Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-30 ta’ Ġunju 2017

5 ta’ Lulju 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-30 ta’ Ġunju 2017 it-tnaqqis ta’ EUR 25 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kien dovut għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 13.4 biljun għal EUR 264.4 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għar-rivalutazzjoni trimestrali tal-assi u l-obbligazzjonijiet li pattew għal, u qabżu, iż-żieda ikkawżata mit-tranżazzjonijiet tal- klijenti u tal-portafoll.

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur

Tip ta’ tranżazzjoni

Ammont li mmatura

Ammont ġdid

29 ta' Ġunju 2017

Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

USD 35 miljun

USD 3,060 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 294.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 5.6 biljun għal EUR 1,136.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 48.9 biljun għal EUR 210.1 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 40.1 biljun għal EUR 162.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ġunju 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 11.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 11.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 1.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 2.7 biljun. Barra dan, ġew rimborżati qabel il-maturità EUR 1.8 biljun provduti fl-ewwel sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-I).

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 617 biljun (imqabbel ma’ EUR 577.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 6 biljun għal EUR 2,064.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja

Valur rappurtat fit-30 ta’ Ġunju 2017

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1

EUR 7.6 biljun

-

-EUR 0.2 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2

EUR 5.4 biljun

-

-EUR 0.0 biljun

+EUR 0.0 biljun

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3

EUR 222.6 biljun

+EUR 1.1 biljun

-EUR 0.8 biljun

-EUR 0.6 biljun

Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi

EUR 24.1 biljun

+EUR 1.0 biljun

-EUR 0.5 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv

EUR 96.6 biljun

+EUR 1.6 biljun

-EUR 0.0 biljun

-EUR 0.2 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku

EUR 1,609.3 biljun

+EUR 10.5 biljun

-EUR 0.4 biljun

-EUR 5.7 biljun

Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP)

EUR 98.7 biljun

-

-

+EUR 0.2 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 52 biljun għal EUR 1,106 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-30 ta’ Ġunju 2017 jidher fil-kolonna miżjuda “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 1,089.905 kull uqija fina

USD: 1.1412 kull EUR

JPY: 127.75 kull EUR

CNY: 7.7385 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ kreditu: EUR 1.2196 kull SDR

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
  i) ii)
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 379,091 0 −24,959
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 304,774 612 −17,465
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,388 −71 −3,128
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 230,386 683 −14,337
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 31,219 2,479 −2,003
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 17,961 −473 −40
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 17,961 −473 −40
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 779,252 −378 0
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 11,636 116 0
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 767,314 −456 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 302 −38 0
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 70,918 −2,140 0
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,358,609 12,074 −5,549
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 2,064,420 12,334 −6,325
  7.2 Titoli oħra 294,190 −260 777
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,788 −470 −114
9 Assi oħra 241,897 684 1,100
Attiv totali 4,209,510 12,389 −49,028
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
  i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,136,879 5,566 0
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,723,077 −12,258 0
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,106,050 −52,026 0
  2.2 Faċilità tad-depożitu 616,974 39,740 0
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 53 28 0
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 9,195 1,498 0
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 347,586 −53,172 5
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 210,129 −48,930 5
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 137,457 −4,242 0
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 222,540 70,471 −27
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 4,107 1,288 −182
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,801 −1,068 −628
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,801 −1,068 −628
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 56,705 0 −2,343
10 Obbligazzjonijiet oħra 224,408 63 −5,736
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 371,913 0 −40,117
12 Kapital u riżervi 102,299 0 0
Passiv totali 4,209,510 12,389 −49,028

Kuntatti midja