EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009HB0014

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 25 ta’ Ġunju 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska (BĊE/2009/14)

OJ C 149, 1.7.2009, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 149/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ Ġunju 2009

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska

(BĊE/2009/14)

2009/C 149/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “l-Istatut tas-SEBĊ”) u partikolarment l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Bis-saħħa tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 skont l-Artikolu 122(2) fuq it-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2009 (1), is-Slovakkja adottat il-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2009.

(3)

Bis-saħħa tal-Artikolu 38 tal-Liġi fuq in-Národná banka Slovenska, mill-1 ta’ Jannar 2009 il-kontijiet tan-Národná banka Slovenska huma awditjati skont l-Artikolu 27.1 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(4)

In-Národná banka Slovenska għażel lil Deloitte Audit s.r.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-sena finanzjarja 2009,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li Deloitte Audit s.r.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska għas-sena finanzjarja 2009.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-25 ta’ Ġunju 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.


Top