Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-23 ta’ Ġunju 2017

27 ta’ Ġunju 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Ġunju 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu b’EUR 25 miljun minħabba l-bejgħ ta’ deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema biex jipproduċi munita kommemorattiva.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.7 biljun għal EUR 277.8 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur

Tip ta’ tranżazzjoni

Ammont li mmatura

Ammont ġdid

22 ta’ Ġunju 2017

Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

USD 40 miljun

USD 35 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 293.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 1,131.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 49.4 biljun għal EUR 259.1 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 31.1 biljun għal EUR 202.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Ġunju 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 11.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 11.5 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) baqa’ l-istess, EUR 0.3 biljun, filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 577.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 607.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.4 biljun għal EUR 2,058.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja

Valur rappurtat fit-23 ta’ Ġunju 2017

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1

EUR 7.9 biljun

-

-EUR 0.3 biljun

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2

EUR 5.4 biljun

-

-EUR 0.2 biljun

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3

EUR 222.8 biljun

+EUR 1.1 biljun

-EUR 1.0 biljun

Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi

EUR 23.6 biljun

+EUR 0.1 biljun

-EUR 0.2 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv

EUR 95.2 biljun

+EUR 1.5 biljun

-

Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku

EUR 1,605.0 biljun

+EUR 12.5 biljun

-

Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP)

EUR 98.4 biljun

-

-

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 10.3 biljun għal EUR 1,158.1 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 404,050 −25
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 321,626 −1,297
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,586 −16
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 244,040 −1,281
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 30,743 2,055
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 18,474 165
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 18,474 165
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 779,630 508
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 11,521 508
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 767,770 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 339 0
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 73,058 −2,473
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,352,084 13,385
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 2,058,411 13,414
  7.2 Titoli oħra 293,673 −30
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,372 0
9 Assi oħra 240,112 891
Attiv totali 4,246,150 13,209
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,131,313 −422
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,735,335 −40,898
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,158,076 −10,309
  2.2 Faċilità tad-depożitu 577,234 −30,567
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 25 −22
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 7,698 341
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 400,753 49,014
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 259,054 49,389
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 141,699 −374
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 152,095 3,069
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,001 30
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 12,497 1,473
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,497 1,473
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,048 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 230,081 601
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 412,030 0
12 Kapital u riżervi 102,299 1
Passiv totali 4,246,150 13,209

Kuntatti midja