EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AB0009

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (CON/2014/9)

OJ C 224, 15.7.2014, p. 1–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Frar 2014

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE

(CON/2014/9)

2014/C 224/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fil-31 ta’ Ottubru 2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill għal opinjoni dwar proposta għal direttiva fuq servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (1) (iktar ’il quddiem imsejħa d-“direttiva proposta”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) u l-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Id-direttiva proposta, li tinkorpora u tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (2) (“Direttiva ta’ Servizzi ta’ Ħlas” jew “PSD”), għandha l-għan li tiżviluppa iktar suq mifrux mal-Unjoni kollha għal ħlasijiet elettroniċi biex b’hekk il-konsumaturi u l-partiċipanti fis-suq ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern, waqt li jitqies ukoll is-suq tal-ħlas bl-imnut li qed jiżviluppa b’mod mgħaġġel (l-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ ħlas ġodda permezz ta’ smartphones, kummerċ elettroniku, eċċ.). Dawn il-proposti jsegwu reviżjoni estensiva mill-Kummissjoni tal-ambjent attwali tas-servizzi ta’ ħlas. F’Jannar 2012, il-Kummissjoni ppubblikat u għamlet konsultazzjoni pubblika dwar il-Green Paper lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-Internet u bil-mowbajl (3), li għaliha rreaġixxa wkoll il-BĊE (4). Kemm ir-risposti għall-konsultazzjoni fuq il-Green Paper u l-istudji tal-Kummissjoni stess u r-reviżjoni tal-PSD juru li innovazzjonijiet riċenti fis-suq u fit-teknoloġija għal servizzi ta’ ħlas bl-imnut joffru sfidi ġodda għar-regolaturi, li dawn il-proposti jindirizzaw.

2.

Id-direttiva proposta tintroduċi bosta emendi fis-sistema PSD attwali, inkluża l-estensjoni tal-kopertura fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku u l-munita ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas. Hija tiddefinixxi mill-ġdid u temenda numru ta’ eżenzjonijiet attwali mill-PSD, biex tagħmilhom iktar stretti u iżjed diffiċli li jiġu sfruttati, u tħassar oħrajn li m’għadhomx meħtieġa. Pereżempju, temenda l-eżenzjoni ta’ “aġenti kummerċjali” sabiex tapplika biss għal aġenti kummerċjali li jaġixxu f’isem min iħallas jew min jitħallas. Tiddefinixxi mill-ġdid ukoll il-kontenut diġitali attwali jew l-eżenzjoni “telecom” b’iffukar iktar ristrett u tneħħi l-eżenzjoni mill-PSD ta’ servizzi ATM offruti minn fornituri indipendenti ta’ ATM. B’mod l-aktar sinifikanti, testendi s-sistema PSD biex tkopri servizzi ġodda u l-fornituri tagħhom, jiġifieri “fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza” (“TPP”) li l-attività tan-negozju tagħhom qed tipprovdi servizzi bbażati fuq aċċess għal kontijiet ta’ ħlas, bħal bidu ta’ ħlas jew informazzjoni dwar il-kont, imma li normalment ma jżommux fondi tal-klijenti (5). Tipprojbixxi wkoll il-prattika tal-kummerċjanti li jimponu soprataxxi għal kards tat-tariffi għall-interkambju, fid-dawl tal-limitazzjoni tat-tariffi għall-interkambju skont ir-regolament propost dwar tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ibbażati fuq kards (6). Fl-aħħar nett, temenda wkoll diversi komponenti importanti tas-sistema attwali bħal pereżempju r-rekwiżiti ta’ salvagwardja, kundizzjonijiet ta’ rinunzja, u r-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas (PSP) u ta’ min iħallas għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati sabiex tarmonizza iktar dawn id-dispożizzjonijiet, tiżviluppa sitwazzjoni ta’ trattament ugwali u ttejjeb iċ-ċertezza legal (7). Id-direttiva proposta hija ġeneralment maħsuba biex tagħti lill-konsumaturi protezzjoni addizzjonali kontra l-frodi, abbużi possibbli u inċidenti oħra relatati mas-sigurtà ta’ servizzi ta’ ħlas. Din tinkludi diversi dispożizzjonijiet li jeħtieġu lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) li tikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti tas-superviżjoni bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 193/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

3.

Il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ l-għanijiet u l-kontenut tad-direttiva proposta. B’mod partikolari, jappoġġa l-proposta għall-estensjoni tal-lista attwali ta’ servizzi ta’ ħlas biex tinkludi servizzi ta’ bidu ta’ ħlas u servizzi ta’ informazzjoni dwar kontijiet bħala mezz għall-appoġġ tal-innovazzjoni u l-kompetizzjoni fi ħlasijiet bl-imnut. Superviżuri u sorveljanti ddiskutew b’mod estensiv il-kwistjoni ta’ aċċess ta’ terzi għall-kontijiet ta’ ħlas fil-kuntest tal-Forum Ewropew fuq is-Sigurtà ta’ Ħlasijiet bl-Imnut (iktar ’il quddiem “Forum SecuRe Pay”). L-elementi bażiċi ta’ dawn id-diskussjonijiet huma riflessi fil-proposti għall-abbozzar tal-BĊE.

4.

Il-BĊE jilqa’ wkoll il-fatt li: (a) ġew proposti l-armonizzazzjoni u t-titjib ta’ rekwiżiti operattivi u ta’ sigurtà għall-fornituri ta’ servizz ta’ ħlas; (b) il-poteri ta’ infurzar tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jissaħħu; u (c) jiġu ppreċiżati aħjar ċerti dispożizzjonijiet tal-PSD li fl-applikazzjoni tagħhom sa issal-Istati Membri kellhom diskrezzjoni konsiderevoli. Dan l-element ta’ diskrezzjoni wassal għal differenzi konsiderevoli fl-applikazzjoni tar-regoli ġewwa l-Unjoni u l-frammentazzjoni konsegwenti tas-suq tal-ħlasijiet bl-imnut (9). Il-BĊE semma l-fehmiet tiegħu diġà b’risposta għall-Green Paper (10) kif ukoll f’fora oħrajn bħas-SecuRe Pay Forum. Il-BĊE jirrikonoxxi li ħafna mir-rakkomandazzjonijiet magħmula f’dik ir-risposta kif ukoll mis-SecuRe Pay Forum ġew koperti fid-direttiva proposta. Minkejja dan, il-BĊE għandu numru ta’ kummenti speċifiċi.

Osservazzjonijiet speċifiċi

1.    Termini definiti

It-termini definiti tad-direttiva proposta (11) fil-biċċa l-kbira ma nbidlux minn dawk tal-PSD, imma jistgħu jittejbu iktar. B’mod partikolari, id-definizzjonijiet ’ħruġ ta’ strumenti ta’ ħlas’ u ’kisba ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas’ għandhom jiżdiedu mad-direttiva proposta (12). Dan għandu jagħti aktar ċarezza lill-Anness I tad-direttiva proposta. Id-definizzjonijiet “servizz tal-bidu ta’ ħlas” (13) u “servizz ta’ informazzjoni dwar kont” (14) jistgħu jittejbu iktar b’emenda oħra u definizzjonijiet ta’ “trasferiment ta’ kreditu”, “ħlasijiet transkonfinali” u “ħlasijiet nazzjonali” għandhom jiżdiedu għall-finijiet ta’ kompletezza.

2.    Dispożizzjonijiet oħrajn

2.1.

Fir-rigward tal-ambitu ta’ applikazzjoni (15), id-direttiva proposta tipprovdi li, meta wieħed biss mill-fornituri tas-servizz ta’ ħlas għal tranżazzjoni ta’ ħlas ikun jinsab ġewwa l-Unjoni, id-dispożizzjonijiet dwar id-data tal-valur tal-kreditu (16) u fuq it-trasparenza tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-informazzjoni għas-servizzi ta’ ħlas għandhom japplikaw għal dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni li jsiru fl-Unjoni (17). Sa fejn ikun possibbli, it-Titolu IV, li jkopri d-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tal-għoti u l-użu ta’ servizzi ta’ ħlas, għandu japplika wkoll f’dawk il-każijiet u għandu japplika wkoll fir-rigward tal-muniti kollha.

2.2.

Id-direttiva proposta ma żżommx il-possibbiltà li hemm fil-PSD attwali li tawtorizza lill-Istati Membri jew lill-awtoritajiet kompetenti li jestendu rekwiżiti ta’ salvagwardja applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ ħlas impenjati f’attivitajiet ta’ negozju li ma jkunux ħlasijiet lil istituzzjonijiet ta’ ħlas involuti biss fil-provvista ta’ servizzi ta’ ħlasijiet (18). Il-BĊE jipproponi li istituzzjonijiet ta’ ħlas għandu jkollhom obbligu li jipprovdu protezzjoni adegwata fil-forma ta’ rekwiżiti ta’ salvagwardja għall-fondi ta’ utent ta’ servizz ta’ ħlas, irrispettivament minn jekk humiex impenjati f’attivitajiet ta’ negozju li ma jkunux servizzi ta’ ħlas jew le.

2.3.

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-BĊE jixtieq jara awtorità waħda, li tkun responsabbli biex tiżgura l-konformità mad-direttiva, imma jaf, madankollu, li fil-prattika dan jista’ jkun diffiċli minħabba arranġamenti nazzjonali diverġenti.

2.4.

Barra minn hekk, il-BĊE jissuġġerixxi li l-Europol jiżdied bħala awtorità addizzjonali li miegħu l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni ta’ servizzi ta’ ħlas jistgħu jiskambjaw informazzjoni (19), fid-dawl tal-kompetenza teknika ta’ Europol fil-qasam ta’ reati internazzjonali u t-terroriżmu, inkluż il-ġlieda kontra l-iffalsifikar tal-euro u l-użu ħażin ta’ strumenti u servizzi ta’ ħlas għall-finijiet ta’ reati finanzjarji.

2.5.

Billi fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont għandhom, għal servizzi taħt il-punt 7 fl-Anness I tad-direttiva proposta, jiġu awtorizzati jippermettu aċċess għal kontijiet ta’ ħlas, u wara li jittieħed inkunsiderazzjoni li s-servizzi TPP normalment jiġu pprovduti fuq l-Internet u għalhekk mhumiex limitati għal Stat Membru wieħed biss, il-BĊE jissuġġerixxi, għal raġunijiet ta’ sigurtà, li TPPs m’għandhomx ikunu l-kawża ta’ rinunzja taħt l-Artikolu 27.

2.6.

Sistemi ta’ ħlasijiet indikati skont id-Direttiva 2009/44/KE (20)(iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-Finalità tas-Settlement”) huma esklużi mir-regola fl-Artikolu 29(1) tad-direttiva proposta, li jgħid li l-aċċess għal sistemi ta’ ħlas għandu jkun oġġettivi u mhux diskriminatorju. Madankollu, l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 29(2) tad-direttiva proposta jgħid li, jekk sistema indikata ta’ ħlas tippermetti parteċipazzjoni indiretta, tali parteċipazzjoni għandha tiġi pprovduta lil fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas awtorizzati jew reġistrati oħrajn skont l-Artikolu 29(1). Id-definizzjoni ta’ “parteċipant indirett” fl-Artikolu 2(g) tad-Direttiva tal-Finalità tas-Settlement bħalissa ma tkoprix istituzzjonijiet ta’ ħlas u, biex tiġi żgurata l-konsistenza u ċ-ċertezza legali, il-BĊE jissuġġerixxi li tiġi emendata d-definizzjoni ta’ “parteċipant indirett” fid-Direttiva tal-Finalità tas-Settlement biex tkopri wkoll fornituri ta’ servizz ta’ ħlas.

2.7.

Sabiex wieħed jgħaqqad rekwiżiti ta’ sigurtà u protezzjoni tal-konsumatur mal-idea ta’ aċċess miftuħ għal servizzi ta’ kont ta’ ħlas, il-BĊE jissuġġerixxi li l-klijenti jkunu awtentikati b’mod xieraq billi jkun hemm sistema ta’ awtentikazzjoni tal-klijent b’saħħitha. TPPs jistgħu jiżguraw dan jew billi min iħallas jiġi ridirett b’mod sigur lejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont tagħhom jew jingħatawlhom karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati tagħhom stess. Iż-żewġ għażliet għandhom jiffurmaw parti minn interfaċċa Ewropea standardizzata għall-aċċess ta’ kont għal ħlas. Din l-interfaċċa għandha tkun ibbażata fuq standard Ewropew miftuħ u tippermetti kwalunkwe TPP li jkollu aċċess għal kontijiet ta’ ħlas fi kwalunkwe PSP ġewwa l-Unjoni. L-istandard jista’ jiġi definit mill-ABE f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE u jinkludi speċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali, kif ukoll proċeduri relatati. Barra minn hekk, fornturi ta’ servizzi ta’ ħlas terzi għandhom: (a) jipproteġu l-karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati tal-utenti tas-servizz ta’ ħlas li joħorġu huma stess; (b) jawtentikaw lilhom infushom b’mod inekwivoku fil-konfront tal-fornitur(i) tas-servizz ta’ ħlas li jservu l-kont; (c) m’għandhomx jaħżnu dejta miksuba meta jkollhom aċċess għall-kontijiet ta’ ħlas, ħlief għal informazzjoni li tidentifika ħlasijiet li jibdew, bħan-numru ta’ referenza, l-IBAN ta’ min iħallas u min jitħallas kif ukoll l-ammont tat-tranżazzjoni; u (d) ma jużawx dejta għal kwalunkwe skop għajr għal finijiet li huma espliċitament permessi mill-utent tas-servizz ta’ ħlas (21). Il-kuntratti bejn fornituri ta’ servizz ta’ ħlas li jservu l-kontijiet u TPPs huma possibbiltà waħda biex jiġi kkjarifikat numru minn dawn l-aspetti. Minn perspettiva ta’ effiċjenza, u sabiex ma jinħoloqx ostakolu żejjed għall-kompetizzjoni, l-aspetti ewlenin (inkluża sistema ta’ responsabbiltà) għandhom jiġu kkjarifikati fid-direttiva proposta. Jistgħu jiġu ddefiniti regoli ulterjuri tan-negozju, inklużi arranġamenti tekniċi u operattivi, bħal pereżempju l-awtentikazzjoni, il-protezzjoni ta’ dejta sensittiva, l-indentifikazzjoni u t-traċabbiltà ta’ ordnijiet ta’ ħlas, permezz tal-ħolqien ta’ skema ta’ ħlas li magħha jaderixxu l-atturi rilevanti kollha u li tevita l-bżonn li jinkiseb ftehim fuq kuntratti individwali.

2.8.

Rigward id-dispożizzjonijiet fuq kuntratti qafas u l-protezzjoni tal-konsumatur, il-BĊE huwa tal-fehma li l-konsumaturi, bħala detenturi ta’ kontijiet ta’ ħlas fir-rigward ta’ servizzi ta’ bidu ta’ ħlas, għandu jkollhom livell ta’ protezzjoni paragunabbli ma’ dak provdut lid-debituri skont ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) (iktar ’il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament SEPA”), jiġifieri l-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jagħti struzzjonijiet lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont biex jistabbilixxi listi pożittivi jew negattivi ta’ TPPs (23).

2.9.

Fil-kuntest ta’ debiti diretti, id-direttiva proposta tindika li min iħallas għandu jkollu dritt inkundizzjonat għal rifużjoni, ħlief meta min jirċievi l-ħlas ikun diġà wettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu u s-servizzi jkunu ġew irċevuti diġà jew l-oġġetti jkunu ġew kkunsmati minn min iħallas (24). Minflok ma tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur, jidher li x’aktarx id-direttiva proposta ma tippermettix iktar drittijet ta’ rifużjoni illimitati taħt l-iskema attwali SEPA ta’ debitu dirett. Biex ikun hemm konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet fuq id-dritt ta’ rifużjoni, il-fornituri tas-servizz ta’ ħlas probabbilment ikollhom jiġbru informazzjoni dwar ix-xiri tal-klijenti tagħhom. Din hija kwistjoni li tista’ tqanqal tħassib dwar il-privatezza, waqt li żżid ukoll il-piż amministrattiv fuq il-fornituri tas-servizz ta’ ħlas. Il-BĊE minflok jissuġġerixxi l-introduzzjoni, bħala regola ġenerali, ta’ dritt ta’ rifużjoni inkundizzjonata għal perijodu ta’ tmien ġimgħat għad-debiti diretti kollha tal-konsumaturi. Għal ċerti tip ta’ oġġetti u servizzi, id-debituri u l-kredituri għandhom jiftiehmu separatament li ma huma ser japplikaw l-ebda dritt ta’ rifużjoni. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi lista eżawrjenti ta’ dawn l-oġġetti u servizzi b’atti delegati.

2.10.

Il-kumpens finanzjarju li għandu jitħallas mit-TPPs lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont dwar tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzat bis-saħħa tal-Artikoli 65 u 82 tad-direttiva proposta ma jikkorrispondix mal-kumpens għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni, eżekuzzjoni difettuża jew eżekuzzjoni tardiva. Għalhekk il-BĊE jissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu allinjati ma’ xulxin biex jiġu żgurati regoli simili għall-kumpens (25).

2.11.

Il-PSD eżistenti kkontribwixxiet b’mod estensiv biex tiżdied l-effiċjenza ta’ ħlasijiet bl-imnut bl-introduzzjoni tal-ħin ta’ eżekuzzjoni ’D+1’ għat-trasferimenti ta’ kreditu (26). Il-BĊE osserva li l-iżviluppi fil-prattiki tan-negozju u t-teknoloġija jippermettu eżekuzzjoni iktar mgħaġġla ta’ ħlas u tilqa’ l-fatt li dawn is-servizzi huma diġà disponibbli f’diversi Stati Membri għall-benefiċċju kemm tal-konsumaturi kif ukoll tal-impriżi. Il-BĊE jistenna li s-swieq ser ikomplu jtejbu l-ħinijiet ta’ eżekuzzjoni mal-Ewropa kollha u għandu pjaċir jappoġġa dan il-proċess fir-rwol tiegħu ta’ katalist.

2.12.

Il-valutazzjoni ta’ arranġamenti ta’ sigurtà u notifiki ta’ inċidenti (27) għall-fornituri ta’ servizz ta’ ħlas hija kompetenza bażika tas-superviżuri prudenzjali u l-banek ċentrali. L-iżvilupp ta’ rekwiżiti superviżorji f’dawn l-oqsma għandu b’hekk jibqa’ taħt il-kontroll ta’ dawn l-awtoritajiet. Madankollu, taħt il-PSD, hemm bżonn li l-informazzjoni tinqasam mal-awtoritajiet kompetenti, il-BĊE u, fejn ikun rilevanti, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni (ENISA) u awtoritajiet kompetenti skont id-direttiva NIS fil-qasam ta’ riskji operattivi, inklużi riskji ta’ sigurtà. L-ABE għandha tkun risponsabbli għall-koordinazzjoni ta’ dan it-taqsim ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fejn il-BĊE jinnotifika lill-membri tas-SEBĊ fir-rigward ta’ kwistjonijiet rilevanti għas-sistemi ta’ ħlas u strumenti ta’ ħlas.

2.13.

L-ABE għandha tiżviluppa wkoll linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti dwar proċeduri (28) ta’ lmenti li jgħinu fl-proċeduri ta’ armonizzazzjoni.

2.14.

Ċerti dispożizzjonijiet (29) jikkonċernaw biss id-diskrezzjoni tal-Istati Membri dwar tranżazzjonijiet ta’ ħlas nazzjonali. Dawn ir-regoli ma jidhrux li jikkonformaw mal-għan li jiġi stabbilit suq wieħed għal servizzi ta’ ħlas u preferibbilment għandhom jitneħħew.

2.15.

Fl-aħħar nett, hemm dispożizzjonijiet separati dwar l-aċċess u l-użu ta’ informazzjoni dwar kont ta’ ħlas minn TPPs u minn emittenti ta’ strumenti ta’ ħlas ta’ terzi, jiġifieri meta kard ta’ ħlas tinħareġ minn TPP (30). Dawn is-servizzi m’humiex essenzjalment differenti, għalhekk il-BĊE jissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet jingħaqdu billi s-sistema preċedenti tal-aċċess u l-użu ta’ informazzjoni ta’ kont ta’ ħlas mit-TPP tista’ tapplika wkoll, mutatis mutandis, għal emittenti ta’ strumenti ta’ ħlas ta’ terzi.

Fejn il-BCE jirrakkomanda illi tiġi emendata d-direttiva proposta, għal dan il-għan qed jiġu stipulati fl-Anness proposti speċifiċi tal-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Frar 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2013)547/3.

(2)  Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tirrevoka d-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).

(3)  COM(2011) 941 final.

(4)  Ara r-risposta tal-Eurosistema għall-Green Paper “Lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-Internet u bil-mowbajl” ta’ Marzu 2012, disponibbli fis-sit tal-Internet tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu

(5)  Ara l-Punt (7) tal-Anness I tad-direttiva proposta.

(6)  Proposta għal Regolament dwar tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ibbażati fuq kards (COM(2013) 550/3); 2013/0265.

(7)  Dispożizzjonijiet ulterjuri jiċċaraw ir-regoli dwar l-aċċess ta’ sistemi ta’ ħlas u d-dritt ta’ rifużjoni, kif ukoll jindirizzaw l-aspetti tas-sigurtà u aspetti ta’ awtentikazzjoni skont il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (COM(2013) 48 final) (iktar ’il quddiem id-’Direttiva Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (NIS)’). Għad-Direttiva NIS proposta ara iktar il-paragrafu 2.10 iktar ’l isfel.

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(9)  Ara, pereżempju, l-Artikolu 66 tad-direttiva proposta dwar ir-regoli fuq il-PSP u r-responsabbiltà ta’ min iħallas fil-każ ta’ trażazzjonijiet bil-kard mhux awtorizzati.

(10)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

(11)  Ara l-Artikolu 4 tar-regolament propost.

(12)  Ara l-emenda ta’ abbozzar 12 fl-Anness.

(13)  Ara l-Artikolu 4(32) tad-direttiva proposta.

(14)  Ara l-Artikolu 4(33) tad-direttiva proposta.

(15)  Ara l-Artikolu 2 tar-regolament propost.

(16)  Ara l-Artikolu 78 tar-regolament propost.

(17)  Ara t-Titolu III tar-regolament propost.

(18)  Ara l-Artikolu 9 tal-PSD.

(19)  Ara l-Artikolu 25 tad-direttiva proposta.

(20)  Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37).

(21)  Ara l-Artikolu 58 tar-regolament propost.

(22)  Ara l-Premessa 13, u l-Artikolu 5(3)(d)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22) (iktar ’il quddiem msejjaħ ir-“Regolament taż-Żona Ewropea Unika għal Ħlasijiet (SEPA)”).

(23)  Ara l-Artikolu 45 u 59 tad-direttiva proposta.

(24)  Ara l-Premessa 57 u l-Artikolu 67(1) tar-regolament propost.

(25)  Ara l-Artikoli 65, 80 u 82 tad-direttiva proposta.

(26)  L-Artikolu 69(1) tal-PSD eżistenti jipprovdi għal trasferimenti ta’ kreditu li għandhom jiġu kkreditati lill-kont tal-fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ min jitħallas sa mhux aktar tard mill-għeluq tan-negozju fil-jum wara li tiġi rċevuta l-ordni ta’ ħlas

(27)  Ara l-Artikoli 85 u 86 tad-direttiva proposta.

(28)  Ara l-Artikolu 88(1) tad-direttiva proposta.

(29)  Ara l-Artikolu 35(2) u 56(2) tad-direttiva proposta.

(30)  Ara l-Artikoli 58 u 59 rispettivament.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE  (1)

Emenda 1

Premessa 6

“(6)

F’dawn l-aħħar snin, ir-riskji tas-sigurtà relatati mal-ħlasijiet elettroniċi żdiedu, u dan minħabba l-kumplessità teknika akbar tal-ħlasijiet elettroniċi, il-volumi li kontinwament qed jikbru madwar id-dinja ta’ ħlasijiet elettroniċi u t-tipi emerġenti ta’ servizzi ta’ ħlas. Billi servizzi ta’ ħlas sikuri u bla periklu jikkostitwixxu kundizzjoni essenzjali għat-tħaddim tajjeb tas-suq tas-servizzi ta’ ħlas, l-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas għandhom ikunu protetti b’mod adegwat kontra dawn ir-riskji. Servizzi ta’ ħlas huma essenzjali għall-manteniment ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjetali vitali u għalhekk il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas bħal istituzzjonijiet ta’ kreditu ġew kwalifikati bħala operaturi tas-suq skont l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva [jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva NIS wara l-adozzjoni] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).”

“(6)

F’dawn l-aħħar snin, ir-riskji tas-sigurtà relatati mal-ħlasijiet elettroniċi żdiedu, u dan minħabba l-kumplessità teknika akbar tal-ħlasijiet elettroniċi, il-volumi li kontinwament qed jikbru madwar id-dinja ta’ ħlasijiet elettroniċi u t-tipi emerġenti ta’ servizzi ta’ ħlas. Billi servizzi ta’ ħlas sikuri u bla periklu jikkostitwixxu kundizzjoni essenzjali għat-tħaddim tajjeb tas-suq tas-servizzi ta’ ħlas, l-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas għandhom ikunu protetti b’mod adegwat kontra dawn ir-riskji. Servizzi ta’ ħlas huma essenzjali għall-manteniment ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjetali vitali u għalhekk il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas bħal istituzzjonijiet ta’ kreditu ġew kwalifikati bħala operaturi tas-suq skont l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva [jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva NIS wara l-adozzjoni] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).”

Spjegazzjoni

Ara l-Emenda 31.

Emenda 2

Premessa 7

“(7)

Minbarra l-miżuri ġenerali li għandhom jittieħdu fil-livell tal-Istati Membri fid-Direttiva [jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva NIS wara l-adozzjoni], ir-riskji relatati mas-sigurtà għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas għandhom ikunu indirizzati wkoll fil-livell tal-fornituri tas-servizz tal-ħlas. Il-miżuri tas-sigurtà li għandhom jittieħdu mill-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas iridu jkunu proporzjonati mar-riskji tas-sigurtà kkonċernati. Mekkaniżmu ta’ rappurtar regolari għandu jiġi stabbilit, sabiex jiżgura li s-servizzi ta’ ħlas jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi annwali b’informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni tar-riskji tas-sigurtà tagħhom u l-miżuri (addizzjonali) li jkunu ħadu b’reazzjoni għal dawn ir-riskji. Barra dan, sabiex jiġi assigurat li danni lil fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas u sistemi ta’ ħlas oħrajn, bħal tfixkil sostanzjali ta’ sistemi ta’ ħlas, u lill-utenti jinżammu għal minimu, huwa essenzjali li l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas ikunu obbligati li jirrappurtaw mingħajr dewmien żejjed l-inċidenti relatati mas-sigurtà lill-Awtorità Bankarja Ewropea.”

“(7)

Minbarra l-miżuri ġenerali li għandhom jittieħdu fil-livell tal-Istati Membri fid-Direttiva [jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva NIS wara l-adozzjoni], Ir-riskji relatati mas-sigurtà għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas għandhom ikunu indirizzati wkoll fil-livell tal-fornituri tas-servizz tal-ħlas. Il-miżuri tas-sigurtà li għandhom jittieħdu mill-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas iridu jkunu proporzjonati mar-riskji tas-sigurtà kkonċernati. Mekkaniżmu ta’ rappurtar regolari għandu jiġi stabbilit, sabiex jiżgura li servizzi ta’ ħlas jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi annwali b’informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni tar-riskji tas-sigurtà tagħhom u l-miżuri (addizzjonali) li jkunu ħadu b’reazzjoni għal dawn ir-riskji. Barra dan, sabiex jiġi assigurat li danni lil fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas u sistemi ta’ ħlas oħrajn, bħal tfixkil sostanzjali ta’ sistemi ta’ ħlas, u lill-utenti jinżammu għal minimu, huwa essenzjali li l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas ikunu obbligati li jirrappurtaw mingħajr dewmien żejjed l-inċidenti relatati mas-sigurtà u operattivi ewlenin lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru domestiku skont din id-Direttiva, li jivvaluta r-rilevanza tal-inċident għal awtoritajiet oħrajn u, skont dik il-valutazzjoni, għandu jaqsam id-dettalji rilevanti tan-notifika tal-inċident mal-ABE u l-BĊE, li għandhom jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn u s-SEBĊ.

Spjegazzjoni

Ara l-Emenda 31.

Emenda 3

Premessa 18

“(18)

Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE tfaċċaw tipi ġodda ta’ servizzi ta’ ħlas, speċjalment fil-qasam tal-ħlasijiet bl-Internet. B’mod partikolari, fornituri terzi (minn hawn ’il quddiem, third party providers, “TPPs”) evolvew, u qed joffru l-hekk-imsejħa servizzi ta’ bidu ta’ ħlas lill-konsumaturi u lin-negozjanti spiss mingħajr ma jidħlu f’pussess tal-fondi li se jiġu trasferiti. Dawk is-servizzi jiffaċilitaw il-ħlasijiet tal-kummerċ elettroniku billi jistabbilixxu pont ta’ softwer bejn il-websajt tan-negozjant u l-pjattaforma bankarja onlajn tal-konsumatur sabiex jinbdew ħlasijiet bl-Internet fuq il-bażi ta’ trasferimenti tal-kreditu jew debiti diretti. It-TPPs joffru alternattiva rħisa għal ħlasijiet bil-kard kemm għan-negozjanti kif ukoll għall-konsumaturi u jipprovdu lill-konsumaturi l-possibbiltà li jixtru onlajn anke jekk ma jkollhomx karti ta’ kreditu. Madankollu, billi t-TPPs bħalissa mhumiex suġġetti għad-Direttiva 2007/64/KE, dawn mhux neċessarjament ikunu taħt superviżjoni minn awtorità kompetenti u ma jsegwux ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/64/KE. Dan iqajjem sensiela ta’ kwistjonijiet legali, bħall-protezzjoni tal-konsumatur, is-sigurtà u r-responsabbiltà kif ukoll kwistjonijiet bħall-kompetizzjoni u l-protezzjoni tad-dejta. Ir-regoli l-ġodda għandhom għalhekk jirrispondu għal dawn il-kwistjonijiet.”

“(18)

Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE tfaċċaw tipi ġodda ta’ servizzi ta’ ħlas, speċjalment fil-qasam tal-ħlasijiet bl-Internet. B’mod partikolari, fornituri terzi (minn hawn ’il quddiem, third party providers, “TPPs”) evolvew, u qed joffru l-hekk imsejħa servizzi ta’ bidu ta’ ħlas jew servizzi ta’ informazzjoni dwar kont lill-konsumaturi, u lin-negozjanti u utenti ta’ servizzi ta’ ħlas oħrajn, spiss mingħajr ma jidħlu f’pussess tal-fondi li se jiġu trasferiti. Servizzi ta’ bidu ta’ ħlas jiffaċilitaw il-ħlasijiet tal-kummerċ billi jistabbilixxu pont ta’ softwer bejn il-websajt tan-negozjant u l-pjattaforma bankarja onlajn tal-konsumatur sabiex jinbdew ħlasijiet bl-Internet fuq il-bażi ta’ trasferimenti tal-kreditu jew debiti diretti jibdew, fuq talba tal-klijent, ordni ta’ ħlas fir-rigward ta’ kont miżmum għand fornitur ta’ servizz ta’ ħlas ieħor, pereżempju permezz ta’ konnessjoni mal-pjattaforma bankarja onlajn tal-klijenti jew bil-ħruġ ta’ strument ta’ ħlas. Servizzi ta’ informazzjoni ta’ kont jipprovdu lil min iħallas b’informazzjoni kkonsolidata fuq kont wieħed jew iżjed miżmuma minn min iħallas ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas wieħed jew iżjed. TPPs jistgħu jipprovdu wkoll kemm servizzi ta’ bidu ta’ ħlas kif ukoll ta’ informazzjoni dwar kont. It-TPPs joffru alternattiva rħisa għal ħlasijiet bil-kard tradizzjonali kemm għan-negozjanti kif ukoll għall-konsumaturi u jipprovdu lill-konsumaturi l-possibbiltà li jixtru onlajn anke jekk ma jkollhomx karti ta’ kreditu. Madankollu, billi t-TPPs bħalissa mhumiex suġġetti għad-Direttiva 2007/64/KE, dawn mhux neċessarjament ikunu taħt superviżjoni minn awtorità kompetenti u ma jsegwux ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/64/KE. Dan iqajjem sensiela ta’ kwistjonijiet legali, bħall-protezzjoni tal-konsumatur, is-sigurtà u r-responsabbiltà kif ukoll kwistjonijiet bħall-kompetizzjoni u l-protezzjoni tad-dejta. Ir-regoli l-ġodda għandhom għalhekk jirrispondu għal dawn il-kwistjonijiet.”

Spjegazzjoni

Huwa ssuġġerit li jiġu deskritti t-tipi kollha ta’ TPPs taħt l-istess premessa, għalhekk il-premessi 18 u 26 ngħaqdu u ssir referenza wkoll għal TPPs li joħorġu strumenti ta’ ħlas, eż. kards ta’ debitu jew ta’ kreditu. Wara l-inklużjoni ta’ din tal-aħħar, qed jiġi ssuġġerit li jitħassar l-eżempju fuq l-alternattiva għal dawn il-kards. Barra minn hekk, il-possibbiltà qed tiġi espressa li s-serivizzi ta’ informazzjoni dwar kont jistgħu jiġu pprovduti, fl-istess ħin, bħala servizzi ta’ bidu ta’ ħlas.

Emenda 4

Premessa 26

“(26)

Bl-iżviluppi teknoloġiċi, f’dawn l-aħħar snin tfaċċaw ukoll firxa ta’ servizzi komplementari, bħal informazzjoni dwar il-kont u servizzi tal-aggregazzjoni tal-kontijiet. Dawn is-servizzi għandhom ikunu wkoll koperti b’din id-Direttiva sabiex il-konsumaturi jingħataw protezzjoni adegwata u ċertezza legali dwar l-istatus tagħhom.”

“(26)

Bl-iżviluppi teknoloġiċi, f’dawn l-aħħar snin tfaċċaw ukoll firxa ta’ servizzi komplementari, bħal informazzjoni dwar il-kont u servizzi tal-aggregazzjoni tal-kontijiet. Dawn is-servizzi għandhom ikunu wkoll koperti b’din id-Direttiva sabiex il-konsumaturi jingħataw protezzjoni adegwata u ċertezza legali dwar l-istatus tagħhom.”

Spjegazzjoni

Din il-premessa ġiet magħquda mal-premessa 18 (Ara l-Emenda 3).

Emenda 5

Premessa 51

“(51)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji li bihom TPPs huma permessi li jaċċessaw u jużaw l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ fondi fuq il-kont tal-utent ta’ servizzi tal-ħlas miżmum ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ieħor. B’mod partikolari, ir-rekwiżiti meħtieġa tal-protezzjoni tad-dejta u tas-sigurtà stabbiliti jew imsemmija f’din id-Direttiva jew inklużi fil-linji gwida tal-ABE għandhom jiġu sodisfatti kemm mit-TPP kif ukoll mill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jipprovdi s-servizz tal-kont tal-utent tas-servizz ta’ ħlas. Min iħallas għandu jagħti kunsens espliċitu lit-TPP biex ikollu aċċess għall-kont ta’ ħlas tiegħu u jiġi infurmat sewwa dwar il-grad ta’ dan l-aċċess. Biex ikun possibbli l-iżvilupp ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas oħra li ma jistgħux jirċievu depożiti, huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jipprovdulhom l-informazzjoni fuq id-disponibbiltà ta’ fondi jekk min iħallas ikun ta l-kunsens tiegħu biex din l-informazzjoni tiġi kkomunikata lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas li joħroġ l-istrument tal-ħlas.”

“(51)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji li bihom TPPs huma permessi li jaċċessaw u jużaw l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ fondi fuq il-kont tal-utent ta’ servizzi tal-ħlas miżmum ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ieħor. B’mod partikolari, ir-rekwiżiti meħtieġa tal-protezzjoni tad-dejta u tas-sigurtà stabbiliti jew imsemmija f’din id-Direttiva jew inklużi fil-linji gwida tal-ABE għandhom jiġu sodisfatti kemm mit-TPP kif ukoll mill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jipprovdi s-servizz tal-kont tal-utent tas-servizz ta’ ħlas. Min iħallas L-utenti tas-servizz ta’ ħlas għandhom jagħtu kunsens espliċitu lit-TPP biex ikollu aċċess għall-kont ta’ ħlas tiegħu tagħhom u jiġu infurmati sewwa dwar il-grad ta’ dan l-aċċess. Biex ikun possibbli l-iżvilupp ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas oħra ġodda li ma jistgħux jirċievu depożiti ma jżommux fondi ta’ min iħallas, huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jżommu kont jipprovdulhom lit-TPP bl-informazzjoni fuq id-disponibbiltà ta’ fondi jekk min iħallas l-utent tas-servizz ta’ ħlas ikun ta l-kunsens tiegħu biex din l-informazzjoni tiġi kkomunikata lit-TPP. lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas li joħroġ l-istrument tal-ħlas.”

Spjegazzjoni

Kjarifika editorjali dwar il-partijiet ikkonċernati.

Emenda 6

Premessa 52

“(52)

Id-drittijiet u l-obbligi tal-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas u l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas għandhom ikunu adegwatament aġġustati biex iqisu l-involviment tat-TPP fit-tranżazzjoni kull meta jintuża s-servizz tal-bidu tal-ħlas. Speċifikament, tqassim ibbilanċjat tar-responsabbiltà bejn il-fornitur tas-servizz ta’ ħlas li jipprovdi s-servizz tal-kont u t-TPP involut fit-tranżazzjoni għandu jobbligahom biex jieħdu f’idejhom ir-responsabbiltà għall-partijiet rispettivi tat-tranżazzjoni li huma fil-kontroll tagħhom u jidentifika b’mod ċar il-parti responsabbli f’każ ta’ inċidenti. F’każ ta’ frodi jew ta’ nuqqas ta’ qbil, it-TPP għandu jkun b’obbligu speċifiku biex jipprovdi lil min iħallas u lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jipprovdi s-servizz tal-kont bir-referenza tat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni tal-awtorizzazzjoni dwar it-tranżazzjoni kkonċernata.”

“(52)

Id-drittijiet u l-obbligi tal-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas u l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas għandhom ikunu adegwatament aġġustati biex iqisu l-involviment tat-TPP fit-tranżazzjoni kull meta jintuża s-servizz tal-bidu tal-ħlas. Speċifikament, tqassim ibbilanċjat tar-responsabbiltà bejn il-fornitur tas-servizz ta’ ħlas li jipprovdi s-servizz tal-kont u t-TPP involut fit-tranżazzjoni għandu jobbligahom biex jieħdu f’idejhom ir-responsabbiltà għall-partijiet rispettivi tat-tranżazzjoni li huma fil-kontroll tagħhom u jidentifika b’mod ċar il-parti responsabbli f’każ ta’ inċidenti. F’każ ta’ frodi jew ta’ nuqqas ta’ qbil, it-TPP għandu jkun b’obbligu speċifiku biex jipprovdi min iħallas lil l-utenti tas-servizz ta’ ħlas u lill- fornitur ta’ servizz ta’ ħlas li jservi l-kont bir-referenza tat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni tal-awtorizzazzjoni dwar it-tranżazzjoni kkonċernata prova li l-utenti tas-servizz ta’ ħlas ġew awtentikati.”

Spjegazzjoni

Ara l-Emendi 19 u 24.

Emenda 7

Premessa 57

“(57)

Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi r-regoli għar-rifużjoni sabiex il-konsumatur jiġi protett meta t-tranżazzjoni ta’ ħlas imwettqa teċċedi l-ammont li seta’ raġonevolment ikun mistenni. Sabiex ma jkunx hemm żvantaġġ finanzjarju għal min iħallas, jeħtieġ li jkun żgurat li d-data tal-valur tal-kreditu ta’ kull rifużjoni ma tkunx aktar tard mid-data meta l-ammont rispettiv ikun ġie debitat. Fil-każ ta’ debiti diretti, fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas għandhom ikunu jistgħu jipprovdu termini saħansitra aktar favorevoli lill-konsumaturi tagħhom, li għandu jkollhom dritt inkondizzjonat għal rifużjoni ta’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ ħlas disputata. Madankollu, dan id-dritt inkondizzjonat tar-rifużjoni li jiżgura l-ogħla livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur mhuwiex ġustifikat f’każijiet meta n-negozjant ikun diġà wettaq il-kuntratt u l-oġġett jew servizz li jikkorrispondi miegħu jkun diġà ġie kkunsmat. F’każijiet meta l-utent jagħmel pretensjoni għal rifużjoni ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas id-drittijiet ta’ rifużjoni ma għandhom jaffettwaw la r-responsabbiltà ta’ min iħallas lejn min jitħallas li tirriżulta mir-relazzjoni sottostanti, pereżempju għall-oġġetti jew servizzi li jkunu ordnati, ikkonsumati jew li jintalbu imposti għalihom b’mod leġittimu, u lanqas id-drittijiet tal-utent f’dak li għandu x’jaqsam ma’ revoka ta’ ordni tal-ħlas.”

“(57)

Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi r-regoli għar-rifużjoni sabiex il-konsumatur jiġi protett meta t-tranżazzjoni ta’ ħlas imwettqa teċċedi l-ammont li seta’ raġonevolment ikun mistenni. Sabiex ma jkunx hemm żvantaġġ finanzjarju għal min iħallas, jeħtieġ li jkun żgurat li d-data tal-valur tal-kreditu ta’ kull rifużjoni ma tkunx aktar tard mid-data meta l-ammont rispettiv ikun ġie debitat. Fil-każ ta’ debiti diretti, fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas għandhom ikunu jistgħu jipprovdu termini saħansitra aktar favorevoli lill-konsumaturi tagħhom, li għandu jkollhom dritt inkondizzjonat għal rifużjoni ta’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ ħlas disputata. Madankollu, dan id-dritt inkondizzjonat tar-rifużjoni li jiżgura l-ogħla livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur mhuwiex ġustifikat f’każijiet meta n-negozjant ikun diġà wettaq il-kuntratt u l-oġġett jew servizz li jikkorrispondi miegħu jkun diġà ġie kkunsmat għal ċerti oġġetti u servizzi jista’ ma jkunx xieraq dritt għal rifużjoni mingħajr kundizzjoni. Għaldaqstant tista’ tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jiddaħħal debitu dirett mingħajr ebda rifużjoni, imma biss għal oġġetti u servizzi stipulati mill-Kummissjoni f’lista u bil-kunsens espliċitu ta’ min iħallas. F’każijiet meta l-utent jagħmel pretensjoni għal rifużjoni ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas id-drittijiet ta’ rifużjoni ma għandhom jaffettwaw la r-responsabbiltà ta’ min iħallas lejn min jitħallas li tirriżulta mir-relazzjoni sottostanti, pereżempju għall-oġġetti jew servizzi li jkunu ordnati, ikkonsumati jew li jintalbu imposti għalihom b’mod leġittimu, u lanqas id-drittijiet tal-utent f’dak li għandu x’jaqsam ma’ revoka ta’ ordni tal-ħlas.”

Spjegazzjoni

Meta d-drittijiet għal rifużjoni jkunu jiddependu fuq ix-xiri sottostanti, dan iqajjem tħassib dwar il-privatezza, kif ukoll tħassib dwar l-effiċjenza u l-ispejjeż. L-adozzjoni ta’ din il-proposta probabbilment tkun tfisser li d-drittijiet għal rifużjoni mingħajr limitu taħt l-iskema attwali ta’ debitu dirett tas-SEPA ma jkunux permessi iktar, biex b’hekk il-konsumaturi jkollhom kundizzjonijiet inqas favorevoli. Il-BĊE minflok jixtieq jissuġġerixxi l-introduzzjoni, bħala regola ġenerali, ta’ dritt ta’ rifużjoni mingħajr kundizzjoni għal perijodu ta’ tmien ġimgħat għad-debiti diretti kollha tal-konsumaturi. Għal oġġetti jew servizzi elenkati għal konsum immedjat, id-debituri u kredituri jistgħu separatament u espliċitament jiftiehmu li m’għandhomx japplikaw drittijiet ta’ rifużjoni. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi lista bħal din permezz ta’ att iddelegat.

Emenda 8

Premessa 80

“(80)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tista’ tistrieħ fuq l-għarfien espert u appoġġ tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), li għandu jkollha l-kompitu li tfassal linji gwida u tipprepara standards tekniċi regolatorji dwar aspetti ta’ sigurtà marbuta mas-servizzi ta’ ħlas, u dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-kuntest tal-provvediment ta’ servizzi u l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet tal-ħlas awtorizzati fi Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji. Dawn il-kompiti speċifiċi huma kompletament konformi mar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-ABE definiti fir-Regolament (KE) Nru 1093/2010, li taħthom l-ABE tkun ġiet stabbilita.”

“(80)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tista’ tistrieħ fuq l-għarfien espert u appoġġ tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), li għandu jkollha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, il-kompitu li tfassal linji gwida u tipprepara standards tekniċi regolatorji dwar aspetti ta’ sigurtà marbuta mas-servizzi ta’ ħlas, u dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-kuntest tal-provvediment ta’ servizzi u l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet tal-ħlas awtorizzati fi Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji. Dawn il-kompiti speċifiċi huma kompletament konformi mar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-ABE definiti fir-Regolament (KE) Nru 1093/2010, li taħthom l-ABE tkun ġiet stabbilita.”

Spjegazzjoni

Aspetti ta’ sigurtà fir-rigward ta’ servizzi ta’ ħlas jaqgħu wkoll fil-kompetenza tal-banek ċentrali. Il-BĊE stabbilixxa, fuq bażi volontarja, kooperazzjoni mill-qrib mas-superviżuri tal-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas fis-SecuRe Pay Forum. Din l-operazzjoni ta’ suċċess għandha tiġi fformalizzata. Il-proposta attwali ma tinkludi l-ebda standards tekniċi regolatorji; għaldaqstant ir-referenza tneħħiet.

Amendment 9

Artikolu 2

“Din id-Direttiva tapplika għas-servizzi tal-ħlas ipprovduti fl-Unjoni, meta kemm il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta’ min iħallas u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta’ min jitħallas, jew il-fornitur uniku tas-servizzi tal-ħlas fit-tranżazzjoni ta’ ħlas, jinsabu fiha. L-Artikolu 78 u t-Titolu III japplikaw ukoll għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas meta l-uniku wieħed mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas ikun jinsab fl-Unjoni, fir-rigward ta’ dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni tal-ħlasijiet li jitwettqu fl-Unjoni.

It-Titolu III japplika għal servizzi ta’ ħlas f’kull valuta. It-Titolu IV japplika għas-servizzi tal-ħlas li jsiru bil-euro jew b’valuta ta’ Stat Membru li qiegħed barra miż-żona tal-euro.”

“1.

Din id-Direttiva tapplika għas-servizzi tal-ħlas ipprovduti fl-Unjoni, meta kemm il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta’ min iħallas u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta’ min jitħallas, jew il-fornitur uniku tas-servizzi tal-ħlas fit-tranżazzjoni ta’ ħlas, jinsabu fiha. L-Artikolu 78 u It-Titolu III u t-Titolu IV, ħlief għall-Artikoli 72 u 74(1), japplikaw ukoll għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas meta l-uniku wieħed mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas ikun jinsab fl-Unjoni, fir-rigward ta’ dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni tal-ħlasijiet li jitwettqu fl-Unjoni.

2.

It-Titoli III u IV għandhom japplikaw għas-servizzi ta’ ħlas fi kwalunkwe munita. It-Titolu IV japplika għas-servizzi tal-ħlas li jsiru bil-euro jew b’valuta ta’ Stat Membru li qiegħed barra miż-żona tal-euro.”

Spjegazzjoni

Sabiex tiġi żgurata protezzjoni komprensiva għall-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas, id-dispożizzjonijiet fuq it-trasparenza u l-valur ta’ kreditu, kif ukoll id-dispożizzjonijiet fuq drittijiet u obbligi dwar l-għoti u l-użu ta’ servizzi ta’ ħlas għandhom japplikaw għal tranżazzjonijiet fejn wieħed biss mill-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas jinsab ġewwa l-Unjoni Ewropea, fir-rigward ta’ dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni li jitwettqu fl-Unjoni.

Amendment 10

Artikolu 4(32)

“32.

‘servizz ta’ bidu ta’ ħlas’ tfisser servizz tal-ħlas li jippermetti aċċess għal kont tal-pagamenti pprovdut minn fornitur terz tas-servizzi tal-ħlas, meta min iħallas jista’ jkunu attivament involut fil-bidu tal-ħlas jew fis-softwer tal-fornitur terz tas-servizzi tal-ħlas, jew meta l-istrumenti tal-ħlas jistgħu jintużaw minn min iħallas jew minn min jitħallas biex jittrażmettu l-kredenzjali ta’ min iħallas fil-kont tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas;”

“32.

‘servizz ta’ bidu ta’ ħlas’ tfisser servizz tal-ħlas li jippermetti aċċess servizz sabiex tibda ordni ta’ ħlas għal kont tal-pagamenti pprovdut minn fornitur terz tas-servizzi tal-ħlas, fuq talba ta’ min iħallas, fir-rigward ta’ kont miżmum minn meta min iħallas jista’ jkunu attivament involut fil-bidu tal-ħlas jew fis-softwer tal-fornitur terz tas-servizzi tal-ħlas, jew meta l-istrumenti tal-ħlas jistgħu jintużaw minn min iħallas jew minn min jitħallas biex jittrażmettu l-kredenzjali ta’ min iħallas fil-kont tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas ieħor;

Spjegazzjoni

Id-definizzjoni għandha tibqa’ kemm jista’ jkun sempliċi u flessibbli sabiex ikunu koperti wkoll soluzzjonijiet futuri. Id-definizzjoni għandha tkun ħielsa minn rekwiżiti jew referenzi għal teknoloġiji speċifiċi.

Amendment 11

Artikolu 4(33)

“33.

‘servizz ta’ informazzjoni dwar il-kont’ tfisser servizz tal-ħlas fejn tkun ipprovduta informazzjoni konsolidata u faċli biex tużaha lil utent ta’ servizz tal-ħlas fuq kont wieħed jew aktar ta’ pagamenti li jkollu l-utent tas-servizz tal-ħlas ma’ fornitur wieħed jew aktar ta’ servizz tal-ħlas;”

“33.

‘servizz ta’ informazzjoni dwar il-kont’ tfisser servizz ipprovdut minn fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas terz tal-ħlas fejn tkun ipprovduta informazzjoni konsolidata u faċli biex tużaha lil utent ta’ servizz tal-ħlas fuq kont wieħed jew aktar ta’ pagamenti li jkollu l-utent tas-servizz tal-ħlas ma’ fornitur wieħed jew aktar ta’ servizz tal-ħlas biex jipprovdi informazzjoni kkonsolidata fuq kont ta’ ħlas wieħed jew iżjed miżmumin minn utent ta’ servizz ta’ ħlas ma’ fornitur ta’ servizz ta’ ħlas wieħed jew iżjed;

Spjegazzjoni

Id-definizzjoni għandha tibqa’ kemm jista’ jkun sempliċi u flessibbli sabiex ikun koperti wkoll soluzzjonijiet futuri. Id-definizzjoni għandha tkun ħielsa minn rekwiżiti jew referenzi għal teknoloġiji speċifiċi.

Emenda 12

Artikolu 4(39)–(43) (ġdid)

L-ebda test

“39.

“kisba ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas” tfisser servizz ta’ ħlas ipprovdut minn fornitur ta’ servizz ta’ ħlas li jikkuntratta ma’ min jitħallas biex jaċċetta u jipproċessa t-tranżazzjonijiet ta’ ħlas ta’ min jitħallas mibdija minn strument ta’ ħlas ta’ min iħallas, li jirriżulta fi trasferiment ta’ fondi lil min jitħallas; is-servizz jista’ jinkludi li jiġu pprovduti l-awtentikazzjoni, l-awtortizzazzjoni, u servizzi oħrajn relatati mal-ġestjoni ta’ flussi finanzjarji lil min jitħallas irrispettivament minn jekk il-fornitur tas-servizz ta’ ħlas iżommx il-fondi f’isem min jitħallas;

40.

“ħruġ ta’ strumenti ta’ ħlas” tfisser servizz ta’ ħlas fejn fornitur ta’ servizz ta’ ħlas jipprovdi direttament jew indirettament lil min iħallas bi strument ta’ ħlas biex jibda, jipproċessa u jissalda t-tranżazzjonijiet ta’ ħlas ta’ min iħallas.

41.

“trasferiment ta’ kreditu” tfisser servizz ta’ ħlas nazzjonali jew transkonfinali għall-ikkreditar ta’ kont ta’ ħlas ta’ min jitħallas bi tranżazzjoni ta’ ħlas jew sensiela ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas minn kont ta’ ħlas ta’ min iħallas mill-PSP li jżomm il-kont ta’ ħlas ta’ min iħallas, skont struzzjoni li tingħata minn min iħallas’;

42.

“ħlas transkonfinali” tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas ipproċessata elettronikament mibdija minn min iħallas jew permezz ta’ min jitħallas fejn il-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas ta’ min iħallas u l-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas ta’ min jitħallas jinsabu fi Stati Membri differenti;

43.

“ħlas nazzjonali” tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas ipproċessata elettronikament mibdija minn min iħallas, jew minn jew permezz ta’ min jitħallas, fejn il-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas ta’ min iħallas u l-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas ta’ min jitħallas jinsabu fl-istess Stat Membru.”

Id-definizzjonijiet ta’ “ħruġ ta’ strumenti ta’ ħlas” u “kisba ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas” għandhom jiżdiedu biex jiġi żgurat li l-fornituri kollha involuti fis-servizzi ta’ ħlas jaqgħu taħt id-direttiva proposta kif imsemmi fl-Anness I. Dawn id-definizzjonijiet għandhom jiġu allinjati mal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq drittijiet ta’ interkambju għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq kards (COM(2013) 550/3); 2013/0265.

Id-definizzjoni ta’ “trasferiment ta’ kreditu” għandha tiġi inkluża billi dan huwa wieħed mill-istrumenti ta’ ħlas bażiċi tar-regolament propost imsemmi hawn fuq. Id-definizzjoni mdaħħla hija allinjata mar-Regolament SEPA. Tiżdied iċ-ċarezza meta jiddaħħlu definizzjonijiet għal “ħlas transkonfinali” u “ħlas nazzjonali”.

Emenda 13

Artikolu 9(1), il-paragrafu introduttorju

“1.

L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jitolbu li istituzzjoni tal-ħlas li tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi tal-ħlas, u sakemm dan ikun marbut ma’ xi attività oħra tan-negozju msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) biex tissalvagwardja fondi li jkunu ġew riċevuti mill-utenti tas-servizzi tal-ħlas jew permezz ta’ fornitur tas-servizzi tal-ħlas ieħor għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas, f’wieħed mill-modi kif ġejjin:”

“1.

L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jitolbu li istituzzjoni tal-ħlas li tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi tal-ħlas, u sakemm dan ikun marbut ma’ xi attività oħra tan-negozju msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) biex tissalvagwardja fondi li jkunu ġew riċevuti mill-utenti tas-servizzi tal-ħlas jew permezz ta’ fornitur tas-servizzi tal-ħlas ieħor għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas, f’wieħed mill-modi kif ġejjin:”

Spjegazzjoni

B’mod konformi mal-għan għall-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ salvagwardja, it-test alternattiv qed jiġi ssuġġerit sabiex jiġi żgurat li l-fondi tal-utent tas-servizz ta’ ħlas għall-istituzzjonijiet kollha ta’ ħlas ikunu protetti b’mod adegwat, irrispettivament jekk ikunux qed iwettqu attivitajiet ta’ negozju oħrajn.

Emenda 14

Artikolu 12(1)

“1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw awtorizzazzjoni maħruġa lil istituzzjoni tal-ħlas biss meta l-istituzzjoni tkun tinsab f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(…)

(c)

ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni jew tonqos milli tinforma l-awtorità kompetenti dwar żviluppi ewlenin f’dan ir-rigward;”

“1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw awtorizzazzjoni maħruġa lil istituzzjoni tal-ħlas biss meta l-istituzzjoni tkun tinsab f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(…)

(c)

ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni jew tonqos milli tinforma l-awtorità kompetenti dwar żviluppi ewlenin f’dan ir-rigward jew sabiex jiġi pprovdut rappurtar statistiku preċiż;”

Spjegazzjoni

Huwa essenzjali li tiġi pprovduta informazzjoni statistika preċiża għall-monitoraġġ tar-riskju relatat ma’ istituzzjonijiet ta’ ħlas.

Emenda 15

Artikolu 25(2)

“2.

L-Istati Membri, minbarra dan, jippermettu bdil ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u dawn li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet tal-ħlas;

(b)

il-Bank Ċentrali Ewoprew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Stati Membri, fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji u ta’ superviżjoni, u, meta xieraq, awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli biex jissorveljaw sistemi ta’ ħlas u ta’ settlement;

(c)

awtoritajiet rilevanti oħra maħtura skont din id-Direttiva, id-Direttiva 2005/60/KE u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, bħal-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu;

(d)

l-ABE, fil-kapaċità tagħha li tikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti ta’ mekkaniżmi ta’ sorveljanza kif imsemmi fl-Artikolu 1(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

“2.

L-Istati Membri, minbarra dan, jippermettu bdil ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u dawn li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet tal-ħlas;

(b)

il-Bank Ċentrali Ewoprew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Stati Membri, fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji u ta’ superviżjoni, u, meta xieraq, awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli biex jissorveljaw sistemi ta’ ħlas u ta’ settlement;

(c)

awtoritajiet rilevanti oħra maħtura skont din id-Direttiva, id-Direttiva 2005/60/KE u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, bħal-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu;

(d)

l-ABE, fil-kapaċità tagħha li tikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti ta’ mekkaniżmi ta’ sorveljanza kif imsemmi fl-Artikolu 1(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u fejn ikun xieraq;

(e)

l-Europol, fil-kapaċità tiegħu ta’ aġenżija ta’ infurzar tal-liġi tal-Unjoni responsabbli biex jassisti u jikkoordina approċċ komuni fost awtoritajiet tal-pulizija kompetenti tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra r-reati serji u organizzati u t-terroriżmu inkluż l-iffalsifikar tal-euro, l-iffalsifikar tal-flus u mezzi oħra ta’ ħlas.

Spjegazzjoni

L-Europol għandu jiżdied bħala awtorità addizzjonali li magħha l-awtoritajiet għandhom ikunu jistgħu jaqsmu l-informazzjoni, fid-dawl tal-kompetenza u ħila teknika tiegħu fl-investigazzjoni u l-koordinazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, tal-ġlieda kontra, fost l-oħrajn, l-iffalsifikar tal-euro u reati finanzjarji serji li jinvolvu mezzi ta’ ħlas. Ara l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI (3).

Emenda 16

Artikolu 27(5)(a) (ġdid)

L-ebda test

“5.

(a)

Persuni legali jew naturali li jwettqu attivitajiet ta’ negozju msemmijin fil-punt 7 tal-Anness I m’għandhomx ikunu suġġetti għal rinunzja.”

Spjegazzjoni

Billi fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont għandhom jipprovdu aċċess għal TPPs, li dawn ikunu jistgħu jiksbu rinunzja minn rekwiżiti superviżorji, jista’ jwassal għal riskji mhux antiċipati. Barra minn dan, is-servizzi li TPPs joffru normalment jiġu pprovduti fuq l-Internet u għalhekk mhumiex limitati għal Stat Membru wieħed. Għaldaqstant, it-TPPs m’għandhomx ikunu jistgħu jiksbu rinunzja.

Emenda 17

Artikolu 35(2)

“2.

Għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas nazzjonali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jnaqqsu jew jirdoppjaw l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu jżidu dawk l-ammonti sa EUR 500 fil-każ ta’ strumenti ta’ ħlas mħallsa minn qabel.”

“2.

Għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas nazzjonali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jnaqqsu jew jirdoppjaw l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu jżidu dawk l-ammonti sa EUR 500 fil-każ ta’ strumenti ta’ ħlas mħallsa minn qabel.”

Spjegazzjoni

Għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas nazzjonali, jiġifieri dawk li ma humiex transkonfinali, ma jidhirx li huwa neċessarju li l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jitħallew jaġġustaw b’mod sinifikanti l-ammonti ta’ ħlas massimi fl-Artikolu 35(1) minħabba d-deroga għal strumenti ta’ ħlas ta’ valur baxx. Barra minn hekk, jekk jitħalla jsir dan l-aġġustament ikun hemm sistemi nazzjonali diverġenti ħafna fuq id-deroga u dan jikkonfliġġi mal-għan ta’ suq Ewropew ta’ ħlasijiet bl-imnut integrat u armonizzat.

Emenda 18

Artikolu 39

“(d)

meta applikabbli, l-ammont ta’ kwalunkwe imposti għat-tranżazzjoni ta’ ħlas, u meta applikabbli, tqassim dettaljat tiegħu.”

“(d)

meta applikabbli, l-ammont ta’ kwalunkwe imposti għat-tranżazzjoni ta’ ħlas, pagabbli lill-fornitur tas-servizz ta’ ħlas terz u, meta applikabbli, tqassim dettaljat tiegħu tal-ammonti ta’ dawn l-imposti.

Spjegazzjoni

Din iż-żieda tipprovdi kjarifika li fir-rigward ta’ imposti, fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas terżi ser ikunu jistgħu jispeċifikaw l-imposti tagħhom stess; mhux imposti miġburin mill- fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont.

Emenda 19

Artikolu 40

“Meta ordni ta’ ħlas tkun mibdija mis-sistema tal-fornitur terz innifsu tas-servizzi tal-ħlas, f’każ ta’ frodi jew ta’ tilwima huwa jagħmel disponibbli lil min iħallas u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jisservisja l-kont, ir-referenza tat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni tal-awtorizzazzjoni.”

“Meta ordni ta’ ħlas tkun mibdija mis-sistema tal-fornitur terz innifsu tas-servizzi tal-ħlas, f’każ ta’ frodi jew ta’ tilwima huwa jagħmel disponibbli lil min iħallas u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jisservisja l-kont, ir-referenza tat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni tal-awtorizzazzjoni prova li l-utent ġie awtentikat skont l-Artikolu 58(2).”

Spjegazzjoni

Billi karatterisitiċi ta’ sigurtà personalizzati ma għandhomx jibqgħu jinqasmu, it-TPP fil-każ ta’ kwistjoni jew frodi irid jipprova li (a) il-PSP kkonferma lit-TPP li t-tranżazzjoni ġiet awtortizzata jew (b) li l-klijent kien mingħajr ebda dubju awtentikat skont il-karatterisitiċi ta’ sigurtà personalizzati maħruġin mit-TPP.

Amendment 20

Artikolu 41

“Immedjatament wara r-riċevuta tal-ordni ta’ ħlas, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta’ min iħallas jipprovdi jew jagħmel disponibbli lil min iħallas, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 37(1) l-informazzjoni li ġejja: […].”

“Immedjatament wara r-riċevuta tal-ordni ta’ ħlas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont għandu, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta’ min iħallas jipprovdi jew jagħmel disponibbli lil min iħallas, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 37(1) l-informazzjoni li ġejja: […].”

Spjegazzjoni

Din il-bidla tipprovdi kjarifika li dan l-artikolu jirreferi biss għall-fornituri tas-servizz ta’ ħlas li jservu l-kont, billi l-obbligi ta’ TPPs diġà huma spjegati fl-Artikolu 39. Dan japplika għal sitwazzjonijiet fejn huma involuti TPPs kif ukoll għal servizzi ta’ ħlas tradizzjonali.

Emenda 21

Artikolu 45(5)(g), (ġdid)

L-ebda test

(g)

informazzjoni mill-fornitur ta’ servizz ta’ las fuq id-dritt tal-utent ta’ servizz ta’ ħlas li jibblokka kwalunkwe servizz ta’ bidu ta’ ħlas mill-kont tal-utent ta’ servizz ta’ ħlas, jew jistabbilixxi listi pożittivi jew negattivi ta’ TPPs.

Spjegazzjoni

L-utenti ta’ servizz ta’ ħlas ser ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom taħt l-Artikolu 59a (ġdid) propost biex jiġu bblokkati servizzi ta’ bidu ta’ ħlas jew biex jiġu stabbiliti listi pożittivi jew negattivi għal TPPs speċifiċi jekk jiġu infurmati f’dan is-sens.

Emenda 22

Artikolu 54(1)

“1.

Meta l-utent tas-servizz tal-ħlas ma jkunx konsumatur, l-utent tas-servizz tal-ħlas u l-fornitur tas-servizz ta’ ħlas jistgħu jiftiehmu li l-Artikoli 55(1), l-Artikolu 57(3), u l-Artikoli 64, 66, 67, 68, 71 u 80 ma japplikawx għal kollox jew lanqas parzjalment. L-utent tas-servizz ta’ ħlas u l-fornitur tas-servizz ta’ ħlas jista’ jiftiehem ukoll dwar perjodu ta’ żmien differenti minn dak stabbilit fl-Artikolu 63.”

“1.

Meta l-utent tas-servizz tal-ħlas ma jkunx konsumatur, l-utent tas-servizz tal-ħlas u l-fornitur tas-servizz ta’ ħlas jistgħu jiftiehmu li l-Artikoli 55(1), l-Artikolu 57(3), u l-Artikoli 59, 64, 66, 67, 68, 71 u 80 ma japplikawx għal kollox jew lanqas parzjalment. L-utent tas-servizz ta’ ħlas u l-fornitur tas-servizz ta’ ħlas jista’ jiftiehem ukoll dwar perjodu ta’ żmien differenti minn dak stabbilit fl-Artikolu 63.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-Emenda 26.

Emenda 23

Artikolu 56(2)

“2.

Għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas nazzjonali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jnaqqsu jew jirdoppjaw l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1. Fir-rigward ta’ strumenti tal-ħlas imħallsa minn qabel huma jistgħu jżidu l-ammonti sa EUR 500.”

“2.

Għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas nazzjonali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jnaqqsu jew jirdoppjaw l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1. Fir-rigward ta’ strumenti tal-ħlas imħallsa minn qabel huma jistgħu jżidu l-ammonti sa EUR 500.”

Spjegazzjoni

Għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas nazzjonali, jiġifieri dawk li ma humiex transkonfinali, ma jidhirx li huwa neċessarju li Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jiġu permessi li jaġġustaw b’mod sinifikanti l-ammonti ta’ ħlas massimi fl-Artikolu 56(1) minħabba d-deroga għal strumenti ta’ ħlas ta’ valur baxx. Barra minn hekk, jekk jitħalla dan l-aġġustament ikun hemm sistemi nazzjonali diverġenti ħafna fuq id-deroga u dan jikkonfliġġi mal-għan ta’ suq Ewropew ta’ ħlasijiet bl-imnut integrat u armonizzat.

Emenda 24

Artikolu 58

“1.

L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas ikollu d-dritt li jagħmel użu minn fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza biex jikseb is-servizzi ta’ ħlas li jippermettu l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas kif imsemmi fil-punt (7) tal-Anness I.

2.

Meta fornitur tas-servizz tal-ħlas ta’ parti terza jkun ġie awtorizzat minn min iħallas biex jipprovdi servizzi tal-ħlas skont il-paragrafu 1, huwa jirrispetta l-obbligi li ġejjin:

(a)

li jiżgura li l-karatteristiċi personalizzati tas-sigurtà tal-utent ta’ servizzi ta’ ħlas ma jkunux aċċessibbli għal partijiet oħra;

(b)

li jawtentika lilu nnifsu b’mod inekwivokabbli lejn il-fornitur(i) tas-servizz tal-ħlas għall-manteniment tal-kontijiet tas-sid tal-kont.

(c)

li ma jaħżinx dejta sensittiva dwar il-ħlas jew il-kredenzjali tas-sigurtà personalizzati tal-utent ta’ servizzi ta’ ħlas.

3.

Meta, għal servizz ta’ inizjazzjoni tal-ħlas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet jirċievi l-ordni għall-ħlas ta’ min iħallas permezz tas-servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza, dan tal-ewwel jgħarraf immedjatament lil dan tal-aħħar bil-wasla tal-ordni tal-ħlas u jipprovdi informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ fondi suffiċjenti għal tranżazzjoni ta’ pagament speċifikat.

4.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont jittrattaw l-ordnijiet għall-ħlas trażmessi permezz tas-servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza mingħajr ebda diskriminazzjoni għal raġunijiet oħra, għajr dawk oġġettiv f’termini ta’ żmien u ta’ prijorità fil-konfront ta’ ordnijiet tal-ħlas trażmessi direttament minn min iħallas innifsu.”

“1.

L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas utent ta’ servizz ta’ ħlas ikollu d-dritt li jagħmel użu minn fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza biex jikseb is-servizzi ta’ ħlas li jippermettu ibbażati fuq l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas kif imsemmi fil-punt (7) tal-Anness I.

2.

Meta fornitur tas-servizz tal-ħlas ta’ parti terza jkun ġie awtorizzat minn min iħallas mill-utent ta’ servizz ta’ ħlas biex jipprovdi servizzi tal-ħlas skont il-paragrafu 1, huwa jirrispetta l-obbligi li ġejjin:

(a)

li jiżgura li l-karatteristiċi personalizzati tas-sigurtà tal-utent ta’ servizzi ta’ ħlas ma jkunux aċċessibbli għal partijiet oħra awtentikazzjoni qawwija tal-klijent għall-bidu ta’ ħlasijiet jew aċċess għall-informazzjoni dwar kont billi:

i.

l-utent tas-servizz ta’ ħlas jiġi ridirett b’mod sigur lejn il-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas li jservi l-kont għal din l-awtentikazzjoni; jew

ii.

jinħareġ bil-karatteristiċi tas-sigurtà personalizzati tiegħu stess għal din l-awtentikazzjoni.

Il-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas terz li jipprovdi s-servizz tal-kont ma għandux jitħalla jikseb il- karatteristiċi tas-sigurtà personalizzati tal-utent tas-servizz ta’ ħlas maħruġ mill-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont.

(b)

li jawtentika lilu nnifsu b’mod inekwivokabbli lejn il-fornitur(i) tal-utent tas-servizz tal-ħlas għall-manteniment tal-kontijiet tas-sid tal-kont tal-utent tas-servizz ta’ ħlas.

(c)

li ma jaħżinx dejta sensittiva tal-utent tas-servizz ta’ ħlas jew il-kredenzjali tas-sigurtà personalizzati tal-utent ta’ servizzi ta’ ħlas miksuba meta jkun hemm aċċess għall-kont ta’ ħlas tal-utenti ta’ servizz ta’ ħlas, apparti minn informazzjoni għall-identifikazzjoni ta’ ħlas mibdi minn fornitur ta’ servizz ta’ ħlas terz bħan-numru ta’ referenza, l-IBAN ta’ min iħallas u ta’ min jitħallas, informazzjoni ta’ referenza oħra u l-informazzjoni tas-sistema ta’ settlement, u ma tintużax dejta għal finijiet oħrajn minn dawk espliċitament mitluba mill-utent tas-servizz ta’ ħlas.

3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont jipprovdu faċilitajiet biex jirċievu ordnijiet ta’ ħlas minn fornituri ta’ servizz ta’ ħlas terz u jaċċettaw ridirezzjoni kif msemmi fil-paragrafu (2) ta’ dan l-artikolu.

4. 3.

Meta, għal servizz ta’ inizjazzjoni tal-ħlas, l-ordni ta’ ħlas tintbagħat permezz tas-servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas terz, fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont jirċievi l-ordni għall-ħlas ta’ min iħallas permezz tas-servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza, għandu jinnotifika minnufih lil tal-aħħar tal-ewwel bil- wasla konsenja tal-ordni tal-ħlas u jipprovdi informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ fondi suffiċjenti għal tranżazzjoni ta’ pagament speċifikat.

5. 4.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont jittrattaw l-ordnijiet għall-ħlas trażmessi permezz tas-servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza mingħajr ebda diskriminazzjoni għal raġunijiet oħra, għajr dawk oġġettiv f’termini ta’ żmien u ta’ prijorità fil-konfront ta’ ordnijiet tal-ħlas trażmessi direttament minn min iħallas innifsu.

6.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont, għandhom joffru, meta jkun disponibbli, interface standardizzat sigur għal servizz ta’ ħlas terz ibbażat fuq aċċess għal kontijiet ta’ ħlas. L-istandard Ewropew għandu jkun bbażat fuq linja gwida mill-ABE fi […] tad-dħul mis-seħħ ta’ din id-direttiva, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, u jinkludi, bħala minimu, speċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali għat-trażmissjoni ta’ ordni ta’ ħlas bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont u l-fornitur tas-servizz ta’ ħlas terz skont 2(a)(i), u għall-awtentikazzjoni inekwivoka tal-fornitur tas-servizz ta’ ħlas terz, kif imsemmi f’2(b).

Huwa prinċipju bażiku tas-sigurtà fl-IT li l-kredenzjali użati għall-awtentikazzjoni tal-utent tas-servizz ta’ ħlas ma jinqasmu mal-ebda terza persuna. Għaldaqstant TPPs għandhom jiżguraw awtentikazzjoni tal-klijent b’saħħitha jew billi: (a) l-utent tas-servizz ta’ ħlas jiġi ridirett b’mod sigur lill- fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont; jew (b) billi joħroġ huwa stess il-karatteristiċi tas-sigurtà personalizzati. Iż-żewġ għażliet għandhom jiffurmaw parti minn interface Ewropew tekniku standardizzat għall-aċċess ta’ kont għal ħlas.

Dan l-interface standardizzat sigur għal fornituri ta’ servizz terzi għal aċċess għal informazzjoni ta’ kont ta’ ħlas għandu jkun bbażat fuq standard Ewropew miftuħ u jippermetti, mat-traspożizzjoni tal-proposta, kwalunkwe TPP li jkollu aċċess għal kontijiet ta’ ħlas fi kwalunkwe PSP ġewwa l-Unjoni. Dan l-interface għandu jiġi ddefinit ftit wara li tiġi adottata d-direttiva proposta, mill-ABE f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE u jinkludi bħala minimu, speċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali kif ukoll proċeduri relatati.

Barra minn hekk, fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas terzi għandhom: (a) jipproteġu l-karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati tal-utenti tas-servizz ta’ ħlas; (b) jawtentikaw lilhom innifishom b’mod inekwivoku fil-konfront tal-kont tal-utent tas-servizz ta’ ħlas li jisservisja lill-fornitur(i) ta’ servizzi ta’ ħlas; (c) m’għandhomx jaħżnu dejta miksuba meta jkollhom aċċess għas-servizz ta’ ħlas tal-kont ta’ ħlas tal-utent, apparti mill-informazzjoni li tidentifika ħlas mibdi minn TPPs, bħan-numru ta’ referenza, l-IBAN ta’ min iħallas u min jitħallas kif ukoll l-ammont tat-tranżazzjoni; u (d) ma jużawx dejta għal xi skop ieħor għajr għal finijiet li huma espressament permessi mill-utent tas-servizz ta’ ħlas.

Emenda 25

Artikolu 59

Artikolu 59

Aċċess għal u l-użu ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet tal-ħlas minn emittenti tal-istrumenti tal-ħlas li huma parti terza

1.

L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas ikollu d-dritt li jagħmel użu mill-emittent tal-istrument tal-ħlas ta’ parti terza.

2.

Jekk min iħallas ikun ta l-kunsens tiegħu lil emittent tal-istrument tal-ħlas ta’ parti terza li jkun ipprovda lil min iħallas bi strument tal-ħlas biex jikseb informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ biżżejjed fondi għal tranżazzjoni ta’ ħlas speċifika fuq kont tal-ħlas speċifiku li jkun ta’ min iħallas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet tal-ħlas speċifiku jipprovdi din l-informazzjoni lill-emittent tal-istrument tal-ħlas ta’ parti terza mal-wasla tal-ordni tal-ħlas ta’ min iħallas.

3.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont jittrattaw l-ordnijiet għall-ħlas trażmessi permezz tas-servizzi ta’ emittent ta’ strument ta’ pagament ta’ parti terza mingħajr ebda diskriminazzjoni għal raġunijiet oħra, għajr dawk oġġettivi f’termini ta’ żmien u ta’ prijorità fir-rigward ta’ ordnijiet tal-ħlas trażmessi direttament u personalment minn min iħallas.”

“Artikolu 59

Aċċess għal u l-użu ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet tal-ħlas minn emittenti tal-istrumenti tal-ħlas li huma parti terza

1.

L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas ikollu d-dritt li jagħmel użu mill-emittent tal-istrument tal-ħlas ta’ parti terza.

2.

Jekk min iħallas ikun ta l-kunsens tiegħu lil emittent tal-istrument tal-ħlas ta’ parti terza li jkun ipprovda lil min iħallas bi strument tal-ħlas biex jikseb informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ biżżejjed fondi għal tranżazzjoni ta’ ħlas speċifika fuq kont tal-ħlas speċifiku li jkun ta’ min iħallas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet tal-ħlas speċifiku jipprovdi din l-informazzjoni lill-emittent tal-istrument tal-ħlas ta’ parti terza mal-wasla tal-ordni tal-ħlas ta’ min iħallas.

3.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont jittrattaw l-ordnijiet għall-ħlas trażmessi permezz tas-servizzi ta’ emittent ta’ strument ta’ pagament ta’ parti terza mingħajr ebda diskriminazzjoni għal raġunijiet oħra, għajr dawk oġġettivi f’termini ta’ żmien u ta’ prijorità fir-rigward ta’ ordnijiet tal-ħlas trażmessi direttament u personalment minn min iħallas.”

Spjegazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu fuq l-aċċess għal u l-użu ta’ informazzjoni dwar kont ta’ ħlas minn PSPs terz li joħorġu strumenti ta’ ħlas, eż. kards ta’ ħlas huma sostanzjalment identiċi ma’ dawk tal-Artikolu 58 li jirregola l-aċċess għal u l-użu ta’ informazzjoni dwar kont ta’ ħlas minn PSPs terzi. Għaldaqstant, l-Artikolu 59 għandu jitħassar mingħajr ebda riskju għaċ-ċertezza legali għall-PSPs u għal min iħallas li jużaw is-servizzi tagħhom.

Emenda 26

Artikolu 59 (ġdid)

L-ebda test

“Artikolu 59. Min iħallas għandu jkollu d-dritt li: (i) jagħti struzzjonijiet lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont tiegħu li jibblokka kull servizz ta’ bidu ta’ ħlas mill-kont ta’ ħlas ta’ min iħallas; (ii) jibblokka kull servizz ta’ bidu ta’ ħlas mibdi minn fornituri ta’ servizz ta’ ħlas terz speċifikat wieħed jew iżjed; jew (iii) jawtorizza biss servizzi ta’ bidu ta’ ħlas mibdija minn fornituri ta’ servizz ta’ ħlas terz speċifikat wieħed jew iżjed.”

Spjegazzjoni

Skont id-dispożizzjonijiet fuq il-protezzjoni tal-konsumatur u s-salvagwardji għall-utenti ta’ servizz ta’ ħlas li hemm fil-Premessa 13 u l-Artikolu 5(3)(d)(iii) tar-regolament SEPA, u biex tiġi żgurata konsistenza legali, għandu jiżdied artikolu ġdid li jiggarantixxi utenti ta’ servizz ta’ ħlas id-dritt li jagħtu struzzjonijiet lill-PSPs tagħhom biex jistabbilixxu listi pożittivi jew negattivi speċifiċi ta’ TPPs. Iżda din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal utenti ta’ ħlas għajr għal konsumaturi (ara l-Emenda 22). Billi l-istruzzjonijiet għandhom jiġu mingħand min iħallas, dan m’għandux ikopri l-imblukkar difolt ġeneralizzat jew l-inklużjoni tal-imblukkar ġeneralizzat ta’ TPPs fit-termini u l-kundizzjonijiet jew kuntratti ta’ PSP.

Emenda 27

Artikolu 65(2)

“2.

Meta jkun involut il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas iħallas lura l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata u meta applikabbli, ireġġa’ lura l-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata ma seħħitx. Jista’ jkun applikabbli kumpens finanzjarju lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet mill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza.”

“2.

Meta jkun involut il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas iħallas lura l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata u meta applikabbli, ireġġa’ lura l-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata ma seħħitx. Jista’ jkun applikabbli Għandu jiġi pprovdut skont l-Artikolu 82 kumpens finanzjarju lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet mill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza.”

Spjegazzjoni

Minn perspettiva ta’ protezzjoni tal-klijent, huwa naturali li min iħallas idur fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont għal rifużjoni, billi r-relazzjoni tagħhom ma’ TPP tista’ sseħħ biss fuq bażi ta’ darba, eż. għall-bidu ta’ ħlas. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont ikun jista’ mbagħad jitlob kumpens mit-TPP, sakemm it-TPP ma jippruvax li ma kienx responsabbli għall-iżball. Il-kumpens għat-TPP għandu jsegwi l-istess regoli għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni, eżekuzzjoni difettuża jew tardiva ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas bis-saħħa tal-Artikolu 80 kif ukoll dritt għal azzjoni legali bis-saħħa tal-Artikolu 82. Dan il-kumpens jista’, pereżempju, ikun disponibbli meta TPP ikun ħareġ il-karatteristiċi ta’ sigurtà tiegħu stess, eż. għal kard ta’ ħlas.

Emenda 28

Artikolu 66(1)

“1.

B’deroga mill-Artikolu 65, min iħallas jista’ jkun obbligat iġorr it-telf relatat ma’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata, sa massimu ta’ EUR 50, li jirriżulta mill-użu ta’ strument tal-ħlas mitluf jew misruq jew mill-misapprorjazzjoni ta’ strument tal-ħlas.

Min iħallas iġarrab it-telf kollu li jirrigwarda tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati jekk hu jkun ġarrabhom b’aġir frodulenti jew billi jkun naqas milli jissodisfa xi obbligu jew obbligi skont l-Artikolu 61 b’intenzjoni jew bi traskuraġni serja. F’tali każijiet, l-ammont massimu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma japplikax. Għall-ħlasijiet permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ma jeħtieġx awtentikazzjoni serja tal-klijent, min iħallas ibati biss kwalunkwe konsegwenzi finanzjarji meta jkun aġixxa b’mod frodulenti. Jekk min jitħallas jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min jitħallas jonqsu milli jaċċettaw awtentikazzjoni serja tal-klijent, huma jħallsu lura d-dannu finanzjarju kkawżat lill-fornitur tas-servizzi tal-pagamenti ta’ min iħallas.”

“1.

B’deroga mill-Artikolu 65, min iħallas jista’ jkun obbligat iġorr it-telf relatat ma’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata, sa massimu ta’ EUR 50, li jirriżulta mill-użu ta’ strument tal-ħlas mitluf jew misruq jew mill-misapprorjazzjoni ta’ strument tal-ħlas.

Min iħallas iġarrab it-telf kollu li jirrigwarda tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati jekk hu jkun ġarrabhom b’aġir frodulenti jew billi jkun naqas milli jissodisfa xi obbligu jew obbligi skont l-Artikolu 61 b’intenzjoni jew bi traskuraġni serja. F’tali każijiet, l-ammont massimu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma japplikax. Għall-ħlasijiet permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod mMeta l-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ma jeħtieġx awtentikazzjoni serja tal-klijent, min iħallas ibati biss kwalunkwe konsegwenzi finanzjarji meta jkun aġixxa b’mod frodulenti. Jekk min jitħallas jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min jitħallas jonqsu milli jaċċettaw awtentikazzjoni serja tal-klijent, huma jħallsu lura d-dannu finanzjarju kkawżat lill-fornitur tas-servizzi tal-pagamenti ta’ min iħallas.”

Spjegazzjoni

Il-konsumaturi għandhom jiġu żgurati protezzjoni simili irrispettivament mill-kanal ta’ bidu ta’ ħlas.

Emenda 29

Artikolu 67(1)

“1.

L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas ikun intitolat għal ħlas lura mill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas tiegħu għal tranżazzjoni ta’ ħlas awtorizzata li tkun diġa twettqet, mibdija minn min jitħallas jew permezz tiegħu, jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

[...] Għad-debiti diretti min iħallas ikollu dritt mingħajr kundizzjonijiet għal ħlas lura fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 68, ħlief meta min jitħallas ikun diġà ssodisfa l-obbligi kuntrattwali u s-servizzi jkunu diġà ġew irċevuti jew l-oġġetti jkunu diġà ġew ikkunsmati minn min iħallas. Bit-talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas, min jitħallas iġorr il-piż biex jagħti prova li l-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu huma ssodisfati.”

“1.

L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas ikun intitolat għal ħlas lura mill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas tiegħu għal tranżazzjoni ta’ ħlas awtorizzata li tkun diġa twettqet, mibdija minn min jitħallas jew permezz tiegħu, jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

[...] Għad-debiti diretti min iħallas ikollu dritt mingħajr kundizzjonijiet għal ħlas lura fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 68, ħlief meta min jitħallas ikun diġà ssodisfa l-obbligi kuntrattwali u s-servizzi jkunu diġà ġew irċevuti jew l-oġġetti jkunu diġà ġew ikkunsmati minn min iħallas. Madankolluu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi lista eżawrjenti ta’ oġġetti u servizzi li jistgħu jiġu pprovduti soġġetti għal debitu dirett mingħajr rifużjoni. Kemm min iħallas kif ukoll min jitħallas huwa meħtieġ li jiftiehem separatament fuq debitu dirett mingħajr rifużjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe oġġett u servizz elenkati bħal dan u jsemmi b’mod ċar in-nuqqas ta’ dritt ta’ rifużjoni mingħajr kundizzjoni fil-mandat. Bit-talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas, min jitħallas iġorr il-piż biex jagħti prova li l-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu huma ssodisfati.”

Spjegazzjoni

Meta d-drittijiet għal rifużjoni jiddependu fuq ix-xiri sottostanti dan iqajjem tħassib fuq il-privatezza, kif ukoll tħassib dwar l-effiċjenza u l-ispejjeż. L-adozzjoni ta’ din il-proposta probabbilment tkun tfisser li d-drittijiet għal rifużjoni mingħajr limitu taħt l-iskema attwali ta’ debitu dirett tas-SEPA ma jkunux permessi iktar, biex b’hekk il-konsumaturi jkollhom kundizzjonijiet inqas favorevoli. Il-BĊE jissuġġerixxi l-introduzzjoni, bħala regola ġenerali, ta’ dritt ta’ rifużjoni mingħajr kundizzjoni għal perijodu ta’ tmien ġimgħat għad-debiti diretti kollha tal-konsumaturi. Għal oġġetti jew servizzi elenkati għal konsum immedjat, id-debituri u l-kredituri jistgħu separatament u espliċitament jiftiehmu li m’għandhomx japplikaw drittijiet ta’ rifużjoni. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi lista bħal din permezz ta’ att iddelegat.

Emenda 30

Artikolu 82(1)

“1.

Meta r-responsabbiltà ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas skont l-Artikolu 80 hija attribwibbli għal fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ieħor jew għal intermedjarju, dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew intermedjarju jikkumpensa lill-ewwel fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għal kwalunkwe telf imġarrab jew somom mħallsa skont l-Artikolu 80. Dan jinkludi kumpens meta kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas jonqsu milli jużaw awtentikazzjoni serja tal-klijenti.”

“1.

Meta r-responsabbiltà ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas skont l-Artikolu 65 u l-Artikolu 80 hija attribwibbli għal fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ieħor jew għal intermedjarju, dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew intermedjarju jikkumpensa lill-ewwel fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għal kwalunkwe telf imġarrab jew somom mħallsa skont l-Artikolu 65 u l-Artikolu 80. Dan jinkludi kumpens meta kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas jonqsu milli jużaw awtentikazzjoni serja tal-klijenti.”

Explanation

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati għandhom ikunu koperti wkoll taħt id-dritt għal azzjoni legali. Biex tiġi pprovduta iktar ċarezza, ta’ min jiddefinixxi t-terminu “intermedjarju” fid-direttiva proposta.

Emenda 31

Artikolu 85

Artikolu 85

Security requirements and incident notification

1.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas huma suġġetti għal Direttiva [id-Direttiva NIS] u b’mod partikolari l-ġestjoni tar-riskju u r-rekwiżiti tar-rappurtaġġ tal-inċidenti fl-Artikoli 14 u 15 fih.

2.

L-Awtorità nnominata fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva [Id-Direttiva NIS] tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju u lill-ABE bin-notifiki tal-inċidenti NIS li jkunu waslu mingħand fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas.

3.

Mal-wasla tan-notifika, u meta rilevanti, l-ABE tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra.

4.

Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(4) [id-Direttiva NIS], meta l-inċident relatat mas-sigurtà jkollu l-potenzjal li jolqot l-interessi finanzjarji tal-utenti tas-servizzi ta’ ħlas tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas, l-Awtorità tinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas tal-inċident u tinfurmahom dwar miżuri ta’ mitigazzjoni possibbli li dawn jistgħu jieħdu min-naħa tagħhom sabiex jiġu mitigati l-effetti negattivi tal-inċident.”

Artikolu 85

Security requirements and incident notification

1.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas huma suġġetti għal Direttiva [id-Direttiva NIS] u b’mod partikolari l-ġestjoni tar-riskju u r-rekwiżiti tar-rappurtaġġ tal-inċidenti fl-Artikoli 14 u 15 fih Il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas għandhom jistabbilixxu qafas b’miżuri ta’ mitigazzjoni u mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa għall-ġestjoni ta’ riskji operattivi, inklużi riskji ta’ sigurtà, relatati ma’ servizzi ta’ ħlas li huma jipprovdu. Bħala parti minn dan il-qafas, il-fornituri ta’ servizz ta’ ħlas għandhom jiddefinixxu u jżommu fis-seħħ proċeduri effettivi ta’ ġestjoni ta’ inċidenti, inkluża l-klassifikazzjoni ta’ inċidenti ewlenin.

2.

L-Awtorità nnominata fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva [Id-Direttiva NIS] tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju u lill-ABE bin-notifiki tal-inċidenti NIS li jkunu waslu mingħand fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas. Fil-każ ta’ inċident operattiv maġġuri, inklużi inċidenti tas-sigurtà, il-fornituri ta’ servizz ta’ ħlas għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru domestiku skont din id-Direttiva dwar l-inċident.

3.

Mal-wasla tan-notifika, u meta rilevanti, l-ABE tinnotifika lill-awtorità kompetenti fl-Istati Membru l-oħra domestiku skont din id-direttiva għandha tivvaluta r-rilevanza tal-inċident għal awtoritajiet oħrajn, u skont dik il-valutazzjoni għandha taqsam id-dettalji rilevanti tan-notifika tal-inċident ma’ ABE u l-Bank Ċentrali Ewropew.

4.

Mal-wasla tan-notifika, u meta rilevanti, l-ABE għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra skont id-Direttiva. Il-BĊE għandu jinnotifika lill-SEBĊ dwar kwistjonijiet rilevanti għal sistemi ta’ ħlas u strumenti ta’ ħlas.

5. 4.

Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(4) [id-Direttiva NIS], mMeta l-inċident relatat mas-sigurtà jkollu l-potenzjal li jolqot l-interessi finanzjarji tal-utenti tas-servizzi ta’ ħlas tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas, l-Awtorità tinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas tal-inċident u tinfurmahom dwar il-miżuri ta’ mitigazzjoni possibbli li dawn jistgħu jieħdu sabiex jiġu mitigati l-effetti negattivi tal-inċident.

6.

Sa [daħħal data] l-ABE għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, toħroġ linji gwida skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu [daħħal in-numru] tad-Direttiva [daħħal in-numru tad-Direttiva] għal fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas fuq il-klassifikazzjoni ta’ inċidenti maġġuri msemmija fil-paragrafu 1, fuq il-kontenut, il-format u l-proċeduri ta’ notifiki ta’ inċidenti msemmija fil-paragrafu 2, u għall-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva fir-rigward tal-kriterji fuq kif jiġi evalwat liema notifiki ta’ inċidenti huma ta’ rilevanza għal awtoritajiet oħrajn, u liema dettalji tar-rapporti ta’ inċidenti għandhom jiġu maqsuma ma’ awtoritjajiet oħrajn.

7.

L-ABE, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, għandha tanalizza l-linji gwida regolarment, imma mill-inqas darba kull sentejn.

8.

Meta toħroġ u tirrevedi l-linji gwida msemmijin fil-paragrafu 6, l-ABE tista’ tikkunsidra l-att ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(7) tad-Direttiva [Direttiva NIS] u standards u/jew speċifikazzjonijiet żviluppati u ppubblikati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-setturi li jsegwu attivitajiet li ma jkunux tal-provvista ta’ servizzi ta’ ħlas.

Spjegazzjoni

Is-superviżuri u s-SEBĊ huma l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu linji gwida fuq il-ġestjoni ta’ inċidenti u notifiki ta’ inċidenti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas kif ukoll biex joħorġu linji gwida fuq notifiki ta’ qsim ta’ inċidenti bejn l-awtoritjaiet rilevanti. Jekk il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas jitqiegħu taħt id-Direttiva NIS, dan jista’ jfixkel il-kompiti ta’ awtoritajiet superviżorji u banek ċentrali, u għalhekk dan għandu jiġi evitat. Madankollu, il-linji gwida żviluppati mill-ENISA għal setturi oħra u r-rekwiżiti li ser jiġu stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(7) tad-Direttiva NIS proposta jistgħu jiġu kkunsidrati biex jiġi żgurat livell raġonevoli ta’ konsistenza bejn strumenti leġiżlattivi settorjali. Il-mandat għall-ħruġ ta’ linji gwida dwar il-klassifikazzjoni ta’ inċidenti u r-rapportar ta’ inċidenti huma relatati mill-qrib mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu. Għaldaqstant, huwa ssuġġerit li l-mandat jifforma parti minn dan l-Artikolu iktar milli l-Artikolu 86.

Emenda 32

Artikolu 86

Artikolu 86

Implimentazzjoni u rappurtar

1.

L-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas jipprovdu lill-awtorità nnominata skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] fuq bażi annwali informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni tar-riskji operattivi u ta’ sigurtà assoċjati mas-servizzi tal-ħlas li jipprovdu, u dwar l-adegwatezza tal-miżuri ta’ mitigazzjoni u l-mekkaniżmi ta’ kontroll implimentati bħala reazzjoni għal dawn ir-riskji. L-Awtorità nnominata skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] tittrażmetti mingħajr dewmien kopja ta’ din l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju.

2.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva [id-Direttiva NIS], l-ABE, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, tiżviluppa linji gwida fir-rigward tal-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri ta’ sigurtà, inklużi l-proċessi ta’ ċertifikazzjoni meta rilevanti. Din, fost l-oħrajn, tieħu inkunsiderazzjoni l-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva [id-Direttiva NIS].

3.

L-ABE, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, tanalizza l-linji gwida regolarment, imma mill-inqas darba kull sentejn.

4.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] l-ABE toħroġ linji gwida sabiex tagħmilha faċli għall-fornituri ta’ servizzi tal-ħlas li jikkwalifikaw inċidenti kbar u ċ-ċirkostanzi li fihom istituzzjoni tal-ħlas tkun meħtieġa tinnotifika inċident tas-sigurtà. Dawn il-linji gwida jinħarġu minn (daħħal id-data - sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva).”

Artikolu 86

Implimentazzjoni u rappurtar

1.

L-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas jipprovdu lill-awtorità kompetenti nnominata skont din id-Direttiva l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] fuq bażi annwali informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni tar-riskji operattivi u ta’ sigurtà assoċjati mas-servizzi tal-ħlas li jipprovdu, u dwar l-adegwatezza tal-miżuri ta’ mitigazzjoni u l-mekkaniżmi ta’ kontroll implimentati bħala reazzjoni għal dawn ir-riskji. L-Awtorità nnominata skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] tittrażmetti mingħajr dewmien kopja ta’ din l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju.

2.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva [id-Direttiva NIS], l L-ABE, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, tiżviluppa linji gwida fir-rigward tal-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri ta’ sigurtà, inklużi l-proċessi ta’ ċertifikazzjoni meta rilevanti. Din, fost l-oħrajn, tieħu inkunsiderazzjoni l-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva [id-Direttiva NIS].

3.

L-ABE, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, tanalizza l-linji gwida regolarment, imma mill-inqas darba kull sentejn.

4.

L-ABE għandha tikkoordina t-taqsim tal-informazzjoni fil-qasam tar-riskji operattivi u tas-sigurtà assoċjati ma’ servizzi ta’ ħlas mal-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva, il-BĊE, l-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva NIS u, meta jkun rilevanti, mal-ENISA.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva [id-Direttiva NIS], l-ABE toħroġ linji gwida sabiex tagħmilha faċli għall-fornituri ta’ servizzi tal-ħlas li jikkwalifikaw inċidenti kbar u ċ-ċirkostanzi li fihom istituzzjoni tal-ħlas tkun meħtieġa tinnotifika inċident tas-sigurtà. Dawn il-linji gwida jinħarġu minn (daħħal id-data - sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva).”

Spjegazzjoni

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar fir-rigward tar-riskji operattivi u tas-sigurtà għandhom jiġu ddefiniti u vvalutati minn superviżuri prudenzjali u banek ċentrali. L-informazzjoni tista’ tinqasam mal-ENISA jew awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva NIS, waqt li l-ABE għandha tkun l-awtorità xierqa għall-koordinazzjoni.

Emenda 33

Artikolu 87

“1.

L-Istati Membri jiżguraw li fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas japplika awtentikazzjoni serja tal-klijenti meta min iħallas jagħti bidu għal tranżazzjoni ta’ ħlas elettroniku sakemm il-linji gwida tal-ABE ma jippermettux eżenzjonijiet speċifiċi bbażati fuq ir-riskju involut fis-servizz tal-ħlas ipprovdut. Dan japplika wkoll għall-fornitur tas-servizz tal-ħlas ta’ parti terza meta jagħti bidu għal tranżazzjoni ta’ ħlas f’isem min iħallas. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet jippermetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza jiddependi fuq il-metodi ta’ awtentikazzjoni ta’ dan tal-ewwel meta jaġixxi f’isem l-utent ta’ servizzi ta’ ħlas.

2.

Meta fornitur tas-servizz ta’ ħlas jipprovdi s-servizzi msemmija fil-punt 7 tal-Anness I, huwa jawtentika lilu nnifsu lejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet ta’ sid il-kont. ”

“1.

L-Istati Membri jiżguraw li fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas japplika awtentikazzjoni serja tal-klijenti meta min iħallas jagħti bidu għal tranżazzjoni ta’ ħlas elettroniku sakemm il-linji gwida tal-ABE ma jippermettux eżenzjonijiet speċifiċi bbażati fuq ir-riskju involut fis-servizz tal-ħlas ipprovdut. Dan japplika wkoll għall-fornitur tas-servizz tal-ħlas ta’ parti terza meta jagħti bidu għal tranżazzjoni ta’ ħlas f’isem min iħallas. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet jippermetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza jiddependi fuq il-metodi ta’ awtentikazzjoni ta’ dan tal-ewwel meta jaġixxi f’isem l-utent ta’ servizzi ta’ ħlas.

2.

Meta fornitur tas-servizz ta’ ħlas jipprovdi s-servizzi msemmija fil-punt 7 tal-Anness I, huwa jawtentika lilu nnifsu lejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet ta’ sid il-kont.”

Spjegazzjoni

Jekk jogħġbok ara l-ispjegazzjoni fl-Emenda 24.

Emenda 34

Artikolu 89(5) (ġdid)

L-ebda test

“5.

L-ABE għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtortajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, fuq il-proċeduri ta’ lmenti li għandhom jintużaw biex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva kif stipulat fil-paragrafu 1 iktar ’il fuq. Dawn il-linji gwida għandhom jinħarġu sa (daħħal id-data – sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva) u jiġu aġġornati fuq bażi regolari kif ikun xieraq.”

Spjegazzjoni

Proċeduri armonizzati għal ilmenti jiffaċilitaw it-trattament ta’ lmenti transkonfinali u jikkontribwixxu għal proċeduri ta’ konformità effiċjenti u mingħajr xkiel li jappoġġaw lill-awtoritajiet kompetenti fid-dmirijiet tagħhom skont id-direttiva proposta.


(1)  It-tipa skura fil-korp tat-test tindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(2)  Id-Direttiva XXXX/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [data] dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L x, p. x).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37).


Top