Dwar l-Arkivji

L-Arkivji tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huma amministrati mit-Tim tal-Arkivji tat-Taqsima Servizzi Ġestjoni tal-Informazzjoni fid-Direttorat Ġenerali tas-Segretarjat.

X’fihom l-Arkivji

L-Arkivji tal-BĊE għandhom rekords:

  • tal-Kumitat tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea (1964-93);
  • tal-Istitut Monetarju Ewropew (1994-98); u
  • tal-Bank Ċentrali Ewropew (1998 sal-lum).

Bi qbil mal-impenn tal-BĊE għall-ftuħ u t-trasparenza kif ukoll biex tkun tista’ ssir u titħaffef ir-riċerka, ir-rekords li ftaħna għall-pubbliku jinsabu f’din il-websajt f’format PDF u f’ordni kronoloġiku.

Jekk għandek mistoqsijiet fuq il-kontenut tal-Arkivji jew ir-rekords miftuħin għall-pubbliku, ikkuntattja lil:

European Central Bank
Information Management Division / Archives
Room NH 04.67
Sonnemannstrasse 22
60314 Frankfurt am Main
Germany
archivesandrecordsmanagement@ecb.europa.eu

Talba għal dokumenti u rekords

L-aċċess għal dokumenti u rekords tal-BĊE li mhumiex pubbliċi huwa regolat mid-Deċiżjoni BĊE/2004/3 tal-4 ta’ Marzu 2004 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew, kif emendata.

Tista’ titlob dokument billi tibgħat ittra jew email lil:

European Central Bank
Compliance and Governance Office
Sonnemannstrasse 22
60314 Frankfurt am Main
Germany
accesstodocuments@ecb.europa.eu