Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-24 ta’ Marzu 2017

28 ta' Marzu 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-24 ta’ Marzu 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.4 biljun għal EUR 282.9 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
23 ta’ Marzu 2017 Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.0 biljun USD 1.0 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 309.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 1,111.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 43.1 biljun għal EUR 221.5 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 11.3 biljun għal EUR 77.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Marzu 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 26.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 32.7 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 508.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 491.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 15.8 biljun għal EUR 1,878.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-24 ta’ Marzu 2017 Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 10.2 biljun - -EUR 0.5 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 6.2 biljun - -EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 215.2 biljun +EUR 1.6 biljun -EUR 1.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 24.0 biljun +EUR 0.4 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 73.8 biljun +EUR 1.5 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,449.9 biljun +EUR 14.5 biljun -EUR 0.1 biljun
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 99.4 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 38.1 biljun għal EUR 946.2 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 382,061 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 326,385 1,748
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,844 −30
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 248,541 1,777
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 32,838 −184
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 19,453 744
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 19,453 744
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 586,816 6,315
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 32,682 6,168
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 553,809 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 325 147
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 82,497 −3,819
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,188,542 15,668
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,878,700 15,775
  7.2 Titoli oħra 309,843 −106
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,410 0
9 Assi oħra 232,035 −349
Attiv totali 3,877,037 20,123
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,111,196 −1,719
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,455,127 −20,516
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 946,222 −38,134
  2.2 Faċilità tad-depożitu 508,899 17,616
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 6 2
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 14,064 −1,261
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 340,873 43,016
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 221,500 43,075
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 119,373 −60
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 153,472 607
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 5,014 1,523
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 12,025 −381
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,025 −381
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,263 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 230,982 −1,147
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 394,418 0
12 Kapital u riżervi 100,602 2
Passiv totali 3,877,037 20,123

Kuntatti midja