Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-27 ta’ Jannar 2017

31 ta' Jannar 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-27 ta’ Jannar 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 280.4 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
26 ta’ Jannar 2017 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.3 biljun USD 0.3 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 319.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 1,109.0 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 23.5 biljun għal EUR 201.3 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 27.3 biljun għal EUR 181.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Jannar 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 32.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 34.0 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis 26 ta’ Jannar 2017 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 5.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 3.4 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 406.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 434.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 19.4 biljun għal EUR 1,730.3 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-27 ta’ Jannar 2017 Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 11.1 biljun - -EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 6.8 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 207.9 biljun +EUR 1.3 biljun -EUR 0.9 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 23.5 biljun +EUR 1.0 biljun -EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 58.8 biljun +EUR 1.9 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,319.9 biljun +EUR 16.9 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 102.3 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 26.5 biljun għal EUR 978.9 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 382,061 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 323,628 −2,088
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,658 −21
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 244,971 −2,068
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 35,781 4,429
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 18,805 −176
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 18,805 −176
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 588,671 −326
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 33,994 1,664
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 554,494 −2,076
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 183 87
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 80,421 2,283
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,049,756 19,325
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,730,309 19,409
  7.2 Titoli oħra 319,447 −84
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,460 0
9 Assi oħra 235,183 −2,304
Attiv totali 3,740,766 21,143
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,109,033 −1,717
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,385,659 −1,139
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 978,887 26,528
  2.2 Faċilità tad-depożitu 406,739 −27,529
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 33 −137
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 7,661 −2,009
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 305,200 23,433
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 201,252 23,521
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 103,948 −88
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 132,994 −811
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 9,221 1,916
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,524 859
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,524 859
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,263 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 226,985 611
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 394,418 0
12 Kapital u riżervi 99,808 0
Passiv totali 3,740,766 21,143

Kuntatti midja