EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0026(01)

2014/28/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Awwissu 2013 li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta’ rizerva barranija ittrasferiti (BĊE/2013/26)

OJ L 16, 21.1.2014, p. 47–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018; Imħassar b' 32018D0030

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/28(3)/oj

21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/47


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Awwissu 2013

li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta’ rizerva barranija ittrasferiti

(BĊE/2013/26)

(2014/28/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/28 tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar il-persentaġġ ta’ ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn hawn ‘il quddiem “skema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, (minn hawn ‘il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) u tistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, il-ponderazzjoni ġdida assenjata lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema tal-kapital aġġustata (minn hawn ‘il quddiem “il-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital”).

(2)

L-aġġustamenti għall-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital u l-bidliet li jirriżultaw fl-ishma tal-BĊNi fil-kapital sottoskritt tal-BĊE jagħmlu neċessarju li jiġu aġġustati l-klejms li l-BĊE jkun ikkredita skont l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem il-“BĊNi taż-żona tal-euro”) u li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet ta’ assi ta’ riżerva barranja minn BĊNi taż-żona tal-euro lill-BĊE (minn hawn ‘il quddiem il-“klejms”). Dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-klejms tagħhom jiżdiedu minħabba iż-żieda fil-ponderazzjoni tagħhom fl-iskema tal-kapital mill-1 ta’ Jannar 2014 għandhom għaldaqstant iwettqu trasferiment ta’ kumpens lill-BĊE, filwaqt li l-BĊE għandu jwettaq trasferiment ta’ kumpens lil dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-klejms tagħhom jonqsu minħabba tnaqqis fil-ponderazzjoni tagħhom fl-iskema tal-kapital.

(3)

Skont il-prinċipji ġenerali tal-ġust, tat-trattament ugwali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi li huma l-bażi tal-Istatut, dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li s-sehem relattiv tagħhom fil-valur akkumulat tal-ekwità tal-BĊE jiżdied minħabba l-aġġustamenti msemmija aktar ‘il fuq għandhom ukoll iwettqu trasferiment ta’ kumpens lil dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li jonqsulhom l-ishma relattivi tagħhom.

(4)

Il-ponderazzjoni rispettiva ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro fl-iskema tal-kapital sal-31 ta’ Diċembru 2013 u b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 għandha tiġi espressa bħala persentaġġ tal-kapital totali tal-BĊE kif sottoskritt mill-BĊNi kollha traż-żona tal-euro bl-iskop li jiġi kkalkulat l-aġġustament tal-valur tas-sehem ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità tal-BĊE.

(5)

Bl-istess mod, hija meħtieġa l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/15 tal-21 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-BĊE u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta’ rizerva barranija ttrasferiti (2), mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti kollha fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/15.

(6)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (3), skont l-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lilha taħt l-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (4) ser tiġi rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014,

AdoTtA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

“valur akkumulat tal-ekwità” tfisser it-total tar-riżervi, kontijiet ta’ rivalutazzjoni u provvisti tal-BĊE ekwivalenti għal riżervi kif ikkalkulat mill-BĊE fil-31 ta’ Diċembru 2013. Ir-riżervi u dawk il-provvisti ekwivalenti għal riżervi jinkludu, mingħajr limitazzjoni għall-ġeneralità tal-“valur akkumulat tal-ekwità”, il-fond ta’ rierva ġenerali u l-provvista għar-rata ta’ kambju barrani, rata ta’ imgħax, riskji tal-kreditu u riskji tal-prezz tad-deheb;

(b)

“data tat-trasferiment” tfisser it-tieni jum ta’ negozju wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2013.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni għar-rizervi u l-provvisti tal-BĊE

1.   Jekk is-sehem ta’ xi BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità jiżdied minħabba ż-żieda fil-ponderazzjoni tiegħu fl-iskema tal-kapital b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, dak il-BĊN taż-żona tal-euro jittrasferixxi l-ammont iddeterminat skont il-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.

2.   Jekk is-sehem ta’ BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità jonqos minħabba t-tnaqqis fil-ponderazzjoni tiegħu fl-iskema tal-kapital b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, dak il-BĊN taż-żona tal-euro jirċievi l-ammont iddeterminat skont il-paragrafu 3 mingħand il-BĊE fid-data tat-trasferiment.

3.   Fil-jum jew qabel il-jum li fih il-Kunsill Governattiv japprova l-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2013, il-BĊE jikkalkula u jikkonferma lil kul BĊN ta-ona tal-euro jew l-ammont li għandu jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro lill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 1, jew l-ammont li dak il-BĊN taż-żona tal-euro jirċievi mill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 2. Mingħajr ħsara għat-tqarrib, kull ammont li jrid jiġi ttrasferit jew riċevut jiġi kkalkolat permezz tal-multiplikazzjoni tal-valur akkumulat tal-ekwità bid-differenza assoluta bejn il-ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro fil-31 ta’ Diċembru 2013 u l-ponderazzjoni tiegħu fl-iskema tal-kapital b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 bid-diviżjoni tar-riżultat b’100.

4.   Kull ammont deskritt fil-paragrafu 3 għandu jkun dovut f’euro fl-1 ta’ Jannar 2014 iżda għandu jiġi ttrasferit b’mod effettiv fid-data tat-trasferiment.

5.   Fid-data tat-trasferiment, kull BĊN taż-żona tal-euro jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi ammont skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandu jittrasferixxi wkoll b’mod separat kull imgħax li jiddekorri matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sad-data tat-trasferiment fuq kull wieħed mill-ammonti rispettivi dovuti minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro u mill-BĊE. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.

6.   Jekk il-valur akkumulat tal-ekwità jkun ta’ anqas minn żero, għandu jsir saldu tal-ammonti li jkollhom jiġu ttrasferiti jew riċevuti skont il-paragrafu 3 u l-paragrafu 5 fid-direzzjonijiet opposti għal dawk speċifikati fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 5.

Artikolu 3

Aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti

1.   Billi l-aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti għal-Latvijas Bankas ser ikunu rregolati minn deċiżjoni separata tal-Kunsill Governattiv dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżerva barranija u kontribuzzjonijiet minn Latvijas Banka lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew, dan l-Artikolu jirregola l-aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti mill-BĊNi l-oħra taż-żona tal-euro.

2.   Il-klejms tal-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jiġu aġġustati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 skont il-ponderazzjonijiet aġġustati tagħhom fl-iskema tal-kapital. Il-valur tal-klejms tal-BĊNi taż-żona tal-euro b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 qed jintwera fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   Kull BĊN taż-żona tal-euro, bis-saħħa ta’ din id-dispozizzjoni u mingħajr il-ħtieġa ta’ xi formalità' jew att ieħor, jitqies li fl-1 ta’ Jannar 2014 ikun ittrasferixxa jew irċieva il-valur assolut tal-klejm (f’euro) imnizzel ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness ta’ din id-Deċizjoni, fejn “-” għandha tirreferi għal klejm li l-BĊN taż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “+” għal klejm li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN taż-żona tal-euro.

4.   Fl-ewwel jum ta’ negozju tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) wara l-1 ta’ Jannar 2014, kull BĊN taż-żona tal-euro jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut tal-ammont (f’euro) imniżżel ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” jirreferi għal ammont li l-BĊN taż-żona tal-euro jittrasferixxi lill-BĊE u “-” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN taż-żona tal-euro.

5.   Fl-ewwel jum ta’ negozju tat-TARGET2 wara l-1 ta’ Jannar 2014, kull BĊN taż-żona tal-euro jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi ammont skont il-paragrafu 4 jew il-paragrafu 2 għandu jittrasferixxi wkoll b’mod separat kull imgħax li jiddekorri fuq l-ammont rispettiv dovut minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro jew mill-BĊE matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sad-data ta’ dan it-trasferiment. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   L-imgħax li jiddekorri skont l-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 3(5) jiġi kkalkulat ta’ kuljum, billi jintuża l-metodu ta’ kalkolazzjoni actual over-360-day, b’rata ekwivalenti għall-aħħar rata ta’ imgħax marġinali disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin.

2.   Kull trasferiment bis-saħħa tal-Artikolu 2(1), (2) u (5), l-Artikolu 3(4) u (5) iseħħ separatament permezz tat-TARGET2.

3.   Il-BĊE u l-BĊNi taż-żona tal-euro li huma obbligati li jwettqu xi wieħed mit-trasferimenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom, fiż-żmien dovut, jagħtu l-istruzzjonijiet neċessarji sabiex dawn it-trasferimenti jitwettqu fil-ħin u kif għandu jkun.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/15 hija revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Madankollu, ir-revoka hija mingħajr ħsara għall-implimentazzjoni tar-rekwiiti kollha fl-Artikolu 4 tad-Deċijoni BĊE/2013/15.

3.   Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2013/15 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Awwissu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 187, 6.7.2013, p. 9.

(3)  ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24.

(4)  Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir- Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).


ANNESS

KLEJMS EKWIVALENTI GĦALL-ASSI TA’ RIZERVA BARRANIJA TTRASFERITI LILL-BĊE

(f’EUR)

BĊN taż-żona tal-euro

Klejm ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE, fit-31 ta’ Diċembru 2013

Klejm ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE, mill-1 ta’ Jannar 2014

Ammont tat-trasferiment

Nationale Bank van België/Banque nationale de Belgique

1 401 024 414,99

1 435 910 942,87

34 886 527,88

Deutsche Bundesbank

10 871 789 515,48

10 429 623 057,57

– 442 166 457,91

Eesti Pank

103 152 856,50

111 729 610,86

8 576 754,36

Central Bank of Ireland

643 894 038,51

672 637 755,83

28 743 717,32

Bank of Greece

1 129 060 170,31

1 178 260 605,79

49 200 435,48

Banco de España

4 782 873 429,96

5 123 393 758,49

340 520 328,53

Banque de France

8 190 916 316,35

8 216 994 285,69

26 077 969,34

Banca d’Italia

7 218 961 423,55

7 134 236 998,72

–84 724 424,83

Central Bank of Cyprus

77 248 740,29

87 679 928,02

10 431 187,73

Latvijas Banka

0,00

163 479 892,24  (1)

163 479 892,24

Banque centrale du Lussemburgu

100 776 863,74

117 640 617,24

16 863 753,50

Bank Ċentrali ta’ Malta

36 798 912,29

37 552 275,85

753 363,56

De Nederlandsche Bank

2 298 512 217,57

2 320 070 005,55

21 557 787,98

Oesterreichische Nationalbank

1 122 511 702,45

1 137 636 924,67

15 125 222,22

Banco de Portugal

1 022 024 593,93

1 010 318 483,25

–11 706 110,68

Banka Slovenije

189 499 910,53

200 220 853,48

10 720 942,95

Národná banka Slovenska

398 761 126,72

447 671 806,99

48 910 680,27

Suomen Pankki

721 838 191,31

728 096 903,95

6 258 712,64

Total (2)

40 309 644 424,48

40 553 154 707,06

243 510 282,58


(1)  Irid jiġi ttrasferit b’effett mid-dati stipulati fid-Deċiżjoni BĊE/2013/53 tal-31 ta’ Diċembru 2013 dwar il-ħlas fil-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżerva barranija u kontribuzzjonijiet mil-Latvijas Banka lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(2)  Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


Top