EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AB0028

Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2019 dwar rakkomandazzjoni mill-Kunsill dwar il-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2019/28)

OJ C 258, 1.8.2019, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/2


OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ Lulju 2019

dwar rakkomandazzjoni mill-Kunsill dwar il-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew

(CON/2019/28)

(2019/C 258/02)

Introduzzjoni u bażi legali

Fis-16 ta’ Lulju 2019, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2019 dwar il-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (1).

Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew u li dwarha qegħdin jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda li Christine LAGARDE tinħatar President tal-BĊE għal terminu ta’ tmien snin b’effett mill-1 ta’ Novembru 2019.

2.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni illi l-kandidata proposta hija persuna ta’ statura rikonoxxuta u b’esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat.

3.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu l-ebda oġġezzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex Christine LAGARDE tinħatar bħala l-President tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Lulju 2019.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU C 235, 12.7.2019, p. 1.


Top