Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-30 ta’ Diċembru 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-30 ta’ Diċembru 2016 it-tnaqqis ta’ EUR 30.6 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kien dovut għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali, kif ukoll aġġustament tekniku li ammonta għal EUR 1 miljun, li sar minn bank ċentrali nazzjonali wieħed tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 8.6 biljun għal EUR 286.4 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.
Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 2 biljun għal EUR 320.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu bi EUR 0.5 biljun għal EUR 1,126.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 18.2 biljun għal EUR 114.9 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 4.7 biljun għal EUR 171.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Diċembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 32.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 39.1 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 424.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 422.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 5.4 biljun għal EUR 1,654 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-30 ta’ Diċembru 2016 | Differenza mqabbla mat-23 ta’ Diċembru 2016 – xiri | Differenza mqabbla mas-23 ta’ Diċembru 2016 – fidi | Differenza mqabbla mat-23 ta’ Settembru 2016 – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 12.8 biljun | - | - | -EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 6.9 biljun | - | - | +EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 203.5 biljun | +EUR 0.0 biljun | - | -EUR 0.6 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 22.8 biljun | - | -EUR 0.2 biljun | -EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 51.1 biljun | +EUR 0.0 biljun | - | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 1,254.6 biljun | +EUR 0.0 biljun | - | -EUR 4.8 biljun |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 102.3 biljun | - | - | +EUR 0.2 biljun |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 41.9 biljun għal EUR 889 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2016 jidher fil-kolonna miżjuda “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:
Deheb: EUR 1,098.046 kull uqija fina
USD: 1.0541 kull EUR
JPY: 123.4 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ kreditu: EUR 1.2746 kull SDR
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 382,061 | 1 | −30,575 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 327,854 | 1,607 | 8,476 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 78,752 | 23 | 1,600 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 249,102 | 1,584 | 6,876 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 30,719 | −5,584 | 769 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 19,082 | 890 | −80 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 19,082 | 890 | −80 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 595,873 | 6,073 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 39,131 | 6,254 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 556,570 | 0 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 172 | −181 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 69,104 | −2,554 | 0 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 1,974,899 | 404 | −7,845 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 1,654,026 | −174 | −5,271 | |
7.2 | Titoli oħra | 320,873 | 578 | −2,574 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,460 | −2 | 25 | |
9 | Assi oħra | 236,847 | −3,201 | 8,789 | |
Attiv totali | 3,662,901 | −2,367 | −20,441 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,126,216 | −521 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,313,264 | −40,520 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 888,988 | −41,875 | 0 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 424,208 | 1,335 | 0 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 69 | 20 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 9,427 | 611 | 0 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 220,760 | −17,255 | −1 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 114,880 | −18,193 | −2 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 105,880 | 939 | 1 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 205,678 | 59,985 | 4 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 3,644 | −3,640 | 292 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 9,301 | −1,317 | 188 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 9,301 | −1,317 | 188 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 59,263 | 0 | 1,131 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 221,402 | 290 | 2,074 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 394,418 | 0 | −24,128 | |
12 | Kapital u riżervi | 99,527 | 0 | 0 | |
Passiv totali | 3,662,901 | −2,367 | −20,441 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja