European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-28 ta’ Lulju 2017

1 ta’ Awwissu 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta’ Lulju 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.8 biljun għal EUR 260.3 biljun.

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur

Tip ta’ tranżazzjoni

Ammont li mmatura

Ammont ġdid

27 ta' Lulju 2017

Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

USD 85 miljun

USD 35 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 292.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b'EUR 2 biljun għal EUR 1,142.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 14.8 biljun għal EUR 239.3 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 4.4 biljun għal EUR 192.7 biljun. Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Lulju 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 6.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 7.3 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 1.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 2.9 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 583.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 577.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 10.9 biljun għal EUR 2,119.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja

Valur rappurtat fit-28 ta’ Lulju 2017

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1

EUR 7.5 biljun

-

-

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2

EUR 4.9 biljun

-

-

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3

EUR 225.0 biljun

+EUR 0.4 biljun

-

Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi

EUR 24.7 biljun

+EUR 0.2 biljun

-EUR 0.2 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv

EUR 101.8 biljun

+EUR 0.8 biljun

-

Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku

EUR 1,659.0 biljun

+EUR 13.7 biljun

-EUR 4.0 biljun

Programm tas-Swieq tat-Titoli

EUR 96.3 biljun

-

-

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 13.8 biljun għal EUR 1,200.7 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 379,092 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 301,985 1,304
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,307 53
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 227,678 1,251
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 33,899 530
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 16,668 818
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 16,668 818
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 776,261 1,923
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 7,350 522
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 768,704 1,390
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 207 11
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 63,318 −4,381
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,411,313 11,347
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 2,119,172 10,886
  7.2 Titoli oħra 292,141 461
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,735 0
9 Assi oħra 240,010 980
Attiv totali 4,248,280 12,522
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,142,340 1,950
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,784,246 20,152
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,200,699 13,835
  2.2 Faċilità tad-depożitu 583,494 6,312
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 53 5
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 9,573 360
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 369,794 −10,991
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 239,277 −14,802
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 130,516 3,812
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 169,294 −1,389
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 6,168 706
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 12,729 1,974
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,729 1,974
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 56,705 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 223,222 −242
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 371,913 0
12 Kapital u riżervi 102,296 0
Passiv totali 4,248,280 12,522
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja