EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008HB0002

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 30 ta' April 2008 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/2)

OJ C 114, 9.5.2008, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 114/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-30 ta' April 2008

lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2008/2)

(2008/C 114/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 27.1,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Eurosistema huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat ta' l-awdituri esterni ta' bħalissa tal-BĊE spiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2007. Għalhekk jinħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2008.

(3)

Il-BĊE għażel lil PricewaterhouseCoopers Aktiengesellschaft Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat li PricewaterhouseCoopers Aktiengesellschaft Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-30 ta' April 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


Top