EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007AB0035

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l- 14 ta' Novembru 2007 fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea (CON/2007/35)

OJ C 291, 5.12.2007, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 291/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

ta' l-14 ta' Novembru 2007

fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea

(CON/2007/35)

(2007/C 291/01)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-8 ta' Novembru 2007, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea (1) (minn issa 'l quddiem “ir-regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita` Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta' Proċedura tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

1.1

Il-BĊE jilqa' r-regolament propost billi jirrikonoxxi l-eżistenza ta' żewġ reġimi paralleli u kumplimentari għall-produzzjoni ta' statistika Ewropea u fl-istess ħin jirrikonoxxi l-indipendenza tas-SEBĊ fis-segwitu tal-funzjonijiet statistiċi tagħha (recitals 7 u 8). Il-BĊE jilqa' wkoll ir-referenza, fir-recital 9, għar-rwol konsultattiv importanti mwettaq mill-Kumitat dwar l-istatistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-ħlasijiet (CMFB).

1.2

Il-BĊE jinnota wkoll b'sodisfazzjon li r-regolament propost jirrikonoxxi l-bżonn għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-ESS u s-SEBĊ fl-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' statistika Ewropea prodotta miż-żewġ sistemi (l-Artikolu 8). F'dan ir-rigward, il-BĊE jinnota li l-obbligu fuq l-ESS u s-SEBĊ biex jikkooperaw mill-qrib, kif indikat fir-recital 6 tar-regolament propost, se jopera ġewwa l-qafas tal-liġi primarja li japplika għas-SEBĊ skond it-Trattat. B'mod partikolari l-Artikolu 5 ta' l-Istatut tas-SEBĊ jistabbilixxi li, sabiex iwettaq il-ħidmiet tas-SEBĊ, il-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali, jiġbor l-informazzjoni statistika meħtieġa jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mill-aġenti ekonomiċi, u li għal dawn il-finijiet huwa jikkoopera ma' l-istituzzjonijiet jew mal-korpi tal-Komunita` u ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.

1.3

Barra minn dan, il-BĊE jilqa' li l-Artikolu 20(3) tar-regolament propost jindirizza l-kwistjoni ta' l-iskambju tad-data kunfidenzjali, għal finijiet ta' statistika biss, bejn l-ESS u s-SEBĊ. Huwa aċċettat sew li jinħtieġ dejjem aktar skambju mtejjeb ta' informazzjoni kunfidenzjali bejn l-ESS u s-SEBĊ biex jiżgura l-kwalita` u l-konsistenza ta' l-istatistika Ewropea, filwaqt li jnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti. Dan jista' jsir billi l-istess data tintalab darba biss, u din tiġi mqassma ma' l-awtoritajiet statistiċi li għandhom bżonnha filwaqt li jinżammu dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalita` stretta. Madankollu, il-BĊE huwa tal-fehma li, bil-kuntrarju ta' dak li hemm stabbilit bħalissa fl-Artikolu 20(3), dan l-iskambju m'għandux jiddependi fuq il-promulgazzjoni ta' atti legali settorali oħra, li jkollhom jawtorizzaw b'mod ċar dawn l-iskambji ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali. Sabiex jiġi żgurat skambju effiċjenti w effettiv ta' l-informazzjoni statistika meħieġa, il-qafas legali għandu jara minn qabel li din it-trasmissjoni tista' ssir bil-kundizzjoni li hija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew it-tixrid effiċjenti ta' l-istatistika Ewropea, wara l-eżempju ta' l-Artikolu 20(1) tar-regolament propost li jirregola l-iskambju ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali ġewwa l-ESS.

1.4

Il-BĊE jisħaq li huwa importanti li jakkwista aċċess legali sħiħ għad-data kollha eżistenti meħtieġa sabiex jitnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti. Dan huwa msemmi wkoll fl-Artikolu 23 (Aċċess għar-reġistri amministrattivi) tar-regolament propost. Madankollu, il-BĊE jissuġġerixxi li l-qafas legali għandu bżonn jistabbilixxi d-determinazzjoni ta' arranġamenti prattiċi u “modalitajiet” biex ikun hemm aċċess effettiv, aktar milli “limiti u kundizzjonijiet”, billi dan jissuġġerixxi restrizzjoni bla bżonn ta' dak l-aċċess.

1.5

L-Artikolu 253 tat-Trattat jistabbilixxi li regolamenti adottati konġuntament mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirreferu għal kull opinjoni li ntalbu li jiġu akkwistati skond it-Trattat. Il-BĊE għalhekk jissuġġerixxi li r-recitals għar-regolament propost iqisu din l-opinjoni tal-BĊE.

2.   Proposti t'abbozzar

Fejn il-parir tal-BĊE iwassal għal tibdiliet fir-regolament propost, il-proposti ta' abbozzar huma stabbiliti fl-Anness.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fl-14 ta' Novembru 2007.

Il-Viċi President tal-BĊE

Lucas D. PAPADEMOS


(1)  COM(2007) 625.


ANNESS

PROPOSTI T'ABBOZZAR

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE  (1)

Emenda 1

Artikolu 20 — Trasmissjoni tad-data kunfidenzjali

Artikolu 20 — Trasmissjoni tad-data kunfidenzjali

1.

It-trasmissjoni bejn u bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni (Eurostat), ta' data kunfidenzjali tista' sseħħ bil-kundizzjoni li din it-trasmissjoni tinħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistika Ewropea. Kull trasmissjoni oħra għandha tkun awtorizzata b'mod ċar mill-awtorita` nazzjonali li tkun ġabret id-data.

1.

It-trasmissjoni bejn u bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni (Eurostat), ta' data kunfidenzjali tista' sseħħ bil-kundizzjoni li din it-trasmissjoni tinħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistika Ewropea. Kull trasmissjoni oħra għandha tkun awtorizzata b'mod ċar mill-awtorita` nazzjonali li tkun ġabret id-data.

2.

Ir-regoli nazzjonali dwar il-kunfidenzjalita` statistika ma jistgħux jiġu invokati biex iżommu milli sseħħ it-trasmissjoni ta' data kunfidenzjali fejn att tal-liġi tal-Komunita` jistabbilixxi t-trasmissjoni ta' dik id-data.

3. 2.

L-iskambju ta' data kunfidenzjali għall-finijiet ta' statistika bejn il- It-trasmissjoni minn awtorita` statistika ta' l-ESS lil u l- bank ċentrali tas-SEBĊ ta' data kunfidenzjali tista' sseħħfejn jintqies bil-kundizzjoni li din it-trasmissjoni tinħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni u jew it-tixrid effiċjenti ta' l-istatistika Ewropea jew tas-SEBĊ msemmija fl-Artikolu 285 tat-Trattat u l-Artikolu 5 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE u jekk stabbilita b'mod ċar fil-liġi tal-Komunita`.

3.

L-iskambju ta' data kunfidenzjali għall-finijiet ta' statistika bejn l-ESS u s-SEBĊ jista' jsir meta jitqies meħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistika Ewropea jew tas-SEBĊ u jekk stabbilit b'mod ċar fil-liġi tal-Komunita`.

2. 3.

Ir-regoli nazzjonali dwar il-kunfidenzjalita` statistika ma jistgħux jiġu invokati biex iżommu milli sseħħ it-trasmissjoni ta' data kunfidenzjali skond il-paragrafi 1 u 2, fejn att tal-liġi tal-Komunita` jistabbilixxi t-trasmissjoni ta' dik id-data.

4.

Il-miżuri ta' protezzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għad-data kunfidenzjali kollha trasmessa ġewwa l-ESS u bejn l-ESS u s-SEBĊ.

4.

Jekk id-data kunfidenzjali hija trasmessa minn bank ċentrali tas-SEBĊ lil awtorita` statistika ta' l-ESS skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' l-informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (2), din id-data għandha tintuża esklussivament għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew it-tixrid ta' l-istatistika Ewropea msemmija fl-Artikolu 285 tat-Trattat u l-Artikolu 5 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE.

5.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrfu 2, kull trasmissjoni oħra ta' data kunfidenzjali barra l-ESS għandha tkun awtorizzata b'mod ċar mill-awtorita` nazzjonali li tkun ġabret id-data.

4. 6.

Il-miżuri ta' protezzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għad- kunfidenzjali kollha trasmessa ġewwa l-ESS u bejn l-awtoritajiet statistiċi ta' l-ESS u l-Banek Ċentrali tas-SEBĊ.

Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 1.3 ta' l-opinjoni

Emenda 2

Artikolu 23 — Aċċess għar-reġistri amministrattivi

Sabiex jitnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummisjoni (Eurostat) għandu jkollhom aċċess għas-sorsi tad-data amministrattiva, kull wieħed u waħda minnhom fl-oqsma t'attivita` ta' l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom, sakemm din id-data hija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistika Ewropea.

L-arranġamenti prattiċi u l-limiti u l-kundizzjonijiet biex ikun hemm aċċess effettiv għandhom ikunu ddeterminati meta meħtieġ minn kull Stat Membru u l-Kummissjoni fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom.

Artikolu 23 — Aċċess għar-reġistri amministrattivi

Sabiex jitnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummisjoni (Eurostat) għandu jkollhom aċċess għas-sorsi tad-data amministrattiva, kull wieħed u waħda minnhom fl-oqsma t'attivita` ta' l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom, sakemm din id-data hija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistika Ewropea.

L-arranġamenti prattiċi u l-modalitajiet l-limiti u l-kundizzjonijiet biex ikun hemm aċċess effettiv għandhom ikunu ddeterminati meta meħtieġ minn kull Stat Membru u l-Kummissjoni fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom

Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 1.4 ta' l-opinjoni

Emenda 3

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta r-Regolatur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkonsulta r-Regolatur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 1.5 ta' l-opinjoni


(1)  It-tipa skura fil-qalba tat-test tindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ittri ngassati fil-qalba tat-test jindikaw fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid.

(2)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.


Top