolu 9(6) tad-Direttiva 2002/87/KE għandha titlob il-konsistenza tas-superviżjoni supplimentari mal-monitoraġġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-konformità mar-regoli prudenzjali stabbiliti taħt id-Direttiva UCITS. Din il-konsistenza hija diġà meħtieġa bejn is-superviżjoni supplimentari u l-prattiċi superviżorji taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Bankarju u d-Direttiva dwar is-Solvenza II.

Emenda 6

Artikolu 2(9a) (ġdid)

(L-ebda test)

“(9a)   Il-punt (d) li ġej huwa mizjud mal-ewwel subparagrafu tal-Artiklu 21a(1):

‘(d)

L-Artikolu 6(6) sabiex jiżgura formati (bi struzzjonijiet assoċjati), frekwenzi u dati ta’ rappurtar uniformi.’ ”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni taħt emenda 4, li magħha hija marbuta din l-emenda.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.


Top