Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-3 ta’ Frar 2017

7 ta' Frar 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-3 ta’ Frar 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 280.3 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
2 ta’ Frar 2017 Tranżazzjoni riversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.3 biljun USD 0.3 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 4.1 biljun għal EUR 315.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 1,111.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 70.7 biljun għal EUR 130.5 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 69.8 biljun għal EUR 112.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Frar 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 34.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 31.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 474.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 406.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.3 biljun għal EUR 1,748.6 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-3 ta’ Frar 2017 Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 11.1 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 6.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 209.7 biljun +EUR 2.1 biljun -EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 23.4 biljun +EUR 0.0 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 61.0 biljun +EUR 2.2 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,337.3 biljun +EUR 17.3 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 99.4 biljun - -EUR 2.8 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 15.0 biljun għal EUR 963.9 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 382,061 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 323,439 −190
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,653 −5
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 244,786 −185
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 34,679 −1,102
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 19,782 976
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 19,782 976
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 586,310 −2,361
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 31,645 −2,349
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 554,494 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 171 −12
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 79,656 −765
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,064,015 14,259
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,748,644 18,335
  7.2 Titoli oħra 315,371 −4,076
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,410 −50
9 Assi oħra 233,147 −2,036
Attiv totali 3,749,499 8,733
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,111,363 2,330
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,438,113 52,454
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 963,859 −15,028
  2.2 Faċilità tad-depożitu 474,209 67,470
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 45 12
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 9,975 2,315
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 237,507 −67,693
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 130,531 −70,721
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 106,977 3,029
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 151,512 18,517
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 9,177 −44
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 9,386 −1,138
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,386 −1,138
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,263 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 228,693 1,708
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 394,418 0
12 Kapital u riżervi 100,092 284
Passiv totali 3,749,499 8,733

Kuntatti midja