Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-10 ta’ Frar 2017

14 ta' Frar 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-10 ta’ Frar 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 279.9 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
9 ta’ Frar 2017 Tranżazzjoni riversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.3 biljun USD 0.2 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 315.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 1,110.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 13.7 biljun għal EUR 144.2 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 23.2 biljun għal EUR 88.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Frar 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 31.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 29.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 495.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 474.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 20.1 biljun għal EUR 1,768.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-10 ta’ Frar 2017 Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 11.0 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 6.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 211.0 biljun +EUR 1.7 biljun -EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 23.3 biljun +EUR 0.1 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 62.9 biljun +EUR 1.9 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,354.2 biljun +EUR 16.9 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 99.4 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 8.6 biljun għal EUR 955.3 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 382,061 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 323,167 −272
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,418 −235
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 244,749 −37
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 36,371 1,692
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 18,868 −913
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 18,868 −913
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 584,683 −1,627
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 29,599 −2,046
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 554,494 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 590 419
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 81,437 1,781
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,083,937 19,921
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,768,715 20,070
  7.2 Titoli oħra 315,222 −149
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,410 0
9 Assi oħra 234,008 862
Attiv totali 3,770,942 21,443
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,110,923 −440
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,451,066 12,954
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 955,270 −8,589
  2.2 Faċilità tad-depożitu 495,763 21,554
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 33 −11
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 8,526 −1,449
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 251,966 14,459
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 144,183 13,653
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 107,783 806
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 144,824 −6,687
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 8,452 −726
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 11,939 2,553
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,939 2,553
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,263 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 229,552 859
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 394,418 0
12 Kapital u riżervi 100,014 −78
Passiv totali 3,770,942 21,443

Kuntatti midja