Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-3 ta’ Marzu 2017

7 ta' Marzu 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-3 ta’ Marzu 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 280.4 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
2 ta’ Marzu 2017 Tranżazzjoni riversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.9 biljun USD 0.5 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.9 biljun għal EUR 310.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 1,113.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 37.0 biljun għal EUR 140.4 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 29.8 biljun għal EUR 77.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Marzu 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 30.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 25.3 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 501.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 477.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.8 biljun għal EUR 1,825.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-3 ta’ Marzu 2017 Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 10.9 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 6.6 biljun - -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 213.1 biljun +EUR 1.1 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 23.6 biljun +EUR 0.1 biljun -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 68.3 biljun +EUR 1.8 biljun -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,403.9 biljun +EUR 16.2 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 99.4 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 9.0 biljun għal EUR 966.3 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 382,061 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 323,849 −599
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,799 1
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 246,050 −600
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 34,122 −1,491
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 19,403 299
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 19,403 299
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 579,294 −5,448
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 25,253 −5,577
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 553,809 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 232 129
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 83,478 2,381
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,136,495 16,905
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,825,861 18,796
  7.2 Titoli oħra 310,635 −1,892
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,410 0
9 Assi oħra 235,229 51
Attiv totali 3,820,341 12,098
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,113,485 2,727
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,468,137 33,338
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 966,321 8,969
  2.2 Faċilità tad-depożitu 501,782 24,368
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 33 0
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 11,466 1,447
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 254,452 −35,297
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 140,436 −37,030
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 114,015 1,733
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 168,439 8,554
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 7,680 −1,806
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,587 −456
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,587 −456
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,263 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 231,814 3,586
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 394,418 0
12 Kapital u riżervi 100,600 6
Passiv totali 3,820,341 12,098

Kuntatti midja