Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-7 ta’ April 2017

11 ta’ April 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ April 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 4.6 biljun għal EUR 280.1 biljun.

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur

Tip ta’ tranżazzjoni

Ammont li mmatura

Ammont ġdid

6 ta' April 2017

Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

USD 4,525 miljun

USD 45 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 305 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 4.8 biljun għal EUR 1,119.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 25 biljun għal EUR 153.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 5.9 biljun għal EUR 194.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 5 ta’ April 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 14.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 13.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 588.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 584 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 19.2 biljun għal EUR 1,906.3 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja

Valur rappurtat fis-7 ta’ April 2017

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1

EUR 9.5 biljun

-

-EUR 0.2 biljun

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2

EUR 6.0 biljun

-

-EUR 0.1 biljun

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3

EUR 214.7 biljun

+EUR 1.2 biljun

-EUR 0.9 biljun

Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi

EUR 24.3 biljun

+EUR 0.1 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv

EUR 77.9 biljun

+EUR 2.4 biljun

-

Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku

EUR 1,474.3 biljun

+EUR 16.7 biljun

-

Programm tas-Swieq tat-Titoli

EUR 99.6 biljun

-

-EUR 0.0 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 84.4 biljun għal EUR 1.132.9 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 404,189 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 323,065 −289
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,663 113
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 245,402 −402
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 31,576 −2,295
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 18,569 −1,634
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 18,569 −1,634
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 782,487 −1,737
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 13,171 −1,584
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 769,185 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 131 −154
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 81,387 11,613
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,211,330 18,492
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,906,327 19,203
  7.2 Titoli oħra 305,003 −711
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,372 0
9 Assi oħra 237,379 −8,526
Attiv totali 4,116,353 15,623
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,119,229 4,775
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,721,125 88,601
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,132,890 84,392
  2.2 Faċilità tad-depożitu 588,226 4,212
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 9 −3
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 13,718 −1,424
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 279,234 −25,575
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 153,912 −24,982
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 125,322 −593
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 168,478 −50,296
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,899 856
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 11,586 1,194
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,586 1,194
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,048 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 226,631 −2,789
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 412,030 0
12 Kapital u riżervi 101,374 283
Passiv totali 4,116,353 15,623

Kuntatti midja