EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AB0095

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 16 ta’ Novembru 2009 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill li jittratta l-awtentikar tal-muniti euro u t-trattament ta’ muniti euro li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni (CON/2009/95)

OJ C 284, 25.11.2009, p. 6–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/6


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta’ Novembru 2009

dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill li jittratta l-awtentikar tal-muniti euro u t-trattament ta’ muniti euro li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni

(CON/2009/95)

2009/C 284/02

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-30 ta’ Settembru 2009, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-awtentikar tal-muniti euro u t-trattament ta’ muniti euro li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni (1) (minn issa ’il quddiem “ir-regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq it-tielet sentenza tal-Artikolu 123(4) tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u fuq l-ewwel inċiż tal-Artikolu 105(4) tat-Trattat, flimkien mal-Artikolu 106(2) tat-Trattat, peress illi r-Regolament propost jirrigwarda l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti euro. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17,5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Ir-regolament propost jimplimenta l-obbligu li hemm fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet oħrajn indirizzati fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (2), biex jiġi żgurat li l-muniti euro li rċevew u li fiħsiebhom jerġgħu jpoġġu fiċ-ċirkulazzjoni jiġu vverifikati għall-awtentiċità u li l-foloż jiġu skoperti. Il-BĊE adotta miżuri simili ħafna fir-rigward tal-obbligu tal-istess istituzzjonijiet li jivverifikaw l-awtentiċità tal-karti tal-flus euro bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001. B’leġiżlazzjoni simili fis-seħħ li tapplika għall-istituzzjonijiet involuti fid-distribuzzjoni lill-pubbliku tal-karti tal-flus u muniti euro, dan ser jgħin biex titnaqqas it-theddida li l-iffalsifikar tal-karti tal-flus u l-muniti euro jagħmel għall-valuta waħda.

Għall-finijiet tar-regolament propost, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tibni fuq proċeduri u tagħmir tal-għażla tal-flus eżistenti, li ġew żviluppati fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/504/KE tas-27 ta’ Mejju 2005 dwar l-awtentikazzjoni tal-muniti euro u t-trattament ta’ muniti euro mhux tajbin għaċ-ċirkolazzjoni (3), ċertament huwa l-aħjar mod biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-prattiċi tajbin li jeżistu sa issa u għalhekk tiġi ggarantita l-effiċjenza tal-miżuri ppjanati.

Tariffi ta’ trattament

Minkejja l-Artikolu 8(2) u 8(4) tar-regolament propost, li jippermettiu lill-Istati Membri, sa ċertu punt, li jipprovdu eżenzjoni mit-tariffi tat-trattament, il-BĊE għandu dubji kemm iż-żamma ta’ tariffa ta’ trattament ta’ 5 % tal-valur stampat tal-muniti euro mhux tajbin għaċ-ċirkolazzjoni tissodisfa l-għan tar-regolament propost, li huwa li l-Istati Membri jiġu obbligati jirtiraw muniti euro mhux tajbin miċ-ċirkolazzjoni. Kif intqal fil-Premessa 4 tar-regolament propost, iċ-ċirkolazzjoni ta’ muniti euro li m’għadhomx tajbin “tagħmilha iżjed diffiċli li jintużaw” u “tista” toħloq konfużjoni fost l-utenti dwar l-awtentiċità tal-muniti’. Muniti euro li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni għandhom jiġu rtirati miċ-ċirkolazzjoni biex jiġi żgurat li l-muniti euro jistgħu jiġu vverifikati għall-ġenwinità u li l-espożizzjoni tagħhom għall-falsifikar titnaqqas. F’dan ir-rigward, il-BĊE jikkunsidra li r-rimborż tal-valur jew it-tibdil ta’ muniti euro mhux tajbin għaċ-ċirkolazzjoni għandhom ikunu, bħala regola ġenerali, mingħajr tariffi ta’ trattament. Kif ġie enfasizzat f’opinjonijiet preċedenti tal-BĊE, l-applikazzjoni ta’ tariffa tmur kontra l-kunċett ta’ valuta legali, li permezz tiegħu huwa dmir pubbliku li flus li huma valuta legali jinbidlu skont il-valur sħiħ tagħhom (4).

Madankollu, il-BĊE iqis li l-applikazzjoni ta’ tariffa ta’ 15 % tkun iġġustifikata f’każijiet meta l-volum li jkun għad irid jiġi ċċekkjat, ta’ muniti ħżiena, ikun komparattivament għoli, minħabba anomaliji jew devjazzjonijiet mill-ispeċifikazzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-regolament propost.

Meta l-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, qed jiġu pprovduti proposti speċifiċi ta’ abbozzar fl-Anness akkumpanjati b’test spjegattiv għal dan l-iskop.

Magħmula fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Novembru 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  KUMM(2009) 459 finali.

(2)  ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6.

(3)  ĠU L 184, 15.7.2005, p. 60.

(4)  Ara l-Opinjoni CON/2009/52. L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’http://www.ecb.europa.eu


ANNESS

Proposti t’abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

L-Artikolu 3(1) tar-regolament propost

Artikolu 4

“(1)   L-istituzzjoniiet ser jiżguraw illi l-muniti euro, li rċevew jew li għandhom il-ħsieb li jerġgħu jdaħħlu lura fiċ-ċirkolazzjoni, jiġu sottomessi għall-awtentikar. Huma għandhom jimplimentaw dan l-obbligu:

(a)

prinċipalment permezz ta’ magni tal-ipproċessar tal-muniti li huma inklużi fil-lista ta’ magni tal-ipproċessar tal-muniti, imsemmija fl-Artikolu 5(3); jew

(b)

permezz ta’ personal imħarreġ.”

Artikolu 4

“(1)   L-istituzzjoniiet ser jiżguraw illi l-muniti euro b’valur nominali ta’ 2 euro, euro u 50 ċenteżmu, li rċevew jew li għandhom il-ħsieb li jerġgħu jdaħħlu lura fiċ-ċirkolazzjoni, jiġu sottomessi għall-awtentikar. għandhom jimplimentaw dan l-obbligu:

(a)

prinċipalment permezz ta’ magni tal-ipproċessar tal-muniti li huma inklużi fil-lista ta’ magni tal-ipproċessar tal-muniti, imsemmija fl-Artikolu 5(3); jew

(b)

permezz ta’ persunal imħarreġ.”

Spjegazzjoni:

Il-BĊE jissuġġerixxi l-limitazzjoni tal-proċedura tal-awtentikar għal muniti b’valur nominali ta’ mill-inqas 50 ċenteżmu (jiġifieri l-muniti ta’ 2 euro, euro u 50 ċenteżmu). Tabilħaqq, muniti b’valur nominali ta’ 20 ċenteżmu u anqas ftit għandhom riskju li jiġu ffalsifikati minħabba l-valur baxx tagħhom meta mqabbla ma’ (i) il-valur tal-metall, u (ii) l-ispiża tal-falsifikazzjoni. Is-sottomissjoni tal-muniti kollha għall-awtentikar tkun verament ta’ piż fuq l-istituzzjonijiet, u dan jista’ ma jkunx ġustifikat mill-valur tal-muniti in kwistjoni.

Emenda 2

L-Artikolu 4(1) tar-regolament propost

Artikolu 4

“(1)   L-istituzzjonijiet għandu jkollhom il-magni tal-ipproċessar tal-muniti ttestjati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew miċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC) permezz tat-twettiq ta’ test ta’ skoperta. Dan it-test għandu jitfassal tali sabiex jiżgura li magna tal-ipproċessar tal-muniti tkun kapaċi tirrifjuta t-tipi magħrufa ta’ muniti foloz u l-oġġetti l-oħra kollha li jixbhu muniti li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ muniti euro ġenwini.”

Artikolu 4

“(1)   L-istituzzjonijiet għandu jkollhom għandhom jużaw biss it-tipi ta’ magni tal-ipproċessar tal-muniti li għaddew minn test ta’ skoperta ttestjati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew miċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC) permezz tat-twettiq ta’ test ta’ skoperta. Dan it-test għandu jitfassal tali sabiex jiżgura li tip ta’ magna tal-ipproċessar tal-muniti tkun kapaċi tirrifjuta t-tipi magħrufa ta’ muniti foloz, l-oġġetti l-oħra kollha li jixbhu l-muniti u li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ muniti euro ġenwini u muniti euro mhux tajbin għaċ-ċirkolazzjoni

Spjegazzjoni:

Il-BĊE jikkunsidra li obbligu għall-istituzzjonijiet li jużaw magni tal-ipproċessar tal-muniti li għaddew minn test ta’ skoperta huwa approċċ iktar loġiku. Jippermetti lill-magni tal-ipproċessar tal-muniti li ġew ittestjati darba b’suċċess biex jintużaw minn diversi istituzzjonijiet, jiġifieri ma jkunx meħtieġ li jerġa’ jkun hemm test għal kull istituzzjoni. Barra minn hekk, ikun iktar konformi mal-Artikolu 5 tar-regolament propost, li jippreskrivi li t-testijiet ta’ skoperta jistgħu jsiru fil-post tal-faċilitajiet tal-manifatturi u li lista konsolidata tal-magni tal-ipproċessar tal-muniti ttestjati kollha tiġi ppubblikatia fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-BĊE jissuġġerixxi r-restrizzjoni tat-test ta’ skoperta għal tipi ta’ magni tal-ipproċessar tal-muniti (jiġifieri magni li jaqsmu l-istess hardware, software u funzjonijiet ewlenin), peress li dan għandu jkun biżżejjed sabiex jiżgura li l-magni kollha tal-istess tip użati għall-ipproċessar tal-muniti jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regolament propost.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 2(b) tar-regolament propost, muniti euro li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni huma ddefiniti bħala dawk li ġew irrifjutati waqt il-proċess ta’ awtentikazzjoni. Għaldaqstant, il-kliem tal-Artikolu 4(1) tar-regolament propost għandu jagħmilha ċara li l-magni tal-ipproċessar tal-muniti mibgħutin għat-test ta’ skoperta għandhom jidentifikaw ukoll muniti euro mhux tajbin għaċ-ċirkolazzjoni.

Emenda 3

L-Artikolu 6(3) tar-regolament propost

Artikolu 6

“(3)   In-numru ta’ magni li jridu jiġu verifikati kull sena f’kull Stat Membru għandu jkun tali li l-volum ta’ muniti euro pproċessat minn dawn il-magni matul dik is-sena jkun jirrappreżenta mill-inqas terz tal-volum totali net akkumulat tal-muniti maħruġin minn dak l-Istat Membru mid-dħul tal-muniti euro sal-aħħar tas-sena preċedenti. In-numru ta’ magni li jridu jiġu verifikati għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-volum tal-ogħla tliet denominazzjonijiet tal-muniti euro li għalihom hemm il-ħsieb li jiġu ċċirkolati.”

Artikolu 6

“(3)   In-numru ta’ magni li jridu jiġu verifikati kull sena f’kull Stat Membru għandu jirrappreżenta 10 % tal-ammont totali tal-magni installati f’dak l-Istat Membrujew ikun tali li l-volum ta’ muniti euro pproċessat minn dawn il-magni matul dik is-sena jkun jirrappreżenta mill-inqas terz tal-volum totali net akkumulat tal-muniti maħruġin minn dak l-Istat Membru mid-dħul tal-muniti euro sal-aħħar tas-sena preċedenti. Fit-tieni xenarju, in-numru ta’ magni li jridu jiġu verifikati għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-volum tal-ogħla tliet denominazzjonijiet tal-muniti euro li għalihom hemm il-ħsieb li jiġu ċċirkolati.”

Spjegazzjoni:

Il-BĊE huwa tal-fehma illi mhuwiex xieraq li n-numru ta’ magni li jridu jiġu kkontrollati minn Stat Membru jintrabat mal-volum nett ta’ muniti maħruġin minn dak l-Istat Membru. Peress li l-muniti jiċċirkolaw tul iż-żona euro kollha, iċ-ċaqlieq tal-muniti minn Stat Membru għal ieħor jista’ jaffettwa sostanzjalment il-volum ta’ muniti li hemm fiċ-ċirkolazzjoni fi Stat Membru. Għaldaqstant jidher aktar propizju li jiġi stabbilit xi kriterju ieħor minbarra l-ħruġ nett ta’ muniti għall-obbligu tal-Istati Membri biex jivverifikaw il-magni tal-ipproċessar tal-muniti.

Emenda 4

L-Artikolu 8 tar-regolament propost

Artikolu 8

“(1)   Tariffa għall-maniġġ ta’ 5 % tal-valur nominali tal-muniti euro sottomessi u li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni ser titnaqqas mir-rimborż jew mis-sostituzzjoni ta’ dawn il-muniti euro. It-tariffa għall-maniġġ għandha tiġi ssupplimentata permezz ta’ tariffa addizzjonali ta’ 15 % tal-valur nominali tal-muniti euro sottomessi, f’każ li l-borża jew kaxxa kollha tiġi vverifikata skont l-Artikolu 10.

(2)   L-Istati Membru jistgħu jagħmlu provvediment għal eżenzjonijiet ġenerali mit-tariffi tal-maniġġ f’każijiet fejn il-persuni legali jew naturali jikkooperaw fil-qrib u regolarment mal-awtoritajiet nazzjonali indikati fl-irtirar miċ-ċirkolazzjoni ta’ muniti euro foloz u ta’ muniti li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni.

(3)   It-trasport u l-ispejjeż relatati ser jinħarġu mill-persuna legali jew naturali li qed tissottometti.

(4)   Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjoni li għaliha hemm provvediment f’paragrafu 2, ta’ kull sena u għal kull persuna legali jew naturali li qed tissottometti, kwantità massima ta’ kilogramma għal kull denominazzjoni ta’ muniti euro li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni hija eżenti mit-tariffa tal-maniġġ.”

Artikolu 8

(1)   Tariffa għall-maniġġ ta’ 5 % tal-valur nominali tal-muniti euro sottomessi u li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni ser titnaqqas mir-rimborż jew mis-sostituzzjoni ta’ dawn il-muniti euro. It- Tariffa għall-maniġġ għandha tiġi ssupplimentata permezz ta’ tariffa addizzjonali ta’ 15 % tal-valur nominali tal-muniti euro sottomessi, li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni ser titnaqqas mir-rimborż jew mis-sostituzzjoni ta’ dawn il-muniti euro f’każ li l-borża jew kaxxa kollha tiġi vverifikata skont l-Artikolu 10(2).

(2)   L-Istati Membru jistgħu jagħmlu provvediment għal eżenzjonijiet ġenerali mit-tariffi tal-maniġġ f’każijiet fejn il-persuni legali jew naturali jikkooperaw fil-qrib u regolarment mal-awtoritajiet nazzjonali indikati fl-irtirar miċ-ċirkolazzjoni ta’ muniti euro foloz u ta’ muniti li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni.

(3)   It-trasport u l-ispejjeż relatati ser jinħarġu mill-persuna legali jew naturali li qed tissottometti.

(4)   Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjoni li għaliha hemm provvediment f’paragrafu 2, ta’ kull sena u għal kull persuna legali jew naturali li qed tissottometti, kwantità massima ta’ kilogramma għal kull denominazzjoni ta’ muniti euro li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni hija eżenti mit-tariffa tal-maniġġ.”

Spjegazzjoni:

Ara l-paragrafu dwar it-tariffi tal-maniġġ ta’ hawn fuq.

Emenda 5

L-Artikolu 14 tar-regolament propost

Artikolu 14

“Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier kollu tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.”

Artikolu 14

“Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

L-Istati Membri li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, ikollhom arranġamenti fis-seħħ biex jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/504/KE, jistgħu madankollu jibqgħu japplikaw dawn l-arranġamenti għal perijodu transitorju ta’ tliet snin mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier kollu tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.”

Spjegazzjoni:

Ir-regolament propost għandu jippermetti grand-fathering temporanju ta’ prattiċi nazzjonali li jkunu ġew ippruvati sew minn qabel ibbażati skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/504/KE, filwaqt li għandu jqis partikolarment l-investimenti magħmula fir-rigward tal-installazzjoni ta’ magni li jipproċessaw il-muniti fi Stati Membri li jkunu implimentaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.


(1)  It-tipa skura fil-korp tat-test tindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. It-tħassir (strikethrough) fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jitħassar xi test.


Top