EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0029(01)

2014/31/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Awwissu 2013 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (BĊE/2013/29)

OJ L 16, 21.1.2014, p. 55–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018; Imħassar b' 32018D0029

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/31(3)/oj

21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/55


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Awwissu 2013

li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas

(BĊE/2013/29)

(2014/31/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 28.5 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/28 tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall–aġġustament tal-ponderazzjoni assenjata lil dawk il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn hawn ‘il quddiem “il-ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital” u “l-iskema tal-kapital” rispettivament). Dan l-aġġustament jirrikjedi l-Kunsill Governattiv li jiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital bejn il-BĊNi li huma membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fil-31 ta’ Diċembru 2013 sabiex jiżgura li d-distribuzzjoni ta’ dawn l-ishma jikkorrispondi għall-aġġustamenti magħmula. Bl-istess mod, hija meħtieġa l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/18 tal-21 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (2) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

(2)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/30 tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (3) tiddetermina kif u sa liema punt il-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “BĊNi taż-żona tal-euro”) huma taħt obbligu li jħallsu l-kapital tal-BĊE minħabba l-iskema tal-kapital estiża. Id-Deċiżjoni BĊE/2013/31 tat-30 ta’ Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (4) tiddetermina l-persentaġġ li l-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (minn hawn ‘il quddiem “BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro”) huma taħt obbligu li jħallsu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 minħabba l-iskema tal-kapital estiża.

(3)

Il-BĊNi taż-żona tal-euro, bl-eċċezzjoni tal-Latvijas Banka, diġà ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif mitlub skont id-Deċiżjoni BĊE/2013/19 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar il-ħlas taż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (5). Minħabba dan, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/30 jistipula illi l-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jew jittrasferixxu ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievu ammont lura mingħand il-BĊE, skont il-każ, sabiex jaslu għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/30.

(4)

Barra minn hekk, deċiżjoni separata tal-Kunsill Governattiv dwar il-ħlas fil-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riservi barranin u kontribuzzjonijiet mil-Latvijas Banka lir-riservi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew se jistabbilixxu li l-Latvijas Banka, li se jkun BĊN taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 2014, huwa taħt l-obbligu li jħallas is-sehem li jifdal għas-sottoskrizzjoni tiegħu tal-kapital tal-BĊE sabiex jintlaħqu l-ammonti li qed jintwerew ħdejn ismu fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/30, meta tiġi kkunsidrata l-iskema tal-kapital estiża.

(5)

Bl-istess mod, il-BĊNi taż-żona tal-euro diġa’ ħallsu persentaġġ tal-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif meħtieġ skont id-Deċiżjoni BĊE/2013/20 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (6). Minħabba dan, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/31 jistipula illi kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mingħand il-BĊE, skont il-każ, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/31,

AdoTtA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Trasferiment ta’ ishma tal-kapital

Meta wieħed iqis is-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN se jkun issottoskriva fil-31 ta’ Diċembru 2013, u s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN se jissottoskrivi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 bħala konsegwenza tal-aġġustament tal-ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital stipulata fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/28, il-BĊNi għandhom jittrasferixxu l-ishma tal-kapital bejniethom permezz ta’ trasferimenti minn u lill-BĊE biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tal-ishma tal-kapital b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 tikkorrispondi mal-ippeżar aġġustat. Għal dan il-għan, kull BĊN għandu, bis-saħħa ta’ dan l-Artiklu u mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar formalità jew atti, jitqies li jkun jew ittrasferixxa jew irċieva, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, fejn is-sinjal “+” għandu jirreferi għal sehem fil-kapital li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN u s-sinjal “-” għal sehem fil-kapital li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Meta wieħed iqis l-ammont tal-kapital li kull BĊN ħallas u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN għandu jħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 bis-saħħa tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/30 għall-BĊNi taż-żona tal-euro u tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/31 għall-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro rispettivament, fl-ewwel jum ta’ negozju tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) wara l-1 ta’ Jannar 2014 kull BĊN għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u s-sinjal “-” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil dak il-BĊN.

2.   Fl-ewwel jum ta’ negozju tat-TARGET2 wara l-1 ta’ Jannar 2014, il-BĊE u l-BĊNi li huma taħt l-obbligu li jittrasferixxu ammont taħt paragrafu 1 għandhom kull wieħed jittrasferixxu separatament kull imgħax fuq l-ammonti rispettivi dovuti li jakkumula tul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sad-data tat-trasferiment. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu permezz tat-TARGET2.

2.   Meta BĊN ma jkollux aċċess għat-TARGET2, l-ammonti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom jiġu ttrasferiti billi jiġi kkreditat kont li l-BĊE jew BĊN jidentifika fi żmien adegwat.

3.   Kull imgħax li jiddekorri skont l-Artikolu 2(2) għandu jiġi kkalkulat ta’ kuljum, billi jintuża l-metodu ta’ kalkulazzjoni fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għall-aħħar rata ta’ imgħax marġinali disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin.

4.   Il-BĊE u l-BĊNi li huma taħt obbligu li jagħmlu trasferiment skont l-Artikolu 2 għandhom, maż-żmien, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta’ dan it-trasferiment fil-ħin.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/18 hija revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

3.   Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2013/18 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Awwissu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 187, 6.7.2013, p. 17.

(3)  Ara paġna 61 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Ara paġna 63 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 187, 6.7.2013, p. 23.

(6)  ĠU L 187, 6.7.2013, p. 25.


ANNESS I

IL-KAPITAL SOTTOSKRITT TAL-BĊNI

(f’EUR)

 

Sehem sottoskritt fil-31 ta’ Diċembru 2013

Sehem sottoskritt mill-1 ta’ Jannar 2014

Sehem li jrid jiġi ttrasferit

BĊN taż-żona tal-euro

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

261 705 370,91

268 222 025,17

6 516 654,26

Deutsche Bundesbank

2 030 803 801,28

1 948 208 997,34

–82 594 803,94

Eesti Pank

19 268 512,58

20 870 613,63

1 602 101,05

Central Bank of Ireland

120 276 653,55

125 645 857,06

5 369 203,51

Bank of Greece

210 903 612,74

220 094 043,74

9 190 431,00

Banco de España

893 420 308,48

957 028 050,02

63 607 741,54

Banque de France

1 530 028 149,23

1 534 899 402,41

4 871 253,18

Banca d’Italia

1 348 471 130,66

1 332 644 970,33

–15 826 160,33

Central Bank of Cyprus

14 429 734,42

16 378 235,70

1 948 501,28

Latvijas Banka

29 682 169,38

30 537 344,94

855 175,56

Banque centrale du Lussemburgu

18 824 687,29

21 974 764,35

3 150 077,06

Bank Ċentrali ta’ Malta

6 873 879,49

7 014 604,58

140 725,09

De Nederlandsche Bank

429 352 255,40

433 379 158,03

4 026 902,63

Oesterreichische Nationalbank

209 680 386,94

212 505 713,78

2 825 326,84

Banco de Portugal

190 909 824,68

188 723 173,25

–2 186 651,43

Banka Slovenije

35 397 773,12

37 400 399,43

2 002 626,31

Národná banka Slovenska

74 486 873,65

83 623 179,61

9 136 305,96

Suomen Pankki

134 836 288,06

136 005 388,82

1 169 100,76

BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

93 571 361,11

92 986 810,73

– 584 550,38

Česká národní banka

157 384 777,79

174 011 988,64

16 627 210,85

Danmarks Nationalbank

159 712 154,31

161 000 330,15

1 288 175,84

Hrvatska narodna banka

64 354 667,03

65 199 017,58

844 350,55

Lietuvos bankas

44 306 753,94

44 728 929,21

422 175,27

Magyar Nemzeti Bank

148 735 597,14

149 363 447,55

627 850,41

Narodowy Bank Polski

525 889 668,45

554 565 112,18

28 675 443,73

Banca Națională a României

264 660 597,84

281 709 983,98

17 049 386,14

Sveriges riksbank

244 775 059,86

246 041 585,69

1 266 525,83

Bank of England

1 562 265 020,29

1 480 243 941,72

–82 021 078,57

Total (1)

10 825 007 069,61

10 825 007 069,61

0,00


(1)  Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


ANNESS II

KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNI

(f’EUR)

 

Sehem imħallas fil- 31 ta’ Diċembru 2013

Sehem imħallas mill-1 ta’ Jannar 2014

Ammont ta’ ħlas ittrasferit

BĊN taż-żona tal-euro

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

261 705 370,91

268 222 025,17

6 516 654,26

Deutsche Bundesbank

2 030 803 801,28

1 948 208 997,34

–82 594 803,94

Eesti Pank

19 268 512,58

20 870 613,63

1 602 101,05

Central Bank of Ireland

120 276 653,55

125 645 857,06

5 369 203,51

Bank of Greece

210 903 612,74

220 094 043,74

9 190 431,00

Banco de España

893 420 308,48

957 028 050,02

63 607 741,54

Banque de France

1 530 028 149,23

1 534 899 402,41

4 871 253,18

Banca d’Italia

1 348 471 130,66

1 332 644 970,33

–15 826 160,33

Central Bank of Cyprus

14 429 734,42

16 378 235,70

1 948 501,28

Latvijas Banka

1 113 081,35

30 537 344,94

29 424 263,59

Banque centrale du Lussemburgu

18 824 687,29

21 974 764,35

3 150 077,06

Bank Ċentrali ta’ Malta

6 873 879,49

7 014 604,58

140 725,09

De Nederlandsche Bank

429 352 255,40

433 379 158,03

4 026 902,63

Oesterreichische Nationalbank

209 680 386,94

212 505 713,78

2 825 326,84

Banco de Portugal

190 909 824,68

188 723 173,25

–2 186 651,43

Banka Slovenije

35 397 773,12

37 400 399,43

2 002 626,31

Národná banka Slovenska

74 486 873,65

83 623 179,61

9 136 305,96

Suomen Pankki

134 836 288,06

136 005 388,82

1 169 100,76

BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

3 508 926,04

3 487 005,40

–21 920,64

Česká národní banka

5 901 929,17

6 525 449,57

623 520,40

Danmarks Nationalbank

5 989 205,79

6 037 512,38

48 306,59

Hrvatska narodna banka

2 413 300,01

2 444 963,16

31 663,15

Lietuvos bankas

1 661 503,27

1 677 334,85

15 831,58

Magyar Nemzeti Bank

5 577 584,89

5 601 129,28

23 544,39

Narodowy Bank Polski

19 720 862,57

20 796 191,71

1 075 329,14

Banca Națională a României

9 924 772,42

10 564 124,40

639 351,98

Sveriges riksbank

9 179 064,74

9 226 559,46

47 494,72

Bank of England

58 584 938,26

55 509 147,81

–3 075 790,45

Total (1)

7 653 244 410,99

7 697 025 340,21

43 780 929,22


(1)  Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


Top