Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-4 ta’ Awwissu 2017

8 ta’ Awwissu 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Awwissu 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 260 biljun.

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur

Tip ta’ tranżazzjoni

Ammont li mmatura

Ammont ġdid

3 ta' Awwissu 2017

Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

USD 35 miljun

USD 35 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 5.6 biljun għal EUR 286.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 1,144.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 92.2 biljun għal EUR 147.1 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 40.9 biljun għal EUR 151.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Awwissu 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 7.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 4.3 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 621.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 583.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 9 biljun għal EUR 2,128.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja

Valur rappurtat fl-4 ta’ Awwissu 2017

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1

EUR 7.5 biljun

-

-

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2

EUR 4.9 biljun

-

-

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3

EUR 225.6 biljun

+EUR 0.5 biljun

-

Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi

EUR 24.7 biljun

+EUR 0.2 biljun

-EUR 0.1 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv

EUR 103.4 biljun

+EUR 1.5 biljun

-

Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku

EUR 1,671.0 biljun

+EUR 12.1 biljun

-EUR 0.2 biljun

Programm tas-Swieq tat-Titoli

EUR 91.2 biljun

-

-EUR 5.1 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 45.2 biljun għal EUR 1,245.9 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 379,092 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 299,240 −2,745
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,443 136
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 224,797 −2,881
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 36,917 3,018
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 16,432 −235
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 16,432 −235
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 773,145 −3,116
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 4,267 −3,083
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 768,704 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 174 −33
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 63,612 295
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,414,778 3,464
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 2,128,219 9,046
  7.2 Titoli oħra 286,559 −5,582
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,735 0
9 Assi oħra 237,533 −2,477
Attiv totali 4,246,485 −1,795
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,144,744 2,403
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,867,265 83,019
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,245,898 45,200
  2.2 Faċilità tad-depożitu 621,322 37,828
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 44 −9
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 10,436 862
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 273,731 −96,063
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 147,089 −92,188
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 126,642 −3,874
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 175,760 6,466
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 8,889 2,722
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,528 −2,201
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,528 −2,201
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 56,705 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 224,219 997
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 371,913 0
12 Kapital u riżervi 102,296 0
Passiv totali 4,246,485 −1,795

Kuntatti midja