EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0023(01)

2009/53/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/23)

OJ L 21, 24.1.2009, p. 66–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 003 P. 170 - 172

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2013; Imħassar b' 32013D0017(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/53(1)/oj

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 21/66


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta’ Diċembru 2008

dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2008/23)

(2009/53/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem l-Istatut tas-SEBĊ), b’mod partikolari l-Artikolu 29.4 u l-Artikolu 49.3,

Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skond ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 47.2 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta’ Diċembru 2006, dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) stabbilixxiet b’ effett mill-1 ta’ Jannar 2007, l-ippeżar assenjat lil dawk il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li kienu membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta’ Jannar 2007, fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa ‘l quddiem l-“ippeżar ta’ l-iskema kapitali” u l-“iskema kapitali” rispettivament).

(2)

L-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ jeħtieġ l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali biex jiġi aġġustat kull ħames snin wara l-istabbilment tas-SEBĊ b’analoġija mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29.1 ta’ l-Istatut. L-iskema kapitali aġġustata tapplika b’effett mill-ewwel jum tas-sena wara s-sena li fiha jseħħ l-aġġustament.

(3)

L-aħħar aġġustament ta’ l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali skond l-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ sar fl-2003 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2004 (2). It-tkabbir sussegwenti ta’ l-iskema kapitali tal-BĊE sar skond l-Artikolu 49.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea (3).

(4)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar id-data statistika biex tintuża għall-aġġustament ta’ l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (4), il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet lill-BĊE b’data statistika biex tintuża fid-determinazzjoni ta’ l-iskema kapitali aġġustata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Tqarrib

Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi data statistika rriveduta biex tinutża fl-aġġustar ta’ l-iskema kapitali u t-total tal-figuri ma jlaħħaqx 100 %, id-differenza għandha tkun ikkumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun anqas minn 100 %, billi jiżdied 0,0001 ta’ punt peċentwali ma’ l-iżgħar sehem (ishma) f’ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti, jew (ii) jekk it-total ikun iżjed minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta’ punt peċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti.

Artikolu 2

Ippeżar ta’ l-iskema kapitali

L-ippeżar assenjat lil kull BĊN fl-iskema kapitali deskritta fl-Artikolu 29 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ għandu jkun kif ġej b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009:

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

2,4256 %

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

0,8686 %

Česká národní banka

1,4472 %

Danmarks Nationalbank

1,4835 %

Deutsche Bundesbank

18,9373 %

Eesti Pank

0,1790 %

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

1,1107 %

Bank of Greece

1,9649 %

Banco de España

8,3040 %

Banque de France

14,2212 %

Banca d’Italia

12,4966 %

Central Bank of Cyprus

0,1369 %

Latvijas Banka

0,2837 %

Lietuvos bankas

0,4256 %

Banque centrale du Lussemburgu

0,1747 %

Magyar Nemzeti Bank

1,3856 %

Bank Ċentrali ta’ Malta

0,0632 %

De Nederlandsche Bank

3,9882 %

Oesterreichische Nationalbank

1,9417 %

Narodowy Bank Polski

4,8954 %

Banco de Portugal

1,7504 %

Banca Națională a României

2,4645 %

Banka Slovenije

0,3288 %

Národná banka Slovenska

0,6934 %

Suomen Pankki

1,2539 %

Sveriges Riksbank

2,2582 %

Bank of England

14,5172 %

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali u tranżitorji

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2006/21 qed tiġi hawnhekk irrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2006/21 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi magħmulin għal din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 12 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 24, 31.1.2007, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta’ Diċembru 2003 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 9, 15.1.2004, p. 27).

(3)  Id-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta’ April 2004 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 205, 9.6.2004, p. 5) u d-Deċiżjoni BĊE/2006/21.

(4)  ĠU L 181, 19.7.2003, p. 43.


Top