Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-20 ta’ Jannar 2017

24 ta' Jannar 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Jannar 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 280.8 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
19 ta’ Jannar 2017 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.3 biljun USD 0.3 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 319.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 4.7 biljun għal EUR 1,110.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 39.9 biljun għal EUR 177.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 27.0 biljun għal EUR 154.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Jannar 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 32.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida tal-istess ammont b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 434.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 461.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 20.7 biljun għal EUR 1,710.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-20 ta’ Jannar 2017 Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 11.3 biljun - -EUR 1.0 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 6.9 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 207.5 biljun +EUR 1.3 biljun -EUR 1.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 23.0 biljun +EUR 0.1 biljun -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 56.9 biljun +EUR 2.9 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,303.1 biljun +EUR 18.5 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 102.3 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 17.1 biljun għal EUR 952.4 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 382,061 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 325,717 −1,186
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,678 2
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 247,039 −1,188
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 31,353 −3,365
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 18,981 1,463
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 18,981 1,463
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 588,996 −69
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 32,330 11
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 556,570 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 96 −79
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 78,138 3,299
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,030,431 20,079
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,710,899 20,669
  7.2 Titoli oħra 319,531 −591
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,460 0
9 Assi oħra 237,486 2,100
Attiv totali 3,719,624 22,321
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,110,749 −4,722
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,386,798 −9,997
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 952,359 17,051
  2.2 Faċilità tad-depożitu 434,268 −27,120
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 171 72
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 9,670 80
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 281,767 41,540
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 177,732 39,871
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 104,036 1,668
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 133,805 −5,031
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 7,305 −430
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 9,665 −3,745
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,665 −3,745
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,263 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 226,374 4,627
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 394,418 0
12 Kapital u riżervi 99,808 0
Passiv totali 3,719,624 22,321
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja