EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0030

Deċiżjoni (UE) 2019/46 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-pretensjonijiet tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranija ittrasferiti u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/26 (BĊE/2018/30)

OJ L 9, 11.1.2019, p. 190–193 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/01/2020; Imħassar b' 32020D0140

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/46/oj

11.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/190


DEĊIŻJONI (UE) 2019/46 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta' Novembru 2018

li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-pretensjonijiet tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranija ittrasferiti u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/26 (BĊE/2018/30)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/27) (1) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (iktar 'il quddiem l-“iskema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) u tistabbilixxi, b'effett mill-1 ta' Jannar 2019, il-ponderazzjonijiet ġodda assenjati lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema tal-kapital aġġustata (iktar 'il quddiem il-“ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital”).

(2)

L-aġġustamenti għall-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital u l-bidliet li jirriżultaw fl-ishma tal-BĊNi fil-kapital sottoskritt tal-BĊE joħolqu l-ħtieġa li jiġu aġġustati l-pretensjonijiet li l-BĊE ikkredita taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem “il-BĊNi taż-żona tal-euro”) u li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet skont il-BĊNi taż-żona tal-euro ta' assi ta' riżerva barranija lill-BĊE (iktar 'il quddiem “il-pretensjonijiet”). Dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-pretensjonijiet tagħhom jiżdiedu minħabba żieda fil-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital mill-1 ta' Jannar 2019 għandhom għalhekk jagħmlu trasferiment kumpensatorju lill-BĊE, filwaqt li l-BĊE għandu jagħmel trasferiment kumpensatorju lil dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-pretensjonijiet tagħhom jonqsu minħabba tnaqqis fil-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital tagħhom.

(3)

Skont il-prinċipji ġenerali tal-ġustizzja, tat-trattament indaqs u tal-protezzjoni tal-aspettativi leġittimi sottostanti għall-Istatut tas-SEBĊ, dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li s-sehem relattiv tagħhom fil-valur akkumulat tal-ekwità tal-BĊE jiżdied minħabba l-aġġustamenti msemmija hawn fuq għandhom ukoll jagħmlu trasferiment kumpensatorju lil dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-ishma relattivi tagħhom jonqsu.

(4)

Il-ponderazzjonijiet rispettivi tal-iskema tal-kapital ta' kull BĊN taż-żona tal-euro sal-31 ta' Diċembru 2018 u b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 għandhom ikunu espressi bħala perċentwal tal-kapital totali tal-BĊE kif sottoskritt mill-BĊNi kollha taż-żona tal-euro għall-fini tal-kalkolu tal-aġġustament tal-valur ta' kull sehem tal-BĊNi taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità tal-BĊE.

(5)

Bl-istess mod, hija meħtieġa l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/26 (2),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(a)

“valur akkumulat tal-ekwità” tfisser it-total tar-riżervi, kontijiet ta' rivalutazzjoni u provvisti tal-BĊE ekwivalenti għal riżervi kif ikkalkulat mill-BĊE fil-31 ta' Diċembru 2018. Ir-riżervi tal-BĊE u dawk il-provvisti ekwivalenti għal riżervi jinkludu, mingħajr limitazzjoni għall-ġeneralità tal-valur akkumulat tal-ekwità, il-fond ta' riżerva ġenerali u l-provvista għar-rata ta' kambju barrani, rata ta' imgħax, riskji tal-kreditu u riskji tal-prezz tad-deheb;

(b)

“data tat-trasferiment” tfisser it-tieni jum ta' negozju wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2018.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE

1.   Jekk is-sehem ta' xi BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità jiżdied minħabba ż-żieda fil-ponderazzjoni tiegħu fl-iskema tal-kapital b'effett mill-1 ta' Jannar 2019, dak il-BĊN taż-żona tal-euro jittrasferixxi l-ammont iddeterminat skont il-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.

2.   Jekk is-sehem ta' BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità jonqos minħabba t-tnaqqis fil-ponderazzjoni tiegħu fl-iskema tal-kapital b'effett mill-1 ta' Jannar 2019, dak il-BĊN taż-żona tal-euro jirċievi l-ammont iddeterminat skont il-paragrafu 3 mingħand il-BĊE fid-data tat-trasferiment.

3.   Fil-jum jew qabel il-jum li fih il-Kunsill Governattiv japprova l-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2018, il-BĊE jikkalkula u jikkonferma lil kull BĊN taż-żona tal-euro jew l-ammont li għandu jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro lill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 1, jew l-ammont li dak il-BĊN taż-żona tal-euro jirċievi mill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 2. Mingħajr ħsara għat-tqarrib, kull ammont li jrid jiġi ttrasferit jew riċevut jiġi kkalkolat permezz tal-multiplikazzjoni tal-valur akkumulat tal-ekwità bid-differenza assoluta bejn il-ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital ta' kull BĊN taż-żona tal-euro fil-31 ta' Diċembru 2018 u l-ponderazzjoni tiegħu fl-iskema tal-kapital b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 bid-diviżjoni tar-riżultat b'100.

4.   Kull ammont deskritt fil-paragrafu 3 għandu jkun dovut f'euro fl-1 ta' Jannar 2019 iżda għandu jiġi ttrasferit b'mod effettiv fid-data tat-trasferiment.

5.   Fid-data tat-trasferiment, kull BĊN taż-żona tal-euro jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi ammont skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandu jittrasferixxi wkoll b'mod separat kull imgħax li jiddekorri matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2019 sad-data tat-trasferiment fuq kull wieħed mill-ammonti rispettivi dovuti minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro u mill-BĊE. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.

6.   Jekk il-valur akkumulat tal-ekwità jkun ta' anqas minn żero, għandu jsir saldu tal-ammonti li jkollhom jiġu ttrasferiti jew riċevuti skont il-paragrafu 3 u l-paragrafu 5 fid-direzzjonijietopposti għal dawk speċifikati fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 5.

Artikolu 3

Aġġustament tal-pretensjonijiet ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranija ttrasferiti

1.   Il-pretensjonijiet tal-BĊN taż-żona tal-euro għandhom jiġu aġġustati b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 skont il-ponderazzjonijiet aġġustati tagħhom fl-iskema tal-kapital. Il-valur tal-pretensjonijiet tal-BĊN taż-żona tal-euro b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 qed jintwera fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.   Kull BĊN taż-żona tal-euro, bis-saħħa ta' din id-dispozizzjoni u mingħajr il-ħtieġa ta' xi formalità jew att ieħor, jitqies li fl-1 ta' Jannar 2019 ikun ittrasferixxa jew irċieva il-valur assolut tal-klejm f'euro imnizzel ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness għal din id-Deċizjoni, fejn “–” għandha tirreferi għal klejm li l-BĊN taż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “+” għal klejm li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN taż-żona tal-euro.

3.   Fl-ewwel jum ta' negozju tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) wara l-1 ta' Jannar 2019, kull BĊN taż-żona tal-euro jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut tal-ammont f'euro mniżżel ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, fejn “+” jirreferi għal ammont li l-BĊN taż-żona tal-euro jittrasferixxi lill-BĊE u “–” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN taż-żona tal-euro.

4.   Fl-ewwel jum ta' negozju tat-TARGET2 wara l-1 ta' Jannar 2019, BĊN taż-żona tal-euro jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi ammont skont il-paragrafu 3 għandu jittrasferixxi wkoll b'mod separat kull imgħax li jiddekorri fuq l-ammont rispettiv dovut minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro jew mill-BĊE matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2019 sad-data ta' dak it-trasferiment. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   L-imgħax li jiddekorri skont l-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 3(4) jiġi kkalkulat ta' kuljum, billi jintuża l-metodu ta' kalkolu attwali fuq 360 jum, b'rata ekwivalenti għall-aħħar rata ta' imgħax marġinali disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin.

2.   Kull trasferiment bis-saħħa tal-Artikolu 2(1), (2) u (5), l-Artikolu 3(3) u (4) iseħħ separatament permezz tat-TARGET2.

3.   Il-BĊE u l-BĊN taż-żona tal-euro li huma obbligati li jwettqu xi wieħed mit-trasferimenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom, fiż-żmien dovut, jagħtu l-istruzzjonijiet neċessarji sabiex dawn it-trasferimenti jitwettqu fil-ħin u kif għandu jkun.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2019.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/26 hija rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2019.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2013/26 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta' Novembru 2018.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/28 (BĊE/2018/27) (ara paġna 178 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni BĊE/2013/26 tad-29 ta' Awwissu 2013 li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranija ittrasferiti (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 47).


ANNESS

PRETENSJONIJIET EKWIVALENTI GĦALL-ASSI TA' RIZERVA BARRANIJA TTRASFERITI LILL-BĊE

BĊN taż-żona tal-euro

Pretensjoni ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE, fil-31 ta' Diċembru 2018

(EUR)

Pretensjoni ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE, b'effett mill-1 ta' Jannar 2019

(EUR)

Ammont tat-trasferiment

(EUR)

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

1 435 910 942,87

1 465 002 366,44

29 091 423,57

Deutsche Bundesbank

10 429 623 057,57

10 643 868 063,45

214 245 005,88

Eesti Pank

111 729 610,86

114 047 652,58

2 318 041,72

Central Bank of Ireland

672 637 755,83

681 156 559,14

8 518 803,31

Bank of Greece

1 178 260 605,79

1 002 089 435,15

– 176 171 170,64

Banco de España

5 123 393 758,49

4 832 595 424,83

– 290 798 333,66

Banque de France

8 216 994 285,69

8 232 583 116,25

15 588 830,56

Banca d'Italia

7 134 236 998,72

6 839 555 945,19

– 294 681 053,53

Central Bank of Cyprus

87 679 928,02

87 100 417,59

– 579 510,43

Latvijas Banka

163 479 892,24

158 264 298,37

– 5 215 593,87

Lietuvos bankas

239 453 709,58

235 223 283,44

–4 230 426,14

Banque centrale du Lussemburgu

117 640 617,24

131 548 867,56

13 908 250,32

Bank Ċentrali ta' Malta

37 552 275,85

42 420 163,46

4 867 887,61

De Nederlandsche Bank

2 320 070 005,55

2 357 274 575,15

37 204 569,60

Oesterreichische Nationalbank

1 137 636 924,67

1 177 854 948,49

40 218 023,82

Banco de Portugal

1 010 318 483,25

948 484 720,39

– 61 833 762,86

Banka Slovenije

200 220 853,48

194 773 455,44

– 5 447 398,04

Národná banka Slovenska

447 671 806,99

463 840 147,98

16 168 340,99

Suomen Pankki

728 096 903,95

736 441 854,14

8 344 950,19

Total:  (1)

40 792 608 416,64

40 344 125 295,04

– 448 483 121,60


(1)  Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


Top