Konkors Ġenerazzjoni tal-€uro

Tifla qiegħda tapplika għall-kompetizzjoni tal-istudenti Ġenerazzjoni tal-Euro

X’nista’ nitgħallem?

Il-Konkors Ġenerazzjoni tal-€uro jagħtik l-opportunità tifhem kif taħdem il-politika monetarja fiż-żona tal-euro u kif inhija marbuta b’mod interattiv mal-ekonomija kollha kemm hi.


Kif nista’ nieħu sehem fil-konkors?

Il-kompetizzjoni bħalissa għaddejja fi 11-il pajjiż taż-żona tal-euro matul is-sena akkademika 2016-2017. Ingħaqad ma’ sħabek tal-klassi flimkien ma’ għalliem u araw kemm jirnexxilkom timxu ’l quddiem fil-kompetizzjoni. Dettalji tal-iskeda, ir-rawnds tal-kompetizzjoni, kuntatti u premjijiet jinsabu fil-websajt Ġenerazzjoni tal-Euro.


U jekk immorru tajjeb... ?

It-tim rebbieħ minn kull pajjiż li jieħu sehem kif ukoll it-tim rebbieħ minn fost l-iskejjel internazzjonali jew Ewropej se jkunu mistednin għall-okkażjoni tal-għoti tal-premjijiet fil-BĊE, Frankfurt am Main. Il-President tal-BĊE se jqassam il-premjijiet.

Tħejjija għall-kompetizzjoni

Mario Draghi u Vítor Constâncio waqt konferenza stampa tal-BĊE

Ara konferenza stampa tal-BĊE
F’konferenza stampa li ssir kull sitt ġimgħat, il-President tal-BĊE jispjega d-deċiżjoni dwar ir-rati tal-imgħax fi stqarrija introduttorja u wara jwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.

Xbieha ta’ mara qiegħda tixtri f’supermarkit

X’inhi l-inflazzjoni?
Il-kompiti ewlenin tal-Bank Ċentrali Ewropew huma li jżomm il-valur tal-euro stabbli u l-inflazzjoni ftit anqas minn 2%. Iżda x’inhi l-inflazzjoni? Kif titkejjel? U kif jista’ jinfluwenzaha l-BĊE? aktar

Kif titkejjel l-inflazzjoni?
L-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (Harmonised Index of Consumer Prices – HICP) jagħti indikazzjoni. Fittex aktar.

Trid iżjed dettalji?
Kunċetti ewlenin bi kliem sempliċi flimkien ma’ daqqa t’għajn lejn l-attivitajiet tal-BĊE jinsabu hawn.