L-inflazzjoni hi l-medja ta' firxa wiesgħa ta' bidliet fil-prezzijiet

Iċ-ċart turi r-rati tal-inflazzjoni għad-90 grupp l-iktar dettaljat ta' prodotti u tirriferi għall-iktar xahar reċenti li għalih id-dejta hi disponibbli. Il-linja orizzontali hi r-rata kumplessiva tal-inflazzjoni, li hi medja ppeżata ta' dawn il-gruppi kollha. Iż-żidiet kollha fil-prezzijiet jaffettwaw lin-nies b'mod differenti. Jekk il-prezzijiet ta' prodotti essenzjali (bħall-ikel jew l-enerġija) jiżdiedu, in-nies xorta jkollhom jixtru dawk il-prodotti. Fil-każ ta' prodotti oħra, in-nies jistgħu jaħsbuha iktar qabel jixtru, jew jistgħu saħansitra jiddeċiedu li ma jixtru xejn.

L-HICP (Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur) jirrifletti l-importanza ta' prodotti differenti skond is-sehem tagħhom fin-nefqa medja tal-konsum tal-individwi kollha fl-ekonomija. L-inflazzjoni "personali" tiegħek tista' tkun ogħla jew iktar baxxa minn din il-medja, skond kif tonfoq flusek.

Sors: Il-kalkoli tal-Eurostat u tal-BĊE huma bbażati fuq dejta tal-Eurostat.