EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008O0006

Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 26 ta’ Awwissu 2008 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7 dwar ir-rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2008/6)

OJ L 259, 27.9.2008, p. 12–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 17 Volume 002 P. 146 - 148

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2014; Imħassar b' 32013O0024

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2008/758/oj

27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 259/12


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-26 ta’ Awwissu 2008

li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7 dwar ir-rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali

(BĊE/2008/6)

(2008/758/KE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 5.1 u 5.2, l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7 tal-21 ta’ Novembru 2002 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (1),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 14.1 tar-Regoli dwar Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Il-programm ta’ trasmissjoni rivedut taħt is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 1995 (minn hawn ‘il quddiem “ESA 95”) (2) ħeġġeġ l-introduzzjoni ta’ standards ta’ kodifikar iktar effettivi ta’ data statistika. Biex jikkontribwixxu għall-armonizzazzjoni kumplessiva ta’ l-istandards ta’ trasmissjoni ta’ statistika dwar kontijiet finanzjarji madwar l-Unjoni Ewropea, l-istandards ta’ kodifikar imwaqqfa taħt l-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7 għandhom jiġu allineati ma’ l-istandards ta’ kodifikar tal-programm ta’ trasmissjoni ta’ l-ESA 95.

(2)

Skond Artikolu 9 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7, il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt li jemenda teknikament l-annessi tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7, iżda dawn l-emendi la għandhom ibiddlu l-qafas konċettwali sottolineat u lanqas ma għandhom jaffetwaw il-piż tar-rapport.

(3)

L-armonizzazzjoni ta’ l-istandards ta’ kodifikar ipprovduta f’din il-Linja ta’ Gwida hija emenda teknika li la tibdel il-qafas konċettwali sottolineat taħt l-obbligi ta’ rappurtar ta’ data u d-derogi taħthom stabbiliti fl-Annessi I u III tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7 u lanqas taffettwa l-piż tar-rapport.

(4)

Il-Bord Eżekuttiv ikkunsidra l-veduti tal-Kumitat ta’ l-Istatistika,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

Artikolu 1

Tibdil ta’ l-istandards ta’ trasmissjoni u kkodifikar

L-Anness II għall-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal din il-Linja ta’ Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru, 2008.

Artikolu 3

Indirizzati

Din il-Linja ta’ Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri li adottaw il-euro.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 26 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 334, 11.12.2002, p. 24.

(2)  Kif imniżżel fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1).


ANNESS

“ANNESS II

Standards fuq it-Trasmissjoni u l-Kodifikar

Għat-trasmissjoni elettronika ta’ l-informazzjoni statistika kif deskritt fl-Artikolu 2, il-BĊNi għandhom jużaw il-faċilità pprovduta mis-SEBĊ, li hija bbażata fuq in-netwerk tat-telekomunikazzjoni ‘SEBĊ-Net’. Il-format tal-messaġġ żviluppat għal dan l-iskambju ta’ informazzjoni statistika huwa l-format ‘GESMES/TS’. Kull serje temporali hija kkodifikata bl-użu ta’ kontijiet ekonomiċi integrati (IEA) kif jidher hawn isfel.

Familja tal-kodiċi IEA

Numru

Isem

Deskrizzjoni

Lista tal-Kodici

1

Frekwenza

Tindika l-frekwenza tas-serje rapportata

CL_FREQ

2

Żona ta’ referenza

Kodiċi tal-pajjiż ISO b’żewġ ċifri alfanumeriku

CL_AREA_EE

3

Indikatur ta’ aġġustament

Tindika jekk ikunx ġie applikat xi tip ta’ aġġustament għas-serje temporali, bħal aġġustamenti staġjonali u/jew tal-jum ta’ xogħol

CL_ADJUSTMENT

4

Valutazzjoni

Tipprovdi informazzjoni fuq il-valutazzjoni tal-prezz

CL_ESA95TP_PRICE

5

Transazzjoni

Tispeċifika t-tip ta’ kont (jiġifieri l-karti tal-bilanċ, it-transazzjonijiet finanzjarji u flussi oħrajn)

CL_ESA95TP_TRANS

6

Assi

Jindika l-assi finanzjarju jew il-kategorija ta’ dejn

CL_ESA95TP_ASSET

7

Settur

Jidentifika s-settur istituzzjonali ta’ rappurtar

CL_ESA95TP_SECTOR

8

Żona tal-kontroparti

Jidentifika ż-żona ta’ residenza tas-settur tal-kontroparti

CL_AREA_EE

9

Settur tal-kontroparti

Jidentifika s-settur istituzzjonali tal-kontroparti

CL_ESA95TP_SECTOR

10

Debitu/kreditu

Jidentifika (tibdil fl-) assi jew (tibdil fid-) dejn

CL_ESA95TP_DC_AL

11

Konsolidazzjoni

Jindika l-istatus ta’ konsolidazzjoni

CL_ESA95TP_CONS

12

Denominazjoni

Unità ta’ kejl

CL_ESA95TP_DENOM

13

Suffiss

Jidentifika t-tabelli inklużi fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7

CL_ESA95TP_SUFFIX”


Top