Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-10 ta’ Marzu 2017

14 ta' Marzu 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-10 ta’ Marzu 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.5 biljun għal EUR 281.9 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
9 ta’ Marzu 2017 Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.5 biljun USD 0.9 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.0 biljun għal EUR 309.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 1,113.8 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 142.5 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 24.9 biljun għal EUR 52.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Marzu 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 25.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 23.9 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 525.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 501.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.3 biljun għal EUR 1,844.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-10 ta’ Marzu 2017 Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 10.7 biljun - -EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 6.6 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 213.8 biljun +EUR 0.8 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 23.8 biljun +EUR 0.3 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 70.4 biljun +EUR 2.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,419.4 biljun +EUR 15.6 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 99.4 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) baqgħet kważi l-istess, EUR 966.3 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 382,061 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 325,335 1,486
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,782 −17
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 247,553 1,503
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 34,638 516
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 19,686 283
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 19,686 283
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 578,139 −1,155
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 23,880 −1,373
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 553,809 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 450 218
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 82,666 −812
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,153,799 17,304
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,844,165 18,304
  7.2 Titoli oħra 309,634 −1,000
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,410 0
9 Assi oħra 237,121 1,892
Attiv totali 3,839,855 19,514
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,113,760 275
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,491,895 23,758
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 966,322 1
  2.2 Faċilità tad-depożitu 525,530 23,748
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 42 9
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 15,353 3,886
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 257,094 2,643
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 142,513 2,076
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 114,581 566
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 156,986 −11,453
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 5,977 −1,703
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 12,789 2,202
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,789 2,202
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,263 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 231,721 −94
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 394,418 0
12 Kapital u riżervi 100,600 0
Passiv totali 3,839,855 19,514

Kuntatti midja