EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0028(01)

2009/58/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (BĊE/2008/28)

OJ L 21, 24.1.2009, p. 81–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 003 P. 183 - 184

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/12/2010; Imħassar b' 32010D0028(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/58(1)/oj

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 21/81


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta’ Diċembru 2008

li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti

(BĊE/2008/28)

(2009/58/KE)

IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), b’mod partikolari l-Artikolu 48,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2006/26 tat-18 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (1), iddeterminat il-persentaġġ tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-ewro fl-1 ta’ Jannar 2007 kellhom obbligazzjoni li jħallsu fl-1 ta’ Jannar 2007 bħala kontribuzzjoni ta’ l-ispejjeż operattivi tal-BĊE.

(2)

Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tipprovdi għall-aġġustament ta’ l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa ‘l quddiem “l-iskema kapitali”) skond l-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ, u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-ippeżar il-ġdid assenjat lil kull BĊN fl-iskema aġġustata għas-sottoskrizzjoni tal-kapital (minn issa ‘l quddiem l-“ippeżar ta’ l-iskema kapitali”).

(3)

Il-kapital sottoskritt tal-BĊE huwa ta’ EUR 5 760 652 402,58.

(4)

L-iskema kapitali aġġustata teħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2006/26 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, u li tiddetermina l-persentaġġ tal-kapital sottoskritt tal-BĊE li l-BĊNi ta’ l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-ewro sa l-1 ta’ Jannar 2009, (minn issa ‘l quddiem “il-BĊNi mhux parteċipanti”) għandhom obbligazzjoni jħallsu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Daqs u forma ta’ kapital imħallas

Kull BĊN mhux parteċipanti għandu jħallas 7 % tas-sottoskrizzjoni tiegħu għall-kapital tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009. Wara li jitqies l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali deskritt fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/23, kull BĊN mhux parteċipanti għandu jħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

BĊN mhux parteċipanti

(EUR)

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

3 502 591,87

Česká národní banka

5 835 771,31

Danmarks Nationalbank

5 982 149,49

Eesti Pank

721 809,75

Latvijas Banka

1 144 007,96

Lietuvos bankas

1 716 213,56

Magyar Nemzeti Bank

5 587 371,98

Narodowy Bank Polski

19 740 488,44

Banca Națională a României

9 937 989,49

Sveriges Riksbank

9 106 093,68

Bank of England

58 539 980,14

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Minħabba li kull BĊN mhux parteċipanti diġa' ħallas 7 % tas-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2008, skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/26, kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, sabiex jaslu għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1.

2.   It-trasferimenti kollha skond dan l-Artikolu għandhom isiru skond id-Deċiżjoni BĊE/2008/25 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ l-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (3).

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2006/26 qed tiġi hawnhekk abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2006/26 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi magħmulin għal din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 15 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 24, 31.1.2007, p. 15.

(2)  Ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Ara paġna 71 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Top