EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0026(01)
2009/56/EC: Decision of the European Central Bank of 12 December 2008 amending Decision ECB/2001/15 on the issue of euro banknotes (ECB/2008/26)
2009/56/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 12 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15, dwar il-ħruġ ta’ karti ta’ flus ewro (BĊE/2008/26)
2009/56/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 12 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15, dwar il-ħruġ ta’ karti ta’ flus ewro (BĊE/2008/26)
OJ L 21, 24.1.2009, p. 75–76
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010; Imħassar b' 32010D0029(01)
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/75 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta’ Diċembru 2008
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15, dwar il-ħruġ ta’ karti ta’ flus ewro
(BĊE/2008/26)
(2009/56/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunita' Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 106(1),
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), b’mod partikolari l-Artikolu 16,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament ta’ l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa ‘l quddiem “l-iskema kapitali”) skond l-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ, u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-ippeżar il-ġdid assenjat lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema kapitali aġġustata (minn issa ‘l quddiem “l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali”). |
(2) |
Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008, skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakja tal-valuta waħda fl-1 ta’ Jannar 2009 (2), is-Slovakja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-ewro, u d-derogi mogħtija lilha skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni 2003 (3) huma abrogati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009. |
(3) |
L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus ewro (4) jiddefinixxi ‘l- iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus’ u jirreferi għall-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2008. Minħabba li l-ippeżar ġdid ta’ l-iskema kapitali se japplika mill-1 ta’ Jannar 2009, u minħabba li s-Slovakja se tadotta l-ewro fl-1 ta’ Jannar 2009, id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 għandha tiġi emendata sabiex tiġi ddeterminata l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Emenda tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15
Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 hija emendata kif ġej:
(1) |
Is-sentenza finali ta’ l-Artikolu 1(d) hija sostitwita b’li ġej: “L-Anness ma’ din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.” |
(2) |
L-Anness mad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 12 ta’ Diċembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) Ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.
(3) Att li jitratta l-kundizzjonijiet tas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
(4) ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52.
ANNESS
SKEMA TA’ ALLOKAZZJONI TA’ KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ JANNAR 2009
Bank Ċentrali Ewropew |
8,0000 % |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
3,1975 % |
Deutsche Bundesbank |
24,9630 % |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
1,4640 % |
Bank of Greece |
2,5900 % |
Banco de España |
10,9465 % |
Banque de France |
18,7465 % |
Banca d’Italia |
16,4730 % |
Central Bank of Cyprus |
0,1805 % |
Banque centrale du Lussemburgu |
0,2305 % |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
0,0835 % |
De Nederlandsche Bank |
5,2575 % |
Oesterreichische Nationalbank |
2,5595 % |
Banco de Portugal |
2,3075 % |
Banka Slovenije |
0,4335 % |
Národná banka Slovenska |
0,9140 % |
Suomen Pankki |
1,6530 % |
Total |
100,0000 % |